Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — sponsorships

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' sponsorships li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema sponsorships qiegħed jirreferi.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — sponsorships

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' sponsorships li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema sponsorships qiegħed jirreferi.

Enemalta – ħlas għall-konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Korporazzjoni Enemalta ħallset jew se tkun mitluba tħallas għall-konsulenzi legali u pariri legali mogħtija mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum? Min hija jew huma d-ditti legali li qed jipprovdu tali servizzi legali?

Response (MIZZI, JOE)

Tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.
Leg 13 PQ #136 Sitting 14 2017-07-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Third Country Nationals – permess ta’ residenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’pożizzjoni jkollu persuna Third Country National li ilu ħames snin jirrisjedi u jaħdem legalment f'Malta? Dan għandu dritt li jingħata permess ta' residenza għall-ħames snin oħra, liema permess jinkorpora fih id-dritt li jaħdem? Kemm kien in-numru ta’ Third Country Nationals li kienu ilhom ħames snin jirrisjedu u jaħdmu f'Malta u li applikaw għall-permess ta' residenza ta' ħames snin xahar b'xahar fl-aħħar 24 xahar? Kemm minnhom ingħatalhom dan il-permess? Kemm minnhom ma ngħatalhomx permess? Minn liema pajjiż kienu ġejjin?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill Onor Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #137 Sitting 14 2017-07-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — appointment ta' konsulenza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta’ konsulenza mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu, permezz ta’ direct order? X’kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza? X’inhu l-valur ta’ kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Lista’ ta’ avukati

Question

Jista’ l-Ministru jitlob lir-rappreżentant tal-Gvern fuq il-bord tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatment, il-lista ta’ avukati li nħatru minnha mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum għall-finijiet ta’ vetting ta’ kuntratti ta’ self u bejgħ/xiri u kuntratti oħra li jirrikjedu l-vetting ta’ riċerki, u jqiegħdha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant iressaq din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġar tal-Ilma — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-valur ta’ konsulenzi li ngħataw b’direct order, lil min u għalxiex, fl-entitajiet li għalihom hu responsabbli, mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, JOE)

Tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Korp tal-Pulizija — vetturi

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-vetturi kollha, inkluż karozzi, trakkijiet u muturi, li l-Korp tal-Pulizija xtara secondhand minn April 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull vettura jagħti d-data tax-xiri, il-prezz, minn fejn inxtrat, kemm-il sena għandha l-vettura u l-metodu ta' akkwist?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Vetturi mixtrija wżati mill-Korp tal-Pulizija mill-2013 sallum Kwantita Tip ta' vettura Data ta' xiri Prezz ta' kull vettura Min fejn inxtratt Kemm kellha zmien il-vettura meta nxtrat Metodu tal-akkwist 10 Muturi BMW120cc Novembru 2013 Eur. 8500 Regina Auto Dealer bejn 4 - 6 snin Direct Order wara sejħa għal offerti u approval mill-MFIN 10 Muturi BMW120cc Mejju 2014 Eur. 9100 Regina Auto Dealer bejn 5 - 7 snin Direct Order wara sejħa għal offerti u approval mill-MFIN 1 Tow truck Lulju 2016 Eur. 4700 Regina Auto Dealer 26 sena* Direct Order wara sejħa għal offerti u approval mill-MFIN 1 Ford Focus saloon Gunju 2014 Eur. 1700 Lepo Garage 12 ** sena Direct Order wara sejħa għal offerti u approval mill-MFIN 2 Vannijiet Citroen Berlingo Lulju 2015 Eur. 6250 Regina Auto Dealer 8 snin Direct Order wara sejħa għal offerti u approval mill-MFIN 5 Muturi Yamaha 1300 Frar 2017 Eur.8117.20 Brtish Transport Police bejn 2 - 7 snin Direct Order wara sejħa għal offerti u approval mill-MFIN * Minkejja li ma kienx mudell daqshekk modern xorta ġie misjub tajjeb għad-doveri li nxtara għalih speċifikament biex jitneħħew vetturi derelict mit-toroq u vetturi oħra. Għadu fis-servizz ** Vettura ta' tip Ford Focus li wkoll instabet utli għad-doveri li ġiet mixtrija u li għada tintuża sallum, kif jista' jingħad għal kumplament tal-vetturi l-oħra. 30/06/2017

