Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar – testijiet tad-demm fil-Berġa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk fil-ġimgħat li ġejjin hux ser jibdew isiru t-testijiet tad-demm fil-Berġa ta’ San Pawl il-Baħar peress li kif kont diġà indikajt fil-Parlament, tali servizz ikun qed inaqqas l-iskariġġ għar-residenti ta’ din il-lokalità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-21 t’Awwissu tnieda għall-ewwel darba is-Servizz tat-Teħid tad-Demm fil-Klinika fil-Komunita’ tal-Mellieħa. Ir-residenti ta’ San Pawl il-Baħar u tal-madwar jistgħu jagħmlu użu mill-Klinika fil-Komunita’ tal-Mellieħa għal dan is-servizz.

Siġġiewi – Għassa tal-Pulizija bil-pulizija fiha

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tinfetaħ l-għassa tal-pulizija tas-Siġġiewi bil-pulizija fiha? Kemm ilha mingħajr pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi kif diġa ndikat fi tweġibiet simili, l’għases li jinfetħu erbgħa u għoxrin siegħa kuljum huma dawk li jinsabu fid-distretti prinċipali tal-Pulizija. Mill-għassa ta’ Ħaż-Żebbuġ jiġi kopert is-Siġġiewi fejn għassa hi waħda sekondarja u tinfetaħ skond l-esiġenzi tas-servizz. Madankollu f’din il-lokalità ssir ronda regolari permezz ta’ vetturi tad-distrett u dawk tal-RIU, li bejnithom jilħqu l-ħtiġijiet u s-servizzi operazzjonali kollha tal-pulizija f’din il-lokalità. Dan barra mis-sistema ta’ intercom li hemm installata, fejn il-pubbliku jaqbad mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, min fejn tiġi koordinata kull talba għall kull assistenza.

Irranġar ta’ lift ta’ binja

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21289, fejn il-Ministru rrisponda li l-lift f’din il-blokka ser jieħu ħsiebha, peress li sal-lum ma sar xejn, jista’ l-Ministru jgħid ir-residenti kemm ser idumu jistennew?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi minn investigazzjonijiet li saru irriżulta li trid titwettaq tiswija fis-sistema tad-drenaġġ ta’ 8 blokok sabiex jitwaqqaf id-dħul ta’ ilma fil-lift pit ta’ din il-blokka. It-tiswijiet bdew jitwettqu u ser ikunu lesti mill-iktar fis possibbli.

Proġett tas-Central Link – użu tal-by pass minflok tal-mina

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x'miżuri hemm maħsuba biex il-karozzi telgħin lejn it-Tramuntana ta' Malta, minflok ma’ jużaw il-mina maħsuba li ser twassal fejn kien hemm installat it-Traffik Lights fejn San Anton, jużaw il-By Pass il-ġdida li tinkorpora l-Link il-ġdid bejn Triq Oliver Agius u Triq Tumas Chetcuti sal-Isptar Monte Carmeli? Dan biex jiżgura li ma jkunx hemm konġestjoni tat-traffiku akbar milli kien ikun hemm qabel il-proġett tas-Central Link.

Response (BORG, IAN)

