Jista' l-Ministru jgħid kemm hi s-somma totali li l-Gvern għandu jiġbor għas-servizzi tas-saħħa li ħadu pazjenti barranin li ma kellhomx dritt għal servizz b’xejn fl-ewwel sitt xhur tal-2017?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Il-Mosta — Dipartiment tas-Saħħa - xogħol ta' tisbiħ mal-faċċata tal-Klinika tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex issa ladarba l-Kunsill Lokali tal-Mosta iffirma l-ftehim mad-Dipartiment tas-Saħħa, il-Ministru jara li jsir ix-xogħol ta’ tisbiħ mal-faċċata tal-Klinika tal-Gvern u tali faċċata taċ-Ċentru Ċiviku sa fejn hu responsabbli id-Dipartiment tas-Saħħa tkun imbajda?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Nfakkar lill-Onor. Interpellant illi l-binja ta’ fejn jinsab iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta hija propjetà tal-Kunsill Lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fuq il-Ġnien tal-Għarusa tal-Mosta fil-Mosta wasslux fit-tmiem tagħhom, jew jekk għadx baqa’ xi xogħol ieħor xi jsir?
Response (BORG, IAN)
L-Onorevoli Interpellant hu mitlub iressaq din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu ż-żmien li baqa' fejn fil-preżent qed ikunu depositati l-boroż s-suwed tal-iskart? Jista' jgħid kemm baqa' żmien sakemm "Il Għallis" jista' jibqa jintuża qabel ma jingħalaq?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà - ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha hija responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — ħaddiema li ħadu promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — ħaddiema li ħadu promozzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li tmexxi, li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Tista’ tagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Finanzi — ħaddiema li ħadu promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lil-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Turiżmu — ħaddiema li ħadu promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — ħaddiema li ħadu promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 51, l-Onor. Interpellant għandu jinnota lista ta’ ħaddiema li ħadu promozzjoni fil-FAM fil-perjodi indikati. L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li l-lista tas-sena 2017 hija komposta minn tliet eżerċizzji ta’ promozzjonijiet differenti, kif elenkat hawn taħt:
- Eżerċizzju ta’ promozzjonijiet li jsir kull sena skont il-liġi li tirregola l-FAM u skont dak li jissejjaħ ‘Soldiers’ Career Handbook’ li jfassal il-proċeduri u l-kriterji relatati. Dan it-tali eżerċizzju kien ilu li nbeda minn Ottubru tal-2016 u ġie konkluż f’Mejju tal-2017. Eżerċizzju simili mistenni jibda lejn Ottubru ta’ din is-sena sabiex jinżamm l-impenn annwali skont kif elenkat fl-istess ktejjeb imsemmi hawn fuq.
- Eżerċizzju ta’ promozzjonijiet pendenti bħala riżultat tal-appuntat Board sabiex jiddilja ma’ allegati inġustizzji li kienu saru fil-FAM. F’dan l-eżerċizzju ġew ikkonfermati numru ta’ inġustizzji li seħħew qabel Marzu tal-2013 u ġew rimedjati skont kif kien jimmerita kull każ.
- Promozzjonijiet lil numru żgħir ta’ Uffiċjali bil-Kummissjoni li jkun għalqilhom iż-żmien bejn grad u ieħor u jkunu ġew eliġibbli sabiex jieħdu l-promozzjoni, skont l-Officers’ Career Handbook.
Fir-rigward tal-Pulizija, ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Mejju, 2017 u t-2 ta' Ġunju, 2017 kien hemm sittax (16)-il promozzjoni ta' membri tal-Korp tal-Pulizija għar-rank to Surġent mir-rank ta' Kuntistabbli. Dawn il-promozzjonijiet kienu effettivi mill-15 ta' Mejju, 2017. Matul il-perjodu bejn is-7 ta' Jannar, 2013 u t-8 ta' Mejju 2013, kien hemm promozzjoni waħda, dik ta' Supretendent għal Kummissarju. Bejn l-1 ta'
Mejju, 2017 u t-2 ta' Ġunju, 2017 mill-impjegati ċivili fil-Korp, kien hemm ukoll ħames (5) impjegati li ġew promossi għal Senior Operative IV b'effett mis-27 ta' April, 2017. Ma kienx hemm impjegati ċivili promossi bejn is-7 ta' Jannar, 2013 u t-8 ta' Mejju 2013.