VGh — assi - investiment f'Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’assi għandha l-kumpanija Vitals Global Healthcare biex tagħmel tajjeb għall-kobor tal-investiment li suppost kellha tagħmel f’pajjiżna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata peress li din hija kunsidrata kunfidenzjali kif koperti bil-kunfidenzjalita’ imposta skont l-Artiklu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta u l-Artiklu 33 tal-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji.

Mellieħa – Triq il-Qortin – siġra antika tal-ħarrub imqaċċta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm permessi approvati mill-awtoritajiet konċernati sabiex "titqaċċat" siġra antika tal-ħarrub fi Triq il-Qortin fil-Mellieħa proprju nhar l-Erbgħa 28 ta' Ġunju fl-4:30pm kif juri dan ir-ritratt li qed jingħata separatament? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid liema awtorità approvat dawn il-permessi? Dan l-isfreġju sar fuq xogħol ta' Transport Malta?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li s-siġra inkwistjoni tinsab ġo żona ta’ l-iżvilupp u għaldaqstant ma tirrikjediex permess biex titneħħa jew biex isir intervent fuqha skont ir-Regolamenti dwar il-Ħarsien tas-Siġar u l-Imsaġar, 2011 (L.S. 549.64). Permess tal-ambjent għal interventi fuq din it-tip ta’ siġra huwa rekwiżit bil-liġi msemmijia meta tkun tinsab f’żona ta’ Konservazzjoni Urbana (UCA) u barra miż-żona tal-Iżvilupp (ODZ).

Boroż ta’ studju mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif fuq in-numru ta' boroż ta' studju li ngħataw mill-2011 sal-lum u l-ammont ta' investiment li ntefaq? X'hemm ipproġettat għal din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Studenti li gawdew minn stipendju u għotjiet relatati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' studenti li gawdew minn stipendju u għotjiet relatati, mill-2011 sa din is-sena skolastika? Jista’ wkoll jipprovdi dettalji dwar it-total ta' għotjiet għal kull sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' studenti li gawdew minn stipendju u għotjiet relatati baqa' jiżdied kull sena minn 16,927 fl-2011 għal kważi 19,000 fis-sena akkademika li għaddiet. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. interpellant.