Ninnota b’sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni fl-aħħar qed tirrikonoxxi l-benefiċċji ta’ Central Link Project sabiex intaffu l-problemi ta’ konġestjoni ikkawżati minn snin twal ta’ nuqqas t’investiment u minn ippjanar bla viżjoni fit-tul minn amministrazzjonijiet preċedenti. Il-Bypass li qed issir referenza għaliha, jiġifieri l-korsiji ġodda ta’ Central Link Project, kien ilha ppjanata mis-snin sittin iżda kien biss dan il-Gvern li kellu l-kuraġġ iwettaqha. Nilqa’ l-entużjażmu ġdid tal-Oppożizzjoni għall-benefiċċji ta’ dan il-proġett, tant li issa tixtieq tara aktar persuni jużaw il-korsiji ġodda li lestejna f’din l-aħħar sena, hekk kif tixhed din il-mistoqsija. Dawk li jkunu qed jivvjaġġaw fid-direzzjoni tat-tramuntana mill-Imrieħel jew Birkirkara fid-direzzjoni ta’ Ħ’Attard, Ta’ Qali, ir-Rabat, il-Mosta, l-Imġarr jew lokalitajiet oħrajn fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta m’għandhomx bżonn “miżuri” biex jużaw il-korsiji ġodda (bypass) ta’ Central Link Project mal-periferija ta’ Ħ’Attard, għaliex diġa ilhom jagħmlu dan minn meta nfetħu dawn il-korsiji f’Settembru 2020. Permezz ta’ dawn il-korsiji ġodda, Infrastructure Malta ħolqot rotta diretta bla ebda waqfien mill-Bypass tal-Imrieħel sa taħt it-Telgħa tas-Saqqajja, f’Ta’ Qali. B’hekk eliminajna l-erba’ sistemi ta’ traffic lights antiki u l-partijiet ta’ din ir-rotta arterjali li fis-snin disgħin ġew imdejqin għal korsija waħda, il-fatturi ewlenin għas-snin ta’ konġestjoni u tniġġis tal-arja f’dawn l-inħawi, hekk kif qed issemmi tajjeb l-Onorevoli Deguara. Fl-istess waqt, il-mina li qed issir referenza għaliha, li Infrastructure Malta qed twettaq permezz tal-proġett separat Mriehel Underpass Project, għandha l-għan li ttejjeb is-sigurezza u l-effiċjenza fl-ivvjaġġar għal mezzi differenti, fid-direzzjoni opposta, jiġifieri minn Ħ’Attard u Ħal Balzan lejn l-Imrieħel u destinazzjonijiet oħra fiċ-ċentru u nofsinhar ta’ Malta. Din il-mina se jkollha biss korsiji fid-direzzjoni lejn in-nofsinhar, sabiex dawk għaddejjin f’din id-direzzjoni ma jkollhomx għalfejn iduru mar-roundabout ġdida li se ssir fuq l-istess mina biswit l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, fl-Imrieħel. Dawk li jkunu għaddejjin fid-direzzjoni tat-tramuntanta m’humiex ser jużaw ir-roundabout ġdida lanqas, peress li dawn diġa qed jużaw ir-roundabout bypass lanes li saru permezz ta’ Central Link Project bħala parti minn din ir-rotta ġdida. Għalhekk, ir-roundabout ġdida ser tkun aktar komda u sigura għal konnessjonijiet lokali b’inqas riskji t’aċċidenti, fosthom minn u lejn l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan u Ħaż-Żebbuġ. Ir-roundabout se tkun aktar sigura wkoll għal dawk li jivvjaġġaw bil-mixi jew bir-rota, għaliex se jkollha punti ta’ qsim pedonali aktar siguri li jingħaqdu mal-korsija ġdida għar-roti u l-mixi ta’ dan il-proġett, l-itwal waħda tat-tip tagħha li qatt saret f’Malta. Inħares ‘il quddiem lejn it-tlestija ta’ Central Link Project u Mriehel Underpass Project fiż-żmien li ġej, sabiex dawk li jgħixu u jivvjaġġaw f’dawn il-lokalitajiet fiċ-ċentru tal-pajjiż ikomplu jgawdu l-benefiċċji ta’ dan l-investiment.
Leg 13 PQ #22117 Sitting 491 2021-10-04 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Korp għall-Analisi ta' Informazzjoni Finanzjarja u r-Reġistru dwar in-Negozju ta’ Malta – Memorandum of Understanding

