Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna li kienet taħdem mal-Airmalta ngħatat kumpens ta’ €4,500 għall-perjodu li kien hemm friża fuq il-pagi bejn Jannar 2004 u Dicembru 2011?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi rriżulta li żewġ persuni ingħataw kumpens ta’ €4,500 jew aktar. Il-kumplament ingħataw inqas.
Deċiżjonijiet u Regolamenti tal-Kummissjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-deċiżjonijiet u r-regolamenti tal-Kummissjoni Ewropea humiex legalment vinkolanti għall-pajjiżi membri kollha tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jgħid humiex atti legali li jidħlu fis-seħħ awtomatikament u uniformalment fil-pajjiżi membri kollha tal-Unjoni Ewropea?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall- Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jispjega preċiżament l-effetti legali tal-Atti tal-Unjoni Ewropea, inklużi d-Deċiżjonijiet u r-Regolamenti tal-Unjoni.
B'referenza għal dak li stqarret l-Malta union of Teachers, jiġifieri dwar tbagħbis fil-marki tal-istudenti, tista’ l-Ministru tgħid liema huma s-suġġetti u l-marki investigati? Tista’ tgħid ukoll min huma l-membri fil-kumitat li qiegħed jinvestigaw dawn l-insinwazzjonijiet u x'inhu t-terms of reference tagħhom?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija pubblika (PR211582) maħruġa fit-30 t’Awwissu 2021, li ħabbret li l-konklużjoni tal-investigazzjoni inkwistjoni tistabbilixxi li ma kien hemm l-ebda tbagħbis tal-marki kif kien allegat.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21957, jista’ l-Ministru jipprovdi l-lista tad-Direttivi u/jew Regolamenti speċifiċi tal-UE li allura jew ma ġewx trasposti fil-ħin jew inkellha għandhom ma ġewx trasposti? F’kull istanza, jista’ jgħid x’inhu l-istatus attwali fir-rigward ta’ traspozzjoni, u fejn saret traspozzjoni liema huma l-liġijiet nazzjonali rilevanti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-Regolamenti huma direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea u huma biss id-Direttivi li jirrikjedu traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali.
Rigward l-informazzjoni mitluba, ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fejn jidħlu kazijiet ta’ ksur li jinfetħu kontra kull Stat Membru hija pubblika.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22031 u 21925 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21677, tista’ l-Ministru tagħti lista tat-toroq fejn twaħħlu l-imsemmija arbli?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-arbli msemmija twaħħlu f’diversi toroq f’lokalitajiet differenti, dawn jinkludu: Attard, Birgu, Birkirkara, Birżebbuġa, Fgura, Floriana, Għargħur, Għaxaq, Gudja, Gzira, Ħamrun, Kalkara, Lija, Luqa, Marsa, Marsaskala, Marsaxlokk, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Mqabba, Msida, Mtarfa, Naxxar, Paola, Pembroke, Pieta, Qormi, Rabat, Safi, San Ġwann, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Santa Lucia, Santa Venera, Siġġiewi, Sliema, Swieqi, Tarxien, Valletta, Żabbar, Żejtun, Żurrieq, u Għasri (Għawdex).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bdew jiskontaw sentenza ta' ħabs fis-sena 2019, 2020 u fis-sena 2021 sad-data tar-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li, fl-2019 kien hemm 700 persuna, fl-2020 kien hemm 816 u sat-30 ta’ Settembru kien hemm 510 li bdew jiskontaw sentenza ta’ ħabs.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li temmew is-sentenza tal-ħabs fis-sena 2019, 2020 u fis-sena 2021 sad-data tar-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infumat li l-ammont ta’ persuni li temmew is-sentenza tal-ħabs fis-sena 2019 kien ta’ 816, fl-2020 temmew is-sentenza tagħhom 980 u fis-sena 2021 sal-lum kien hemm 784.
