Inkjesta Maġisterjali — Talba biex Maġistrat Inkwirenti isiefer bħala parti mill-Inkjesta Maġisterjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba saret lill-Prim Imħallef u/jew lill-Gvern biex Maġistrat Inkwirenti jingħata l-faċilità u l-mezzi u r-riżorsi biex isiefer barra minn Malta bħala parti minn xi Inkjesta Maġisterjali fl-2017? Min kien il-Maġistrat u fil-kuntest ta’ liema inkjesta għamel tali talba?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif persważ li japprezza l-Onor. Interpellant, is-suġġett tal-interpellanza huwa dwar materja li tmiss il-prinċipju tas-sigriet tal-istruttorja, liema prinċipju hu salvagwardjat b’diversi provvedimenti fil-liġi tagħna.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni - ħaddiema
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni - ħaddiema
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.