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding dwar skambju ta' informazzjoni u kollobarazzjoni li ġie ffirmat mill-Korp għall-Analisi ta' Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) u r-Reġistru dwar in-Negozju ta’ Malta (MBR)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif ġie spjegat mill-Korp għall-Analisi ta' Informazzjoni Finanzjarja (l-FIAU), il-kontenut tal-Memorandum of Understanding (MoU) dwar skambju ta' informazzjoni u kollobarazzjoni iffirmat bejn iż-żewġ entitajiet imsemmija huwa ta’ natura kunfidenzjali. Dan għaliex il-kontenut tal-MoU jipprovdi it-tip ta’ informazzjoni, il-parametri tal-iskambjar u l-modus operandi ta’ kif iseħħ dan bejn iż-żewġ entitajiet, fejn waħda minnhom, u cioe' l-FIAU, għandha rwol ta’ financial intelligence gathering. Din l-informazzjoni, inkluż it-tip ta’ informazzjoni illi l-FIAU jiġbor, jipproċessa, janalizza u ixerred (disseminate) hija protetta b’kunfidenzjalità u tista` biss tiġi mikxufa (disclosed) skont l-artiklu 34 tal-Kap 373 tal-Liġijiet ta’ Malta (l-Att Kontra Money Laundering).

Air Malta – titjiriet għal Lourdes

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk it-titjiriet li kienu skedati li jibdew mis-16 ta’ Awwissu għal Lourdes mill-Air Malta humiex ser isiru u jekk fin-negattiv, jista’ jindika x’wassal għall-kanċellazzjoni tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta ma kkanċellat l-ebda titjira pjanata għall-Lourdes mid-data ta’ 16 ta’ Awwissu 2021. L-Air Malta kellha offerta mingħand aġent tal-ivjaggar /operator Malti ta’ ġiti sabiex jikri ajruplan tal-Air Malta f’każ li dan aġent/operatur ikollu bżonn iwassal il-klijenti tiegħu lejn Lourdes, u lura. L-istess operatur avża lill-Air Malta fit-30 ta’ Lulju li ma kellux biżżejjed domanda u konkorrenza għal dak il-pakkett ta’ ġita li kien qed joffri lill-pubbliku. Għaldaqstant talab lill-Air Malta biex ikun rilaxxat minn dak il-pjan u programm ta’ titjiriet li kien talab. F’dan il każ l-Air Malta ma kellha l-ebda interess ta’ bejgħ, peress li din ir-rikjesta ġiet diretta mingħand l-aġent/operatur. L-Air Malta m'ghandha l-ebda ħsieb li tinkludi titjiriet lejn Lourdes fl-iskeda tagħha.

Triq il-Kosta — sinjali tat-traffiku li juru li ġejjin il-kameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sinjali tat-traffiku li juru li ġejjin 3 kameras fi Triq tul il-Kosta, huma mpoġġiha tant ‘il bogħod, li qed ifixklu s-sewwieq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-limitu tal-veloċità huwa regolat bil-liġi u s-sewwieqa dejjem huma fid-dmir li jirrispettaw tali limitu indikat mit-tabelli u ma jaqbżux il-limitu stabbilit. It-tabelli li jindikaw li ġejjin il-kameras jiġu nstallati bħal avviż addizzjonali biex is-sewwieqa jkunu nfurmati minn qabel bl-infurzar li jkun fis-seħħ permezz tal-kameras matul it-triq.

Triq Reġjonali u l-bridge — modi biex residenti jkollhom il-kwiet f'darhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’modi hemm biex ir-residenti f’Triq Reġjonali u fejn il-bridge jkollhom il-kwiet f’darhom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed nifhmu li qed jirreferi għal flyover tal-Kappara minħabba Ii kien hemm xi residenti li resqu għand Transport Malta b’ilmenti simili. Meta saru x-xogħolijiet tal- flyovers (2016 – 2017) kienu ittieħdu numru ta’ miżuri għar-raġuni li wieħed jifhem li dawn ir-residenzi qiegħdin qrib ta’ Triq Arterja. Dawn il-miżuri kienu jinkludu: - Sound barriers fuq il-bridge - U xogħol f’uħud mir-residenzi l-iktar affetwati bħal double glazing u żieda fl-għoli tal-ħitan ta’ barra. Għaldaqstant wieħed jifhem li l-miżuri diġa iitieħdu waqt ix-xoghlijiet.

