Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Gvern ġabar flus minn taxxa dovuta fuq kirjiet residenzjali sena b'sena mill-2008 sal-lum?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9650, permezz ta’ tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra replikata, li tagħti l-ammonti ta’ taxxa miġbura fuq dħul minn kiri ta’ proprjetajiet, sena b’sena, permezz tal-proċedura TA24, li daħlet fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2014.
Driving instructors u kandidati għat-test tas-sewqan – post adegwat
Question
Jista’ l-Ministru jara li d-driving instructors u l-kandidati għat-test tas-sewqan jiġu pprovduti b'post adegwat hekk kif il-kamra li tintuża bħalissa, hija żgħira u nieqsa minn restrooms?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li l-bini utilizzat mid-DPTTU (Sezzjoni tas-Sewwieqa, Taħriġ u Testijiet) ġewwa l-Furjana, strutturalment ma jistax jiġi estiż aktar. Bħala alternattiva, ġew ipprovduti ‘mobile toilets’ għall-użu esklussiv tal-għalliema tas-sewqan u l-kandidati għat-test tas-sewqan. Ta’ min jinnota ukoll li dawn it-toilets jiġu mnaddfa kuljum. Dawn kienu saru fuq talba li kienet għamlet l-MDIA (Malta Driving Instructors Association) ‘l fuq minn sena ilu, u ġew ipprovduti minnufih.”
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkunsidra li kull skola jkollha konsenja adrenaline auto injector (bħalma hi l-Epi-pen Jr) u dan biex nissalvagwardjaw l-interess ta’ saħħet l-ulied waqt li niffrankaw spejjeż żejda lill-ġenituri li jkollhom jixtru ammont ta’ injectors kull perjodu li eventwalment jiskadu f’qasir żmien jekk ma jkunux użati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawn l-injections qed jiġu kkunsidrati.
Tista’ l-Ministru tikkunsidra li kull skola jkollha konsenja adrenaline auto injector (bħalma hi l-Epi-pen Jr) u dan biex nissalvagwardjaw l-interess ta’saħħet l-ulied waqt li niffrankaw spejjeż żejda lill-ġenituri li jkollhom jixtru ammont ta’ injectors kull perjodu li eventwalment jiskadu f’qasir żmien jekk ma jkunux użati?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22230.
Jista’ l-Ministru jipprovdi kopja tal-permessi mogħtija lill-kumpaniji tad-deckchairs u sunbeds li hemm Kemmuna u jekk huwiex permess li joħorġu d-deckchairs qabel ma jaslu in-nies isaqsu għalihom?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tat-tenders u d-direct orders li ħarġet Infrastructure Malta mill-aħħar tal-2017 sa Settembru 2021? Jistgħu jiġu indikati l-kumpaniji kollha li taw (bi ħlas) servizzi lil Infrastructure Malta, inkluż dawk li jiffurmaw parti minn joint ventures jew consortia?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-kopji kollha tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Infrastructure Malta li ġew ippublikati minn Jannar 2019 sa’ Ġunju 2021.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-Diabetic Monitors tad-Dexcom CGM jiġu mifruxa fuq iżjed faxxi ta' dijabetiċi bħad-Diabetic type 2?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li ġie introdott is-servizz ta’ continuous glucose monitoring bħala proġett pilota u wara li dan ġie iggudikat li kien suċċess, il-gvern qiegħed jara kif dan jista’ jiġi estiż ‘il quddiem.
Inkjesta Maġisterjali dwar allegat użu mhux leġittimu ta’ fondi pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa s'issa l-inkjesta maġisterjali dwar l-allegat użu mhux leġittimu ta' fondi pubbliċi u reati oħra in konnessjoni ma' impjieg ta' persuna mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, hekk ben jista’ ben japrezza, dak kollu konness ma’ inkjesti maġisterjali huwa fin-natura tiegħu kunfidenzjali u t-tali kunfidenzjalità tinkiser biss fil-każijiet ikkontemplati fil-liġi.
