Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #404 Sitting 10 2017-07-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — ingaġġ ta' ħaddiema - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Mejju 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, x’kien ix-xogħol ta’ dawk li ġew impjegati fl-Isptar Monte Carmeli? Kemm minnhom bdew jaħdmu: a. fil- maintenance ; b. fil-kċina; c. bħala clerks; u d. bħala carers?

Response (FEARNE, CHRISTOPHER)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 403.
Leg 13 PQ #405 Sitting 10 2017-07-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Ambulance Service - kuntratt ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kuntratt tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Operations Manager tal-Ambulance Service fl-Isptar Mater Dei ġie mġedded għal sena ftit qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2017, wara li l-istess kuntratt li oriġinarjament kien ta’ tliet snin, skada?

Response (FEARNE, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kuntratt tal-persuna msemmija minnha kien ġie mgedded qabel, u mhux kif qed tgħid hi, wara, li kien skada l-kuntratt oriġinali.
Leg 13 PQ #431 Sitting 10 2017-07-03 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar — postijiet għall-programm tal-Festival Internazzjonali tan-Nar

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk il-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar hux se jkunu inklużi bħala postijiet li fihom issir waħda mill-attivitajiet relatati mal-programm tal-Festival Internazzjonali tan-Nar li jmiss jiġi organizzat f'pajjiżna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li t-tim organiżżattiv tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar jistabbilixxi l-lokalitajiet fejn ser ikun jittella’ l-festival billi jittieħdu inkonsiderazzjoni l-aspetti kollha loġistiċi kif ukoll l-aspetti ta’ saħħa u sigurta’. Diskussjonijiet dwar il-Festival tas-sena d-dieħla għadhom se jibdew.

San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa — inizjattiva tat-Tourism Police

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inizjattiva tat-Tourism Police li kienet imnedija is-sena li għaddiet hiex se tkun introdotta fil-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar matul ix-xhur tas-sajf ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Dan huwa proġett pilota u ġie implimentat biss f’San Ġiljan u Tas-Sliema. Il-gvern għadu qed jevalwa il-possibiltajiet kollha.
Leg 13 PQ #433 Sitting 10 2017-07-03 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Ministeru għas-Saħħa

Ċimiterju tal-Mosta — xogħol ta' alterazzjoni fir-rampa tan-naħa t'isfel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, fir-rigward tal-applikazzjoni għall-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex isir xogħol ta’ alterazzjoni fir-rampa li hemm fin-naħa t’isfel taċ-Ċimiterju tal-Mosta, jekk din l-applikazzjoni ġietx approvata min-naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar? U jekk il-Ministru għandu l-approvazzjoni għax-xogħol meħtieġ, jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir ix-xogħol li huwa tant meħtieġ sabiex in-naħa t’isfel taċ-Ċimiterju tal-Mosta jkun ukoll aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?

Response (FEARNE, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjoni ġiet sottomessa u l-proċess tal-ippjanar għadu għaddej.

Persuni b'diżabilità — persuni bil-badge

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex persuni bil-badge ta’ persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jpoġġu bilqiegħda fil-post riservat għalihom fil-vetturi tat-Trasport Pubbliku, meta dawn il-postijiet ikunu meħuda minn persuni li ma jkollhomx id-dritt li jpoġġu f’dawn il-postijiet li huma ta’ prijorità għal persuni b’diżabilità? Din il-mistoqsija qed issir sabiex persuni b’diżabilità jkollhom id-dritt tagħhom legali mħares u mhux jibqgħu intitolati għall-post riservat iżda bla dritt legali għalih.

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill Onor. Interpellant għar-risposti li kienu ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 31489 u 31960 tat-tnax il-Leġislatura.

L-Imġarr — Triq Sir Temi Zammit - twessiegħ ta' bankina

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex fit-Triq Sir Temi Zammit li tieħdok lejn l-Imġarr Malta, f’salib it-toroq mat-triq li tieħdok lejn id-Dwejra, isir xogħol ta’ twessiegħ ta’ bankina fit-triq il-prinċipali lejn l-Imġarr fuq in-naħa tad-daħla lejn id-Dwejra? Din il-mistoqsija qed isir sabiex karozza nieżla mit-triq tad-Dwejra għall-Imġarr tkun tista’ tara aħjar il-karozzi ġejjin fit-triq il-prinċipali ġejjin mill-Mosta lejn l-Imġarr u b’hekk jitnaqqsu l-inċidenti.

Response (BORG, IAN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar

Il-Mosta — Triq il-Kungress Ewkaristiku - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda xogħol li kien imwiegħed li jsir għall-bidu tal-2017 li huwa l-għoti mill-ġdid ta’ tarmak fit-Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-ġimgħat li għaddew saru preparamenti u saħansitra testijiet fuq l-asfalt eżistenti u dan biex tinħareg sejħa għal xogħlijiet ta’ titjib fil-wiċċ tat-triq imsemmija. Din is-sejħa mistennija toħrog fil-ġimgħat li ġejjin u wara li jiġi aġġudikat kuntrattur ikunu jistgħu jinbdew ix-xogħlijiet in kwistjoni.

Il-Mosta — Triq Ġuże Delia - tkomplija ta' bini ta' boundary wall

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li jitkompla l-bini ta’ boundary wall f’Triq Ġuże Delia fil-Mosta fejn dan il-bini tal-boundary wall kien beda minn Transport Malta iżda jidher li kien twaqqaf mill-Awtorita tal-Ippjanar? Il-bini ta’ dan il-boundary wall kien intalab li jsir minn Transport Malta mill-Kunsill Lokali. Ladarba, snin ilu meta kienet infetħet l-istess triq, dak iż-żmien dan il-boundary wall qatt ma kien mibni. Dan il-boundary wall kien intalab li jsir biex jitneħħa l-periklu tal-biċċa ħajt li kien qed jaqa’ ladarba issa minn din it-triq qed jgħaddu l-vetturi tat-Trasport Pubbliku. Dan il-bini kien qed isir ukoll sabiex ikun hemm tiswija għal ftit metri.

Response (BORG, IAN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar

Il-Mosta — twessiegħ tal-ispazju tal-karreġġjata madwar ir-roundabout ta Triq il-Kungress Ewkaristiku

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex isir xogħol ta’ twessiegħ tal-ispazju tal-karreġġjata madwar ir-roundabout li hemm fit-tarf ta’ Triq il-Kungress Ewkaristiku ma' tarf Vjal Valletta u Vjal Indipendenza fil-Mosta? Dan is-suġġeriment qed isir sabiex it-traffiku li jdur ma’ din ir-roundabout jibda jkollu spazju ta’ żewġ karreġġjati mal-istess roundabout u t-traffiku jkun jista’ jsuq b’aktar kumdità u b’inqas periklu.

Response (BORG, IAN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar
Leg 13 PQ #16 Sitting 8 2017-07-03 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — impjegati ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li tmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Tista’ tagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

L-Infomrazzjoni mitluba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern lokali u Komunitajiet - ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern lokali u Komunitajiet jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18 - ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18 jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali - ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirefferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34.
Leg 13 PQ #44 Sitting 8 2017-07-03 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema li ħadu promozzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta’ ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.