Fgura – Triq San Pietru — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’xogħlijiet saru f’Triq San Pietru Fgura tul din is-sena?

Response (BORG, IAN)

Minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’709 toroq residenzjali u rurali, li jfisser li lestiet medja t’aktar minn erba’ toroq fil-ġimgħa. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajji¿na u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. Mill-bidu ta’ din is-sena s’Awwissu li għadda, Infrastructure Malta lestiet xogħlijiet f’123 triq residenzjali u 71 triq oħra qalb il-kampanja. Flimkien, jgħoddu mat-52 kilometru ta’ toroq aħjar, b’37 kilometru ta’ bankini ġodda u 122 kilometru ta’ katusi, pajpijiet u cables ġodda tad-distribuzzjoni tas-servizzi taħt l-art. Sabiex tlesta l-bini mill-ġdid tagħhom intużaw 91,100 tunnellata asfalt u konkos. It-triq indikata hija waħda mit-toroq residenzjali li għadhom kemm tlestew u x-xogħljiet li saru fiha biex inbniet mill-ġdid kienu jinkludu bdil u żieda tas-sistemi taħt l-art għas-servizzi tal-ilma u telekomunkazzjoni, bini ta’ bankini ġodda, tisħieħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt.
Leg 13 PQ #22123 Sitting 491 2021-10-04 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

COVID-19 — Skejjel primarji – għalliema li għallmu fi klassi waħda minflok is-suġġett tagħhom

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' għalliema fl-Iskejjel Primarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti li jgħallmu l-Edukazzjoni Fiżika, PSD, Mużika u Arti li flok għallmu s-suġġett tagħhom, kellhom jgħallmu fi klassi waħda minħabba l-passi ta' prekawzjoni relatati ma' COVID-19? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kif kienet is-sitwazzjoni f'kull skola?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema sena skolastika qiegħed jirreferi.

Kunsilli lokali li m’għandhomx Segretarju Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk il-kunsilli lokali li m’għandhomx Segretarju Eżekuttiv? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom mingħajr Segretarju Eżekuttiv kunsill b’kunsill? X’sar tul dan il-perjodu sabiex jinħatar Segretarju Eżekuttiv kunsill b’kunsill?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li kwalunkwe Kunsill Lokali li fil-preżent m’għandux Segretarju Eżekuttiv, dawna għandhom Aġent Segretarju Eżekuttiv jew Deputat Segretarju Eżekuttiv fil-kariga, sakemm ikun maħtur Segretarju Eżekuttiv. Fiċ-ċirkustanzi, il-Kunsilli Lokali imsemmija, permezz ta’ Direttivi 1 u 5 tal-2021, ingħataw direzzjoni sabiex joħorġu sejħa ġdida għall-mili ta’ dawn il-postijiet vakanti. Il-lista ta’ dawn il-Kunsilli Lokali huma kif ġej: Kunsill LokaliData tat-Tmiem tas-Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv fil-kariga Il-Birgu (Città Vittoriosa)01/01/2020Aġent Segretarju Eżekuttiv Floriana19/12/2019Aġent Segretarju Eżekuttiv Il-Gżira15/10/2019Aġent Segretarju Eżekuttiv Il-Qala11/01/2021Aġent Segretarju Eżekuttiv Ħal Luqa09/05/2021Deputat Segretarju Eżekuttiv Santa Venera01/07/2018Deputat Segretarju Eżekuttiv Il-Qrendi30/06/2021Deputat Segretarju Eżekuttiv Santa Luċija07/01/2021Deputat Segretarju Eżekuttiv Il-Fontana19/07/2021Aġent Segretarju Eżekuttiv Marsaxlokk18/01/2017Deputat Segretarju Eżekuttiv