Fid-Dipartiment tas-Servizzi Sigrieti ta’ Malta kien hemm promozzjoni waħda fil-perjodu msemmi.
Filwaqt fid-Direttorat għall-Affarijiet tad-Difiża kienu żewġ uffiċjali li ġew promossi Uffiċjali Eżekuttivi fil-21 ta' Marzu 2013 wara sejħa għal din il-kariga fis-Servizz Pubbliku ta' Malta fl-2012. Uffiċjal minnhom f'dak iż-żmien kien jagħmel parti mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.
Minħabba protezzjoni tad-data, il-listi kollha qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:POLICE Promotion 2017.docxMSS Promotion 2013.docxDefence Promotion 2013.docxAFM PQ 51 għal-perjodu 7 ta' Jannar sa 8 ta' Mejju 2013.xlsxAFM PQ 51 għal perjodu mill 1 ta' Mejju 2017 sat 2 ta' Ġunju 2017.xlsx
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — ħaddiema li ħadu promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Mir-rapport tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ta' Marzu 2017 dwar l-ispiża tal-obeżità fuq pajjiżna, jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-fatt l-obeżità f’pajjiżna minflok naqset biex tilħaq il-miri tal-WHO għas-sena 2020 (jiġifieri 18%) fil-fatt telgħet minn 25.3% (2015) għall-34% (2016)?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istħarriġ tal-2015 (European Health Interview Survey) huwa wieħed self reported, fejn l-istatistika dwar ir-rata tal-obezita’ f'Malta tinħadem abbażi ta' mistoqsija li għaliha l-parteċipanti jagħtu stima tal-piż u tat-tul tagħhom, mingħajr ma jitkejjel u jintiżen kull parteċipant. Dak tal-2016 (Saħħtek) kejjel il- piż u t-tul ta’ kull parteċipant fost testijiet mediċi oħra. Dan tal-aħħar jitqies bħala examination survey u huwa aktar akkurat. Fil-popolazzjonijiet kollha, stimi tar-rata tal-obezita’ minn stħarriġ self-reported ikun kemmxejn aktar baxxi minn dawk li jużaw examination surveys.
Madankollu, meta nagħmlu miri għall-futur, minħabba li stħarriġ self-reported huwa aktar sostenibbli u hu wkoll fil fatt obbligu legali Ewropew għall-Istati membri kollha, dawn il-miri jiġu bbażati fuq dan it-tip ta' stħarriġ. Sfortunatament studji tat-tip examination jinvolvu aktar riżorsi u ma jsirux fuq bażi regolari. L-aħħar wieħed li sar f'Malta qabel Saħħtek kien sar fl-1984.
Għaldaqstant l-istima tal-2016 ma tistax titqies bħala differenti minn dik tal-2015 għax hija ta natura kompletament differenti.
Jista’ l-Ministru jgħid, mill-ewwel ta’ Mejju 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm transfers ta’ ħaddiema li jaqgħu taħt id-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm minn dawn it-transfers kienu mitluba mill-impjegati stess u kemm minnhom kienu sfurzati kontra r-rieda tal-ħaddiema?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid, mill-1 ta’ Mejju 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tas-Saħħa direttament mal-Gvern jew ma’ kuntratturi li jaħdmu direttament mad-Dipartiment tas-Saħħa?
Jista’ l-Ministru jgħid, mill-1 ta’ Mejju 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Isptar Monte Carmeli direttament mal-isptar jew mal-kuntratturi li jaħdmu fl-Isptar imsemmi?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-aħħar ta’ Marzu u l-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena, n-numru t’impjegati fl-isptar Monte Karmeli mal-gvern baqa’ l-istess, waqt illi n-numru t’impjegati f’Monte Karmeli mal-kuntratturi żdied bi 3 impjegati.