Lista ta’ persuni li ħadu sehem fi programmi ta’ ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u programmi oħra fuq TVM
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u programmi oħra li ġew imxandra fuq l-istazzjon TVM matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Għal kull waħda mill-persuni, jista' l-Ministru jgħid f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Lista ta’ persuni li ħadu sehem fi programmi ta’ ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u programmi oħra fuq TVM 2
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u programmi oħra li ġew imxandra fuq l-istazzjon TVM 2 matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Għal kull waħda mill-persuni, jista' l-Ministru jgħid f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Lista ta’ persuni li ħadu sehem fi programmi ta’ ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u programmi oħra fuq Radju Malta
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u programmi oħra li ġew imxandra fuq l-istazzjon Radju Malta matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Għal kull waħda mill-persuni, jista' l-Ministru jgħid f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Rendikont tan-nefqa marbuta mal-attività dwar konsultazzjoni pubblika dwar il-Baġit 2022
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-attività li matulha tnediet il-konsultazzjoni pubblika dwar il-Baġit għas-sena 2022 u li saret nhar it-Tlieta 14 ta' Settembru 2021? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija attività?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn permess ta’ salut waqt funerali qed ikun diffiċli biex jingħata?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Artikolu 24 tal-Kap 33 jelenka ħafna kondizzjonijiet ta’ kif u meta wieħed jista jingħata liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija biex jaħraq xogħlijiet tan-nar diversi. Infurmat ukoll illi fost dawn skond Is-subartikolu (2) tal-istess Artikolu, tali liċenzja għandha tingħata taħt kondizzjoni illi dawn l-operazzjonijiet jsiru f’post irparat, u f’okkazjonijiet ta’ festa jew ġemgħat oħra ta’ nies, f’post hekk imbiegħed mill-folol li ma jistgħux isiru disgrazzji. Irid ikun osservat ukoll dak illi hemm stabilit fir-regolament 12 tal-Ligi Sussidjarja 33.03, bħal ħinijiet, assikurazzjoni, ecc. u għaldaqstant u dan jeħtieġ il- ħin biex dipartimenti u entitajiet oħra koncernati jiġu ikkonsultati, fost verifiki oħra. Jekk ikun hemm nuqqas ta'ċ xi element kif mitlub mil-liġi il permess ma jkunx jista’ joħroġ .
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn pensjonanti tas-servizz li ma laħqux l-età pensjonabbli li jieħdu biss il-pensjoni tat-teżor u mhux okkupati b’impjieg, sa Awwissu 2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Studenti li telqu mill-iskola qabel l-età ta’ 16-il sena
Question
Tista’ l-Ministru tindika kemm kien hemm adoloxxenti li telqu l-iskola qabel l-età ta’ 16-il sena kull sena f’dawn l-aħħar tliet snin skolastiċi 2018/2019, 2019/2020 u 2020/2021?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella hawn taħt:
Sena
Studenti li telqu mill-iskola qabel 16-il sena
2018/19
20
2019/20
10
2020/21
5
Ġenituri akkużati li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola
Question
Tista’ l-Ministru tindika kemm kien hemm ġenituri li ġew akkużati li naqqsu li jibagħtu lil uliedhom l-iskola f’dawn l-aħħar tliet snin? X’passi ttieħdu kontra dawn il-ġenituri?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li f’dawn l-aħħar tliet snin kien hemm 1,756 ġenitur li ġew imsejħa biex jidhru quddiem it-Tribunal Lokali biex jirrispondu dwar il-fatt li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola.
Servizzi biex jitnaqqas l-assentejiżmu fl-iskejjel
Question
Tista’ l-Ministru tindika x’servizzi hemm ippjanati sabiex jitnaqqas l-assentejiżmu fl-iskejjel?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed ikompli joffri s-servizz ta’ ħidma soċjali, mogħti minn professjonisti varji, li jinkludi l-guidance teachers, counsellors u career advisors kif ukoll kollaborazzjoni ma’ diversi professjonisti u servizzi li huma offruti minn entitajiet u Ministeri oħra.
Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-istrateġiji fil-qasam Edukattiv, li ġew imnedija fl-aħħar ftit xhur, ser jgħinu biex jitnaqqas l-assentejiżmu fl-iskejjel.