Marsaskala – proġett tal-Marina – konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali

Question

Wara li issa huwa fatt magħruf li l-Gvern ħareġ proposta sabiex issir marina f'Marsaskala mingħajr ebda konsultazzjoni mal-Gvern Lokali tal-lokalità, jista’ l-Ministru jgħid x'passi ħa sabiex il-Gvern li jagħmel parti minnu, ma jibqax jinjora l-Kunsilli Lokali u meta jkun hemm proposta ta’ proġetti bħal din, issir konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk tkellimx mas-Sindku u l-Kunsillieri wara li ħareġ li l-proġett ġie propost mingħajr ebda konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala? Bħala l-Ministru responsabbli mill-awtonomija lokali, kif ser jgħin il-Ministru sabiex ix-xewqa tar-residenti tal-lokalità u l-mozzjoni li approva l-Kunsill Lokali ċjoè li ma ssirx il-marina kif proposta, jiġu rispettati?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi ninsab infurmat li f’dan l-istadju kull dokument li tressaq hu marbut mal-Pre-Qualification Questionnaire for the Award of a Concession Contract for design, build, finance, operate, maintain and transfer of a Marina in Marsascala, Malta in an environmentally friendly manner. Għaldaqstant wieħed jifhem li l-proċess jinsab fi stadju bikri u għad iridu jsiru l-istudji neċessarji, fosthom l-impatt soċjali fuq il-komunità. Konvint li l-Onor. Interpellant hu konxju wkoll minn diversi stqarrijiet fosthom mill-Prim Ministru Robert Abela f’dan ir-rigward, jiġifieri li għalkemm s’issa hemm biss sejħa għall-ideat, hemm bżonn investiment f’Marsaskala biex jingħata iżjed valur liż-żona u biex tiġi indirizzata problema li kull meta jkun hemm Grigalata issir ħerba sħiħa. Madankollu l-ewwel punt kruċjali hu l-aċċess għall-bajja li għandu jibqa’ garantit u kif il-partijiet fejn illum isir l-għawm ma jigux mittiefsa.

Reġjun Xlokk – xiri ta’ maskri protettivi kontra l-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Kunsilli Lokali li jiffurmaw parti mir-Reġjun Xlokk, xtrawx maskri protettivi kontra l-COVID-19 fl-aħħar 3 xhur, maqsuma kunsill b'kunsill? Jekk iva, kemm inxtraw maskri (kunsill b'kunsill)? Kemm swew dawn il-maskri (kunsill b'kunsill)? Mingħand min inxtraw dawn il-maskri (kunsill b'kunsill)? Inħarġu kwotazzjonijiet jew inxtraw b'ordni diretta (kunsill b'kunsill)? Jekk inxtraw b'ordni diretta, inġabru 3 kwotazzjonijiet (kunsill b'kunsill)? Jekk inġabru 3 kwotazzjonijiet, mingħand min inġabru (kunsill b'kunsill)?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Skema dwar Restawr ta’ Postijiet/Monumenti Storiċi