Twessiegħ ta’ parametri tal-għotjiet tal-istudenti u żidiet relatati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif twessgħu l-parametri tal-għotjiet tal-istudenti u żidiet relatati kif ukoll liema studenti gawdew minnhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar snin ġew introdotti diversi inċentivi. L-iskop ewlieni ta’ din l-istrateġija kien li jitħaffu l-proċessi u l-istrutturi billi jiġu applikati l-istess proċeduri komuni għal kull student li japplika għall-imsemmija Għotjiet ta’ Manteniment. L-Uffiċċju tal-Għotjiet ta’ Manteniment għamel investiment qawwi f’dan il-qasam u issa ninsabu f’pożizzjoni tajba ħafna biex inlaħħqu mad-domanda dejjem tikber ta’ applikazzjonijiet u naturalment mal-aspettattiva tal-istudent f’dan ir-rigward. In-numru ta’ studenti li qed ikomplu jistudjaw, kemm fil-livell post-sekondarju kif ukoll fil-livell terzjarju qiegħed kulma jmur dejjem jiżdied. In-numru ta’ studenti li applikaw fis-sistema onlajn din is-sena akkademika 2016/2017 taqbeż id-19,000 student. Miżuri li ġew introdotti f’dawn l-aħħar erba’ snin huma: Fis-sena akkademika 2013/2014 beda jingħata għall-ewwel darba stipendju lil studenti li jirrepetu sena fil-kors tagħhom u l-istipendju beda jiġi rivedut kull sena b’rata proporzjonali tal-cola; iz-żieda tal-għoli tal-ħajja. Din is-sena akkademika tneħħiet is-sistema tal-ismart card u l-għotjiet lill-istudenti bdew jingħataw direttament fil-kont tal-bank tagħhom. Minn din is-sena akkademika studenti li jistudjaw għal Doctor in Veterinary Medicine bdew jircievu rata ta’ stipendju ogħla u klassifikata bhal High Priority. Ir-rata ta’ stipendju kienet dik ta’ €300 kull erba’ gimgħat. Fl-2013 kien hemm 6 studenti ġodda li bdew dan il-kors u 27 student ieħor li kienu għaddejjin b’dan il-kors. Fis-sena 2015/16 diversi korsijiet ġodda żdiedu mal-lista ta’ dawk eliġibbli għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti, inkluż il-Postgraduate Diploma fin-Nutrition u Dietetics li beda jitqies ukoll eliġibbli għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti. Fis-sena akkademika 2015/2016 il-proġett edukattiv Gem 16+ u cioe’ Guze’ Ellul Mercer 16+ laqa’ 69 student li kollha tqiesu eliġibbli għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti u ħafna minnhom applikaw ukoll għall-għotja supplimentari. Id-dipartiment irċieva wkoll 108 applikazzjoni mill-Agenzija Żgħażagħ (Youth Inc.) b’aktar minn 48 minnhom japplikaw għall-għotja supplimentari. Din is-sena akkademika hemm 90 student fil-programm Gem 16+ filwaqt li l-Agenzija Żgħażagħ laqgħet 143 student. Kien hemm diversi inċentivi oħra mnedija fis-sena akkademika 2015/2016, fosthom il-ħlas tal-għotja ta’ darba lill-istudenti tat-tieni sena li jkunu qed jagħmlu kors bl-apprentistat fl-MCAST. Din l-għotja tfisser li issa l-istudenti tal-apprentistat fl-MCAST u li qegħdin fit-tieni sena tal-kors tagħhom ser jibdew jirċievu l-għotja inizjali fil-bidu tas-sena akkademika. Fil-fatt 362 student ircieva l-għotja f’Marzu u dan ammonta għal investiment ta’ €42,479.58. Fi Frar 2016 l-istipendji u stipendji supplimentari reġgħu ġew riveduti b’ammont proporzjonali taż-żjieda tal-għoli tal-ħajja (cola) u għaldaqstant l-istipendji u stipendji supplimentari ġew aġġustati b’żjieda ta’ 0.93%. Dan sarraf f’investiment akbar ta’ circa €161,405 għas-sena akkademika 2015/6. Inċentivi oħra kienu jinkludu l-klassifikazzjoni ta’ korsijiet li ġew meqjusa bħala eliġibbli għal stipendju ogħla fosthom B.Sc Pharmaceutical Technology li ġie iklassifikat bħala kors preskritt għal fini ta’ stipendju biex hekk dawn l-istudenti bdew jieħdu għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti ħafna ogħla. L-istudenti maturi bdew jitqiesu wkoll awtomatikament eliġibbli għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti minn Jannar 2016 u għaldaqstant ma baqax jintalab rendikont tad-dħul ta’ dawk residenti fl-istess household biex tiġi determinata l-eliġibbilità ta’ studenti li jiġu aċċettati għall-kors taħt il-klawsola tal-maturità. Tajjeb jintqal ukoll illi fl-2015 id-Dipartiment tal-Edukazzjoni u x-Xoghol investa biex id-Dipartiment għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti jkollha sistema onlajn biex l-istudenti japplikaw kollha f’applikazzjoni waħda li minnha jiġu ġġenerati l-ħlasijiet wara li tiddaħħal l-attendenza fejn applikabbli. Għall-ewwel darba studenti fl-apprentistat fl-MCAST bdew jirċievu stipendju speċjali fix-xhur tas-Sajf u cioe’ tliet pagamenti konsekuttivi ta’ €233. Is-sena akkademika 2016/7 nediet diversi miżuri oħra fosthom: Minn din is-sena akkademika, studenti li jagħlqu 16-il sena u jkomplu jistudjaw u jitħarrġu fil-Programm ta’ Tagħlim Alternattiv f’Raħal Ġdid fil-Livell 3 tal-Qafas tal-Kwalifiki Malti fil-Hospitality and Customer Care u fil-Welding and Fabrication bdew jitqiesu eliġibbli biex jingħataw stipendju wkoll. 26 student ibbenefikaw minn din il-miżura. Fi Frar 2017, il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol approva r-rakomandazzjoni tal-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti biex il-korsijiet fl-Aeronaturics u Aerospace Engineering jitqiesu bħala High Priority Course u fil-fatt dawn l-istudenti bdew jirċievu l-ammont ta’ €307.68 kull erba’ ġimgħat minn Jannar 2017. Għaldaqstant dawn l-istudenti bdew jirċievu wkoll rata ta’ għotja ogħla. Studenti li jagħmlu sena waħda addizzjonali fil-kors tagħhom bdew jingħataw stipendju wkoll għas-sena addizzjonali u jitqiesu bħala studenti li qed jirrepetu sena fil-kors tagħhom. Ġiet ikkonfermata mill-MFIN ir-rata ta' 0.91% bħala r-rata ta' reviżjoni għall-għotjiet ta' manteniment lill-istudenti u l-istipendju u l-istipendju supplimentari ġew riveduti b’din ir-rata; Ġew riveduti t-thresholds tal-qligħ b’rabta mal-eliġibbilità għall-għotja supplimentari; Studenti b’diżabbilità u studenti li joqogħdu fi djar tal-Knisja u konservatorji, fost l-oħrajn, bdew jitqiesu awtomatikament eliġibbli għall-għotjiet ta’ manteniment, inkluż l-għotja supplimentari; Studenti li għal xi raġuni ma jtemmux kors b’suċċess u jiddeċiedu li jmorru għal kors ta’ studju li jwassal għal kwalifiki tal-istess livell jew aktar baxxi bdew għall-ewwel darba jieħdu l-istipendju u Bdiet tingħata wkoll għotja addizzjonali lil ġenituri waħedhom li jkomplu jistudjaw fuq livell post- sekondarju, terzjarju u / jew vokazzjonali. Minn din is-sena wkoll il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol approva wkoll ħlas għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti lil dawk li segwew korsijiet post sekondarji taħt il-United World Colleges u istituzzjonijiet oħra post sekondarji.