Tista’ l-Ministru tispjega x’inhi r-raġuni u a bazi ta’ liema kriterji l-Att li jemenda l-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, Att Numru XLIX tal-2021 li ġie approvat fit-23 ta’ Lulju 2021, qed jiġi meqjus li daħal fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2020 jiġifieri kwazi seba’ xhur qabel?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Att li jemenda l-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, Att Numru XLIX tal-2021 li ġie approvat fit-23 ta’ Lulju 2021, qed jiġi meqjus li daħal fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2020 minħabba l-fatt li t-terminu aħħari għat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (riformulazzjoni) kien jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2020.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu u qegħdin l-ispejjeż u infiq tal-Mediterranean Conference Centre għas-snin 2018, 2019, 2020 u fl-ewwel 6 xhur tal-2021?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn is-snin Dar il-Mediterran wettqet proġetti kapitali kbar u ta’ importanza nazzjonali, uħud minnhom bl-għajnuna tal-Unjoni Ewropea. Sar titjib fis-servizzi li jingħataw lill-industrija tal-Arti u Kultura filwaqt li nħolqu niċeċ ġodda bil-għan li jitjieb il-prodott turistiku . L-għan aħħari kien li l-binja storika tiġi mħarsa għall-ġenerazzjonijiet tal-futur, titjieb l-aċċessibilita’ u tkun tista’ titgawda aktar mill-pubbliku in ġenerali. Dawn il-proġetti ilhom li nbdew mill-2015 imma l-maġġoranza tagħhom tlestew matul dawn l-aħħar sentejn. Proġetti oħrajn għadhom għaddejjin u mistennija jitlestew sas-sena d-dieħla.
Uħud minn dawn il-proġetti li twettqu u tlestew fis-snin imsemmija jinkludu:
· proġett innovattiv ta’ sistema tal-arja kundizzjonata sostenibbli fis-sala Repubblika bil-għan li jiżdiedu l-ispazji xierqa għas-settur tal-MICE sabiex Malta tkun id-destinazzjoni tal-għażla tagħhom kif ukoll għall-qasam tal-Arti u Kultura u l-pubbliku in ġenerali;
· restawr ta’ sala magħrufa bħala Tank Room fi spazju ġdid storiku mgħammar bl-aħħar teknoloġija, bl-għan prinċipali li tiżdied l-aċċessibilita’ għall-binjiet storiċi u jitjieb il-qliegħ taċ-Ċentru, liema qliegħ jerġa’ jintefaq f’investiment u preservazzjoni tal-binja;
· twettaq il-proġett tal-Grand Harbour Terrace li joffri spazju eċċellenti fl-arja aperta li minnu tista’ titgawda veduta mill-isbaħ li tagħti fuq il-Port il-Kbir. Dan il-proġett qed jiġġenera interess qawwi minn bosta setturi ;
· sar restawr tal-kappella ewlenija li tinstab fiċ-Ċentru liema binja tmur lura għas-seklu sittax. Dan sar bl-għan ewlieni li jiġi mħares il-wirt kulturali dinji u jkun jista’ jitgawda mill-ġenerazzjoni tal-futur;
· sar immodernizzar tal-makkinarju tal-arja kundizzjonata ta’ bosta swali sabiex jitnaqqas il-konsum u fl-istess waqt tneħħa l-inkonvenjenza għall-ġirien;
· tnehida proġett marbut mal-kunċett “Reliving the Sacra Infermeria” li jikkonsisti f’installazzjoni ta’ sistema ta’ teknoloġija avvanzata magħrufa bħala Holographic Technology u Augmented Reality, li toffri esperjenza virtwali għall-viżitaturi li permezz tagħha jgawdu l-istorja unika taċ-Ċentru u ta’ Malta tul il-milja taż-żmien;
· sar xogħol estensiv ta’ manutenzjoni u tisbiħ fis-sala Repubblika u l-madwar, fosthom tibdil ta’ dwal, restawr tal-gallariji tal-ġebel, restawr tat-tapizzeriji, titjib fid-dressing rooms u oħrajn, bl-intenzjoni li jitjiebu dejjem iżjed is-servizzi li jingħataw;
· inxtara bosta tagħmir u makkinarju modern ieħor sabiex jiffaċilita’ l-attivitajiet tal-Catering;