Question

B'referenza għall-iskema "Skema dwar Restawr ta' Postijiet / Monumenti Storiċi f'Malta 2020/2021" bir-referenza SPI/SCI/1/2021, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra: 1: liema kunsilli lokali applikaw u liema proġett/i kull kunsill ippreżenta? 2: kemm ġabet punti kull applikazzjoni kunsill b'kunsill? 3: X'kienu l-kriterji li ntużaw u kemm kull kriterju kellu punti? 4: minn kienu l-membri tal-bord tal-għażla inkluż iċ-chairman u s-segretarju? 5: liema applikazzjonijiet ġew skwalifikati (jekk kien hemm)? 6: liema proġetti (kunsill b'kunsill) ġew magħżula u kemm ingħata flus kull proġett? Barra dan, jista’ l-Ministru jipprovdi listi ta’ dawk il-kunsilli lokali li bbenefikaw minn din l-iskema fit-tliet snin ta’ qabel?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-iskema mhix waħda ta’ għoti ta’ flus. Ix-xogħol isir kollu mid-Direttorat tar-Restawr, u għalhekk in-nefqa fuq kull proġett hi primarjament magħmula minn pagi tal-ħaddiema li jkunu qed iwettqu l-proġett, u minn xiri ta’ materjal meħtieġ għal dak il-proġett. Ninforma ukoll lill-Onor.Interpellant, illi t-tagħrif l-ieħor mitlub hu kif ġej: 1: Liema kunsilli lokali applikaw u liema proġett/i kull kunsill ippre¿enta? Kien hemm 25 applikazzjoni minn 24 Kunsill Lokali. Il-proġett rispettiv ta’ kull Kunsill hu imni¿¿el hawn taħt: Lista ta’ Applikazzjonijiet Kunsill Lokali Dettal tal-Proġett Ħal Qormi (Città Pinto) Is-Salib tad-Dejma, Triq tal-Ħandaq, Ħal Qormi San Ġwann Tal-Prepostu Chapel, Triq tal-Balal, San Ġwann limiti tal-Balal Ħal Lija Kappella tat-twelid tal-Madonna, Triq Mabel Strickland, Lija Ħal Balzan 179, Main street, Ħal Balzan Il-Marsa Kappella ta' Ċejlu, Triq il-Moll tal-Knisja, Marsa L-Imsida L-Għajn tal-Ħasselin, Triq il-Wied ta' l-Imsida, L-Imsida Il-Ħamrun Round Water Tower, Triq San Gejtanu, Ħamrun Is-Siġġiewi (Città Ferdinand) Kappella ta' Santa Marija taċ-Ċwerra, Pjazza San Nikola, Is-Siġġiewi Ħal Tarxien Former St. Joseph Chapel and adjoining St Jeanne Antide Foundation Bazaar, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien Il-Gudja Ta' Loretu Chapel, Triq ta' Loretu, Gudja Il-Fgura Knisja l-Qadima, Triq il-Karmelitani, Il-Fgura Tas-Sliema Sliema Police Station, Triq Manuel Dimech, Tas-Sliema Is-Swieqi 18 th century fortification at Bottom of Triq l-Inġinier, Madliena, Swieqi Ħ'Attard 4, 6 Triq il-Mosta, Attard Santa Luċija 31st March 1979 Monument in 7th July 1961 Square, Dawret It-Torri, Santa Luċija Il-Mosta Oratorju Qalb ta' Ġesù, Pjazza Dun Anġ Camilleri, Il-Mosta Il-Kalkara Kunvent tal-Kapuċċini, Triq il-Kapuċċini k/m Triq Santu Rokku, Il-Kalkara Ir-Rabat Malta Church Parvis Boundary Wall, Ba¿ilika ta' San Pawl, Ir-Rabat San Pawl il-Baħar Xemxija Aqueduct, Triq Għajn Tuffieħa, Xemxija Ħa¿-¯abbar (Cittá Hompesch) Il-Mitħna ta' Birgħelliem, Triq 10 ta' Settembru, Ħa¿-¯abbar San Ġiljan Arch, Triq Sant'Anġlu c/w Telgħet Birkirkara, San Ġiljan Floriana Statwa ta' San Publju, Triq San Publju (ġenb il-Knisja Parrokkjali), Floriana Valletta (Cittá Umilissima) Lion Column, Triq l-Arċisqof c/w Triq il-Lvant, Valletta Ix-Xgħajra Knisja ta' San Ġakbu, Triq il-Knisja, Xgħajra Ħal Luqa Luqa Parish Church, Pjazza Sant'Andrija, Luqa Swieqi Boundary Wall fi Triq Wied id-Dis, Madliena 2: Kemm ġabet punti kull applikazzjoni kunsill b'kunsill? Hawn taħt għandek issib il-lista ta’ punti għal kull kunsill li nstab eleġibbli: Kunsill Lokali Proġett Punti Valletta Lion Column, Triq l-Arċisqof