Postijiet edukattivi – xogħol ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol ta' manutenzjoni li se jsir f'postijiet edukattivi matul dan is-sajf u x'inhi n-nefqa pproġettata?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rendikont tax-xogħol ta' manutenzjoni li se jsir f'postijiet edukattivi, mill-ħaddiema li jaħdmu fl-iskejjel u d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, matul dan is-sajf qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. In-nefqa pproġettata hija dik ta’ €440,000.

Tnaqqis fl-assentejiżmu fl-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar il-ħidma biex jonqos l-assentejiżmu fl-iskejjel u x'tip ta' xogħol sar matul din is-sena skolastika?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena skolastika saret dan il-ħidma biex jonqos l-assentejiżmu fl-iskejjel tal-istat: a) Mill-bidu tas-sena sar l-moniteraġġ tal-attendenza tat-tfal kollha fuq is-sistema elettronika mill-ħaddiema soċjali. b) Fil-bidu tas-sena sar kuntatt mal-uffiċċju tad-Direttur Ġenerali, Servizzi Edukattivi (DG DES) biex tissejjaħ laqgħa mal-imsieħba kkonċernati sabiex tibda l-ħidma fuq SOPs mal-Pulizija ta’ Malta u mal-FSWS. L-SOPs ġew iffirmati f'Mejju u saru aktar laqgħat mal-imsieħba biex titjieb il-kollaborazzjoni. c) Matul is-sena skolastika inżammet komunikazzjoni kontinwa bejn id-Direttur tan-National School Support Services, il-Principal Social Worker, l-iskejjel u l-imsieħba soċjali bil-għan li tingħata l-aħjar għajnuna lill-istudenti li jfallu. d) Inġabret mis-SIS l-istatistika ta’ kull term tas-sena skolastika 2016-2017 biex issir analiżi tad-data li tintuża biex tiġi riveduta l-għajnuna li qed tingħata lil dawn l-istudenti u l-familji tagħhom biex tkun aktar iffukata u effettiva e) F’April ġie preżentat dokument lis-Segretarju Permanenti fil-MEDE u lid-DG DES bi proposti ta' linji gwida dwar studenti barranin kemm dawk mill-pajjiżi tal-EU u dawk barra mill-EU li ma jkunux qed jattendu għal iżjed minn 25 ġurnata mingħajr awtorizzazzjoni. f) Saru wkoll diversi laqgħat mal-Prinċipali tal-Kulleġġi u anke kapijiet ta’ Skola. Diġà saru laqgħat fejn ġew diskussi fid-dettall il-miri u l-azzjonijiet tal-KPI dwar it-Tnaqqis fl-Assentejiżmu b'referenza għal kull skola fi ħdan il-Kulleġġ. g) Intbagħtet ċirkolari bħala reminder lill-iskejjel dwar l-importanza li jsegwu l-Addressing Attendance in Schools Procedures. h) Matul din is-sena ġew segwiti 604 studenti li fallew l-iskola b'mod regolari u mingħajr awtorizzazzjoni skont il-pjan ta' azzjoni mfassal. Ġie mfassal pjan ta' azzjoni għal kull wieħed minn dawn l-istudenti. Sar moniteraġġ dwar l-azzjonijiet imfassla waqt is-sessjoni ta' superviżjoni li ssir kull xahar ma' kull ħaddiem soċjali fejn jiġu riveduti u diskussi l-pjanijiet ta' azzjoni tal-istudenti li jsegwu u tintalab informazzjoni dwar il-ħidma mwettqa i) Matul it-tieni term ġew identifikati l-istudenti li jistgħu jibbenefikaw mill-programm tal-ALP għas-sena skolastika 2017-2018. Sar kuntatt ma' studenti li ma jattendux l-iskola permezz ta' viżti fid-djar. Il-Career Guidance practitioners għenu lill-istudenti biex jidentifikaw il-preferenza vokazzjonali tagħhom waqt sessjonijiet individwali. j) Saret il-laqgħa mal-project leader tal-miżura tal-baġit 88 fejn ġiet mogħtija d-data tal-istudenti li ser jibbenifikaw minn din il-miżura. Saret analiżi tal-attendenza ta' dawn l-istudenti u l-professjonisti psiko-soċjali fi ħdan il-Kulleġġi rispettivi intalbu jagħtu rendikont tal-ħidma li saret ma dawn l-istudenti k) Sar ukoll kuntatt mal-istudenti li temmew il-Form 5 biex jiġu gwidati fil-qasam tax-xogħol jew isegwu programm edukattiv jew jipparteċipaw f'diversi skemi bħal Youth Guarantee u Get Into.

Investiment tal-Gvern f’LSAs

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-investiment tal-Gvern f'LSAs, inkluż dawk mhux tal-istat, mill-2011 'l hawn?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni dwar l-għadd ta' LSAs li ġew ingaġġati u promossi mill-2011 'l hawn. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li saru ħlasijiet lill-iskejjel indipendenti skont il-ftehim li għandu l-Gvern mal-istess skejjel għall-pagi u benefiċċji tal-LSAs. Dawn il-ħlasijiet saru kif se nsemmi: Sena Spiża 2011 €305,656.00 2012 €585,882.00 2013 €1,293,390.00 2014 €1,834,330.00 2015 €2,481,681.00 2016 €2,711,579.00 2017 (sa 03/07) €1,442,686.00

Proprjetà tal-Gvern – Temporary Directum

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li kien hemm applikazzjonijiet taħt l-iskema tal-2012 biex jinxtara t-Temporary Directum Dominium (TDD) ta' proprjetà tal-Gvern, li iżda wara li ġew proċessati, ġew irtirati? Jista’ jgħid x'kienet ir-raġuni għal kull każ?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm tmien (8) applikazzjonijiet taħt l-iSkema tal-2012, li kienu ġew proċessati min-naħa tal-Uffiċċju Konġunt, u sussewgwentament ġew irtirati min-naħa tal-applikanti. Ir-raġunijiet għal dan ir-rifjut kienu li jew l-applikanti ma qablux mal-prezz tal-fidi mitlub, ma kienux f’pożizzjoni finanzjarja sabiex jersqu għall-kuntratt jew inkella ma kienux baqgħu aktar interessanti fl-applikazzjoni tagħhom.