· ġie mniedi sit (website) li jixraq aktar id-dehra l-ġdida taċ-Ċentru u li hu aktar addattat għaż-żminijiet tal-lum;
· saret manutenzjoni estensiva fuq it-travi kollha taċ-Ċentru fosthom dawk tal-injam, xogħol illi sfortunatament kellu jsir diversi snin ilu imma baqa’ ma sarx. B’hekk l-ispiża sabiex dawn setgħu jiġu ippreservati, kienet ferm akbar;
· inbidlu numru ta’ kontrabejtijiet li sfortunatament minħabba illi ma sar l-ebda tip ta’ manutenzjoni matul is-snin ta’ qabel, ix-xogħol fuqhom kellu jitwettaq mill-ġdid;
· sar xogħol siewi fuq is-sistema sħiħa tad-drenaġġ biex din tkun tista tilqa’ aħjar għad-domanda;
· sar u qiegħed isir xogħol fuq strutturi ta’ natura perikoluża f’uħud mill-partijiet taċ-Ċentru qabel dawn jerġgħu jinfetħu għall-pubbliku. Xogħol illi sfortunatament kellu jitwettaq minħabba n-nuqqas ta’ moniteraġġ mistħoqq matul is-snin ta’ qabel;
· sar u qiegħed isir xogħol ta’ immodernizzar tas-sit okkupat minn ŻFIN Malta kif ukoll dak okkupat mill-kuntratturi tal-Catering;
· qed isir xogħol ta’ immodernizzar tat-toilets pubbliċi kollha taċ-Ċentru;
· sar tibdil u restawr estensiv fuq numru sostanzjali ta’ aperturi tal-injam.
Aħna kommessi illi nkomplu ninvestu f’dan il-ġojjell biex inħalluh fi stat aqwa milli sibnieh għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet li ġejjin. L-ispejjeż u l-infiq li saru f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi għas-snin imsemmija huma s-segwenti:
· 2018 - € 2,930,323
· 2019 - € 3,189,227
· 2020 - € 6,517,250
· 2021 - € 1,434,436 (l-ewwel 6 xhur).
Dan fid-dawl li l-MCC dejjem ikollha finanzi pożittivi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm swew ir-repatriation flights li tnedew biex jittieħdu lura d-dar dawk l-istudenti li ġew imġiegħla jagħmlu kwarantina?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox ġew ripatrijati ħames mija, disgħa u sebgħin student (579) kollha minorenni. Il-ħames titjiriet ġew jiswew €297,658.
Jista’ l-Ministru jgħid minn dawk l-istudenti kollha li spiċċaw intbagħtu lura permezz tal-repatriation flight, kemm minnhom ingħataw il-flus biex jiġu hawn?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 22 student marru lura pajjiżhom permezz ta’ repatriation flightsu bbenefikaw mill-iskema tal-vouchers.
Jista' l-Ministru jikkonferma fuq liema skala ġie impjegat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li s-salarju tiegħu huwa mħallas mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali (DLG) u assenjat mal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi? Jista' jikkonferma wkoll kemm Kunsilli Lokali ngħataw trattament bħal Kunsill tas-Siġġiewi biex persuna taħdem fil-Kunsill Lokali b'salarju mħallas mid-DLG? Liema huma dawn il-kunsilli u fuq liema skala huma impjegati tali persuni mal-Kunsilli Lokali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi kemm ilhom imwaqqfin il-Kunsilli Lokali, minn żmien għal żmien il-Gvern Ċentrali assista lil diversi Kunsilli Lokali billi sellef uffiċjali magħhom. Dan sar billi tali uffiċjali ġew trasferiti mill-Ministeri li kienu impjegati magħhom għad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali u għalhekk huma fuq il-kotba tad-Diviżjoni.
Fil-preżent huma 13-il uffiċjal pubbliku fuq il-kotba tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali mislufa lill-Kunsilli Lokali skont it-
tabella A
. Barra minn hekk, fil-preżent id-Diviżjoni għall-Gvern Lokali tħallas 75 ħaddiema tal-RSSL li huma wkoll assenjati mal-Kunsilli kif muri fit-
tabella B.
Iż-żewġ tabelli msemmijja qed inpoġġihom fuq il-mejda tal-kamra.