c/w Triq il-Lvant 32.8 Ħamrun Round water tower in Triq San Gejtanu 31.4 Rabat Church Parvis Boundary Wall (Ċint ta' zuntier), Ba¿ilika ta' San Pawl 31 Ħal Lija Kappella tat-twelid tal-Madonna, Triq Mabel Strickland 26.8 Ħal Qormi Historic stone cross (Salib tad-Dejma) in Triq tal-Ħandaq 26.6 Floriana Statwa ta' San Publju ma ġenb il-Knisja Parrokkjali 26.6 Ħal Balzan Stone statue at 179, Main Street 26.4 Imsida L-Għajn tal-Ħasselin, Triq il-Wied 26 Marsa Kappella ta' Ċejlu, Triq il-Moll tal-Knisja 25.2 Mosta Oratorju Qalb ta' Ġesu, Pjazza Dun Anġ Camilleri 25.2 San Gwann 'Tal-Prepostu Chapel, Triq tal-Balal, San Ġwann limiti tal-Balal 23 Ħal Tarxien Former St. Joseph Chapel and adjoining St Jeanne Antide Foundation Bazaar, Triq Ħal Tarxien 22.2 Xgħajra Knisja ta' San Ġakbu 20.4 San Giljan Arch, Triq Sant'Anġlu c/w Telgħet Birkirkara 18 Fgura Knisja l-Qadima, Triq il-Karmelitani 17.8 3: X'kienu l-kriterji li ntu¿aw u kemm kull kriterju kellu punti? Kien hemm erba’ kriterji li ntu¿aw: Historical Relevance – 10 punti Artistic Relevance – 10 punti State of Conservation – 10 punti Site/Project Visibility – 10 punti 4: Minn kienu l-membri tal-bord tal-għa¿la inklu¿ iċ-chairman u s-segretarju? Il-bord tal-Evalwazzjoni li kien nominat mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għal Kultura, l-Arti u l-Gvern Lokali kien kompost minn dawn il-membri: Is-Sinjura Marisa Pisani (Chairperson) Is-Sur Russell Muscat (Membru) Is-Sur Mario Azzopardi (Membru) Is-Sur Alistair Paul Borg (Membru) Il-Perit Ivana Farrugia (Membru) Is-Sinjura Dorianne Diacono (Segretarju tal-Bord) 5: Liema applikazzjonijiet ġew skwalifikati (jekk kien hemm)? Dawn l-applikazzjonijiet instabu ineliġibli: Applikazzjonijiet Ineliġibbli Kunsill LokaliProġett Il-GudjaTa' Loretu Chapel, Triq ta' Loretu, Gudja Tas-SliemaSliema Police Station, Triq Manuel Dimech, Tas-Sliema Santa Luċija31st March 1979 Monument in 7th July 1961 Square, Dawret It-Torri, Santa Luċija San Pawl il-BaħarXemxija Aqueduct, Triq Għajn Tuffieħa, Xemxija Ħal LuqaLuqa Parish Church, Pjazza Sant'Andrija, Luqa Is-SwieqiBottom of Triq l-Inġinier, Madliena, Swieqi Ħa¿-¯abbar (Cittá Hompesch)Il-Mitħna ta' Birgħelliem, Triq 10 ta' Settembru, Ħa¿-¯abbar SwieqiBoundary Wall fi triq id-Dis, Madliena AttardSun Dial on restored façade of private residence - 4,6 Triq il-Mosta KalkaraVotive Niche and Stone Statue - Kunvent tal-Kapuċċini, Triq il-kapuċċini c/w Triq Santu Rokku SiġġiewiKappella ta' Santa Marija taċ-ċwerra, Pjazza San Nikola 6: Liema proġetti (kunsill b'kunsill) ġew magħ¿ula u kemm ingħata flus kull proġett? Dawn huma l-proġetti li ġew magħ¿ula: Kunsill Lokali Proġett Valletta Lion Column, Triq l-Arċisqof c/w Triq il-Lvant Ħamrun Round water tower in Triq San Gejtanu Rabat Church Parvis Boundary Wall (Ċint ta' zuntier), Ba¿ilika ta' San Pawl Ħal Lija Kappella tat-twelid tal-Madonna, Triq Mabel Strickland Ħal Qormi Historic stone cross (Salib tad-Dejma) in Triq tal-Ħandaq Floriana Statwa ta' San Publju ma ġenb il-Knisja Parrokkjali Ħal Balzan Stone statue at 179, Main Street Imsida L-Għajn tal-Ħasselin, Triq il-Wied Marsa Kappella ta' Ċejlu, Triq il-Moll tal-Knisja Mosta Oratorju Qalb ta' Ġesu, Pjazza Dun Anġ Camilleri Huwa maħsub li l-ħames Kunsilli li huma eliġibbli li ma jinstabux f’din il-lista jiġu mgħejjuna f’kaz li ma jintefqux il-fondi kollha allokati fl-għaxar proġetti magħzula. Fil-kaz li dan ma jkunx possibli jiġu kkunsidrati fl-iskema li jmiss.