Stennija ta’ anzjani li jridu jidħlu fid-Djar tal-Anzjani

Question

Jistà l-Ministru jindika x'miżuri se jkompli jieħu fix-xhur u fis-snin li ġejjin biex tkompli tonqos il-lista ta' stennija għal dawk l-anzjani li jridu jidħlu fid-Djar tal-Anzjani?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fost il-miżuri li qegħdin nieħdu u ser inkomplu naħdmu fuqhom fix-xhur u s-snin li ġejjin, il-Ministeru flimkien mas-Segretarjat għad-Drittijiet ghall-Anzjani u Persuni b'Diżabilità u d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, ser ikompli jara li jissaħħaħ il-proċess ta' assesment u matching meta l-anzjan jiġi biex jidħol f'dar tal-anzjani, u dan sabiex niżguraw li jkun hemm użu aktar effettiv tas-sodod. Din il-ħidma qegħda ssir ma' sforzi oħra biex jissaħħu s-servizzi fil-komunità, bil-għan li kull persuna tingħata l-opportunità li tibqa' tgħix ġewwa darha kemm jista' jkun. Fl-aħħar nett qegħdin u ser inkomplu naħdmu biex jiżdied in-numru ta' sodod disponibbli għal dan is-settur.

Inċentiv għall-familji li jżommu l-anzjani fi djar tagħhom.

Question

Peress li huwa fatt magħruf li l-popolazzjoni Maltija aktar ma jmur, aktar qed tixjieħ, għandu ħsieb li l-Ministeru tiegħu jkompli jinċentiva aktar il-familji li jiddeċiedu li jżommu l-anzjani tagħhom fil-familji tagħhom, minflok ma jintbagħtu fid-Djar tal-Anzjani?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva, l-Ministeru qiegħed jaħdem u għandu l-ħsieb li jkompli jaħdem biex jinċentiva aktar lill-familji biex iżommu lill-anzjani fil-familji tagħhom. Din il-ħidma qegħda tkun possibbli bis-saħħa tal-Istrateġija għall-Anzjanità Attiva, li l-Gvern ħadem fuqha fil-leġislatura li għaddiet u ser ikun qiegħed ikompli jara li jsegwi tul din il-leġislatura.

Persuni li jiddeċiedu li jibqgħu d-dar biex jieħdu ħsieb l-anzjani — għajnuna mill-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni qed jibbenefikaw mill-għajnuna li qed jagħti l-gvern lill-persuni li jiddeċiedu li jibqgħu d-dar u ma joħorġux jaħdmu biex jieħdu ħsieb anzjani fid-dar? Il-gvern għandu indikazzjoni li dan in-numru qed jiżdied minħabba ż-żieda fil-benefiċċji li qed jagħti l-gvern lil dawn il-persuni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li. bil-miżura tal-Bagit 2017, saret riforma fil-Pensjoni tal-Wens u li issa ġiet sostitwita bl-Allowance Miżjuda għall-Carers. Il-pagament żdied minn €105.30 għal €140 fil-ġimgħa. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, matul ix-xahar ta' Ġunju 2017, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ħallas total ta' 272 benefiċjarju/a li minnhom kien hemm 69 beneficjarju/a li qabel kienu jieħdu l-Pensjoni tal-Wens. Dan ifisser li kien hemm żieda ta' 203-il każ ġdid bir-riforma li saret. Il-proċess tal-evalwazzjoni medika tal-applikazzjonijiet kollha li daħlu għadu għaddej u għalhekk hu mistenni li ż-żieda imsemmija fl-ammont ta' benefiċjarji tkun akbar.