Fil-każ tal-uffiċjal pubbliku li kien assenjat mal-Kunsill Lokal tas-Siġġiewi, liema uffiċjal għandu pożizzjoni ta’ Manager II (Business Processes), dan kien assenjat mal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi fil-perijodu bejn 8 ta’ Frar 2021 sat-18 ta’ Lulju 2021. L-imsemmi uffiċjal ġie msejjaħ lura fid-Diviżjoni fid-19 ta’ Lulju 2021.
Tabella A – Ħaddiema fil-kotba tad-Diviżjoni
Skala
Kunsill Lokali / Reġjonali
6
Il-Qala
7
Kunsill Reġjonali Għawdex
13
Ix-Xgħajra
14
Ix-Xewkija
14
Il-Marsa
16
Ħ'Attard
16
Ir-Rabat (G)
16
L-Għarb
17
Il-Qala
17
Iż-¯urrieq
17
Ħal-Għarghur
18
Ix-Xgħajra
18
Ħal Għaxaq
Tabella B – Ħaddiema tal-RSSL
Kunsill
Nru ta’ ħaddiema
Ħ’attard
2
Ħal Balzan
1
Il-Birgu
1
Birkirkara
1
Birżebbugia
1
Bormla
2
Il-Fgura
1
Floriana
1
Ħal Għargħur
2
Gozo Pool
3
Ħal-Għaxaq
1
Il-Gudja
2
Il-Ħamrun
3
L-Iklin
1
Il-Kalkara
2
Ħal Kirkop
2
Ħal-Lija
1
Ħal-Luqa
2
Il-Marsa
1
Marsaskala
3
Marsaxlokk
1
L-Imqabba
2
L-Imsida
1
L-Imtarfa
2
Reġjun Tramuntana
1
Paola
2
Ħal Qormi
1
Il-Qrendi
3
Ir-Rabat
1
Ħal Safi
2
San Ġiljan
1
San Ġwann
2
Santa Lucija
2
L-Isla
1
Is-Siġġiewi
2
Tas-Sliema
1
Reġjun Xlokk
6
Reġjun Nofsinhar
3
Santa Venera
1
Ta' Xbiex
1
Ix-Xgħajra
3
Ħaż-Żabbar
1
Iż-Żejtun
1
Iż-Żurrieq
1
Sindku tas-Siġġiewi – DLG – ritorn taċ-ċertifikat u midalja tal-Onorifiċenza Mertu Siġġiewi minn individwu
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-Dipartiment tal-Gvern Lokali (DLG) ikkonfermax mas-Sindku tas-Siġġiewi dwar jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament irritornax iċ-ċertifikat u midalja tal-Onorifiċenza Mertu Siġġiewi lill-Kunsill Lokali, wara li l-istess DLG ikkonferma mal-Kunsill Lokali li tali Onorifiċenza hija nulla hekk kif ingħatat mis-Sindku mingħajr ma kellu vot ta' maġġoranza favur l-għoti tal-Onorifiċenza lil dan l-istess individwu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi wara li d-Diviżjoni għall-Gvern Lokali tat direzzjoni li l-onorefiċenza mogħtija lill-persuna imsemmija kienet nulla, is-Sindku reġa ressaq il-każ f’laqgħa tal-Kunsill fejn talab li jissanzjoni tali onorifiċenza. Il-Kunsill qabel mal-proposta tas-Sindku, biss wara li d-Diviżjoni ġiet notifikata b’din l-aħħar deċiżjoni, il-Kunsill reġa ngħata direzzjoni li ġaladarba ma kienx hemm l-ebda deċiżjoni tal-Kunsill fuq is-suġġett in kwistjoni u l-għoti tal-onorefiċenza lill-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament għalhekk kien wieħed null, ma tista’ ssir l-ebda aġġustament ta’ nuqqas ta’ deċiżjoni. Għaldaqstant il-Kunsill għandu jiġbor lura l-għotjiet li ngħataw lill-persuna li dwarha qed issir l-interpellanza, u żżommu lid-Diviżjoni nfurmata dwar dan.