Pulizija li telqu mill-Korp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Pulizija li telqu mill-Korp fil-pejodu bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 u fil-perjodu bejn 1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Awwissu 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ Pulizija li spiccaw mill-Korp tal-Pulizija fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020, kien ta’ mija u ħamsa (105). Dawk li spiċċaw fil-perjodu ta’ bejn 1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Awwissu 2021, kien ta’ mitejn u sitta (206), fil-maġġorparti wara li l-uffiċjali irtiraw għax temmew is-servizz tagħhom.

Korp tal-Pulizija – Deputati Kummissarji, Assistenti Kummissarji, Supretendenti u Spetturi li telqu mill-Korp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk li telqu mill-Korp tal-Pulziija fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 u fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sat-30 ta’ Lulju 2021 kienu fizzjali u ċjoè Deputati Kummissarji, Assistenti Kummissarji, Supretendenti u Spetturi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ fizzjali mill-Korp tal-Pulziija li spiċċaw fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 huma Deputat Kummissarju wieħed, tlett Supretendenti u sitt Spetturi. Fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sat-30 ta’ Lulju 2021 spiċċaw żewġ Deputati Kummissarji, żewġt Assistenti Kummissarji, tlett Supretendenti u sitt Spetturi.

Korp tal-Pulizija – pulizija li telqu mill-Korp qabel temmew il-25 sena servizz

Question

Jista' l-Ministru jispjega kemm kien hemm Pulizija li telqu mill-Korp qabel temmew il-25 sena servizz fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 u fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ Pulizija li telqu mill-Korp qabel temmew il-25 sena servizz fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020, kien ta’ tlieta u għoxrin (inkluż każ ta’ mewt). Fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021, l-ammont kien ta’ sittax (16).

Korp tal-Pulizija – membri tal-Korp li talbu li joħorġu fuq long unpaid leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Korp li talbu li joħorġu fuq long unpaid leave fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 u fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi in numru ta’ membri tal-Korp li talbu li joħorġu fuq long unpaid leave fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 kien ta’ erbgħa u għoxrin (24). Fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021 l-ammont kien ta’ wieħed u għoxrin (21).

Marsaskala – Awtorità tal-Artijiet — applikazzjoni għall-iżvilupp – kopja tal-clearance jew no objection

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi kopja tal-clearance jew no objection mogħtija mill-Awtorità tal-Artijiet favur l-applikant biex ikun jista' japplika għall-permess għall-iżvilupp mill-Awtorità tal-Ippjanar fir-rigward tal-applikazzjoni għall-iżvilupp PA/987/17 f'Marsaskala?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-clearance jew no objection ingħatat skont il-proċeduri stabbliliti f’dawn iċ-ċirkostanzi.