Early Retirement – emenda fil-liġijiet tas-Sigurtà Soċjali
Question
In vista tal-fatt li persuni li joħorġu minn fuq il-post tax xogħol bl-'Early Retirement' qabel ma jilħqu l-pension age, skont skeda tal-kumpanija, bħalissa ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni u għalhekk persuna li tingħata 'early retirement' ta' 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, f'dawk it 3 snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor, għaldaqstant, jista’ l-Ministru jikkonsidra li ssir emenda fil-liġijiet tas-Sigurtà Soċjali biex persuni f'din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu xorta b'xogħol iddikjarat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ma hemm xejn fl-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali li jipprekludi persuna milli taħdem qabel l-eta’ ta’ 61 sena jew qabel/wara l-età tal-
irtirar.
Jista’ jagħti l-każ li dak li qed isemmi l-Onor. Interpellant ġej mill-kundizzjonijiet ta’ xi skema jew skemi ta’ Early Retirement, liema kundizzjonijiet isiru minn min joffrihom.
Early Retirement – emenda fil-liġijiet tas-Sigurtà Soċjali
Question
In vista tal-fatt li persuni li joħorġu minn fuq il-post tax-xogħol bl-'Early Retirement' qabel ma jilħqu l-pension age, skont skeda tal-kumpanija, bħalissa ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni u għalhekk persuna li tingħata 'early retirement' ta' 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, f'dawk it-3 snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor, għaldaqstant, jista’ l-Ministru jikkonsidra li ssir emenda fil-liġijiet tax-xogħol, biex persuni f'din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu xorta b'xogħol iddikjarat?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Early Retirement – emenda fil-liġijiet u miżuri finanzjarji
Question
In vista tal-fatt li persuni li joħorġu minn fuq il-post tax-xogħol bl-'Early Retirement' qabel ma jilħqu l-pension age, skont skeda tal-kumpanija, bħalissa ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni u għalhekk persuna li tingħata 'early retirement' ta' 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, f'dawk it-3 snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor, għaldaqstant, jista’ l-Ministru jikkonsidra li ssir emenda fil-liġijiet relattivi u jittieħdu l-miżuri finanzjarji relattivi biex persuni f'din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu xorta b'xogħol iddikjarat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Awtorità tal-Artijiet – Direct orders, kuntratti maqbula permess ta’ negotiated procedures u/jew tenders
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi elenku ta’ direct orders, kuntratti maqbula permezz ta’ negotiated procedures u/jew tenders mill-Awtorità tal-Artijiet minn meta din waqgħet taħt id-dekasteru tiegħu, kif ukoll min kien ir-reċipjent ta’ dawn id-direct orders, u jew kuntratti u għal liema ammont?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Direct orders, kuntratti maqbula permess ta’ negotiated procedures u/jew tenders
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi elenku ta’ direct orders, kuntratti maqbula permess ta’ negotiated procedures u/jew tenders mill-Aġenzija Infrastructure Malta, Transport Malta u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Ottubru 2020 sad-data tal-lum (04/08/2021) u, kif ukoll min kien ir-reċipjent ta’ dawn id-direct orders, u jew kuntratti u għal liema ammont?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopji kollha tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ dawk l-aġenziji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi li ġew ippubblikati s’issa minn Lulju 2020 sa Ġunju 2021.
Skejjel primarji u sekondarji tal-Gvern — għalliema
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru (b'mod separat) tal-għalliema fl-iskejjel primarji u dawk sekondarji tal-Gvern?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li n-numru tal-għalliema fl-iskejjel primarji u dawk sekondarji tal-Gvern sad-data meta nġibdet din l-informazzjoni (13 ta' Settembru 2021) b’mod separat huwa kif muri hawn taħt:
Għalliema fi skejjel primarji - 1049
Għalliema fi skejjel sekondarji - 1717
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru (b'mod separat) tal-għalliema fl-iskejjel privati u dawk tal-Knisja?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li n-numru tal-għalliema fl-iskejjel Indipendenti kif ukoll dawk tal-Knisja sad-data meta nġibdet din l-informazzjoni (6 ta' Settembru 2021) b’mod separat huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt:
Skejjel tal-KnisjaSkejjel Indipendenti
PrimarjaSekondarjaPrimarjaSekondarja
4501023292361