Legislature:
Category:
Reset
Active:

Wied il-Għajn — Il-Magħluq - tindif

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’passi għandha ppjanati l-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi, (ERA) biex is-sit ta’ importanza ambjentali magħruf bħala l-Magħluq ta’ Wied il-Għajn jitnaddaf darba għal dejjem mill-ħmieġ li reġa’ nġemgħa fih u li huwa ta’ dannu għall-ambjent naturali tiegħu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit tal-Magħluq ta’ Marsaskala qiegħed jiġi mnaddaf b’mod regolari mill-Cleansing Department, filwaqt li diversi xogħlijiet fuq it-tmexxija tas-sit huma ppjanati għal aktar tard fis-sena mill-Ministeru b’kollaborazzjoni mal-ERA u l-PARKs.

Wied il-Għajn — Il-Magħluq

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li l-Magħluq ta' Wied il-Għajn ikun imħares b'xi forma ta' organizzazzjoni dipartimentali permanenti li żżom il-post fl-aqwa stat possibbli tul is-sena kollha?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan is-sit diġà ingħata status partikolari minħabba l-importanza ġeoloġika u naturali tiegħu. Filfatt is-sit huwa parti min-Natura 2000 network u l-ftehim fuq it-tmexxija tas-sit tal-Magħluq ta’ Marsaskala diġà qiegħed jiġi applikat mill-ERA u l-Ministeru tal-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u tibdil fil-Klima, b’kollaborazzjoni diretta tal-PARKS.

Wied il-Għajn — Il-Magħluq

Question

Jikkunsidra l-Ministru li l-ħarsien taż-żona tal-Maqħluq ta’ Wied il-Għajn jingħata b'responsabbiltà lil xi NGO li b'fondi speċifiċi tal-Gvern iżżomm il-Magħluq fl-aqwa stat, fuq il-mudell ta' kif siti storiċi għaddew ukoll għand NGOs biex jieħdu ħsiebhom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan is-suġġeriment dwar it-tmexxija tas-sit tal-Magħluq ta’ Marsaskala diġà qiegħed jiġi kkunsidrat mill-ERA, kif ukoll mudelli oħra li wħud minnhom huma applikati f’siti oħrajn.
Leg 13 PQ #552 Sitting 15 2017-07-10 Oral · Final From: SILVIO GRIXTI To: Ministeru għas-Saħħa

Twassil tal-mediċini fid-djar tal-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett dwar it-twassil tal-mediċini fid-djar tal-anzjani u morda li ma jkunux jistgħu jiġbru l-mediċini tagħhom mill-ispiżeriji? Hemm il-ħsieb li fil-ġejjini qrib, dan is-servizz jinfirex f’aktar bliet u rħula?

Response (FEARNE, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Mejju ta’ din is-sena l-proġett dwar it-twassil tal-mediċini fid-djar tal-anzjani u morda li ma jkunux jistgħu jiġbru l-mediċini tagħhom mill-ispiżeriji, ġie estiż ma’ Malta u Għawdex kollu biex b’hekk din l-iskema issa nfirxet fuq skala nazzjonali.

Awtorità tad-Djar –talbiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sal-lum kemm hemm talbiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali quddiem l-Awtorità tad-Djar u jagħti l-informazzjoni skont il-lokalità li minnhom ġejjin l-applikanti? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet huma għall-ewwel dar tagħhom u kemm minnhom qed jitolbu li jbiddlu l-post għal post ieħor għal xi raġuni jew oħra?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu għadha qed tinġabar.

Awtorità tad-Djar — allokazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il allokazzjoni saret mill-Awtorità tad-Djar bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017? Jista’ jgħid kemm-il allokazzjoni saret xahar b’xahar fiż-żmien imsemmi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu għadha qed tinġabar

Benefiċjarji li ser jibbenefikaw mir-roħs fil-ħlas tal-kera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-benefiċjarji li ser jibbenefikaw minn roħs fil-ħlas tal-kera fl-akkomodazzjoni soċjali tagħhom u dan skont kif ġie mħabbar fil-Baġit li għadda? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-benefiċjarji diġà qed igawdu minn dan it-traħħis u kemm minn dawn il-benefiċjarji rċevew diġà l-ħlas żejda li huma ħallsu minn meta l-Gvern iddeċieda li jgħollilhom il-kera?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu għadha qed tinġabar.

Awtorità tad-Djar – membri tal-Bord ta’ Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord ta' Diretturi tal-Awtorità tad-Djar hekk kompost skont l-Artikolu 6 tal-Att dwar l-Awtorità tad-Djar? Jista' jgħid kemm hemm membri li huma nisa u kemm mill-membri huma persuni b'diżabilità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li, l-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità tad-Djar huwa kompost minn 9 membri u segretarja kif gej: Chairman - Antoinette Vassallo Vici-Chairman - Robert Ducker Membri - Kenneth Busuttil Matthew Chetcuti Chris Grech Ivan Grixti Vincent Moran Margaret Quintano Philip Spiteri Segretarja tal-Bord - Beryl Buttigieg Ngharraf lill-Onor, Interpellant li, mill-membri msemmija hemm persuna waħda li għanda diżabilità.

Awtorità tad-Djar – skemi miftuħin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha skemi miftuħin bħalissa l-Awtorità tad-Djar? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu skemi oħra ġodda? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji ta' dawn l-iskemi li ser ikunu qed jinfetħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa l-Awtorità tad-Djar għandha s-segwenti skemi miftuħa: - Skema ta' Irranġar u Titjib (ADP) - Skema ta' Sussidju tal-Kera (PRS) - Skema ta' Strutturi Perikolużi (SSP) - Skema għall-Persuni b'diżabilità (DIS) - Skema fuq Għotja biex tgħin fil-Bini u/jew Tkomplija ta' Xogħlijiet jew Irranġar tal-Ewwel Residenza (GFR) - Skema ta' Installar ta' Lifts ġewwa blokok tal-Gvern (LFT) - Skema ta' Xiri ta' residenzi mikrija mill-Gvern (SSD) - Skema ta' Sussidju fuq Self mill-APS (SOL) - Skema 2 - Titjib f'partijiet komuni ta' blokok residenzjali tal-Gvern (Kunsilli Lokali) Bħalissa l-Awtorità tad-Djar qiegħda tipprepara skemi kif ukoll temenda skemi eżistenti sabiex jirriflettu l-policy attwali tal-Gvern.

Awtorità tad-Djar — promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet fl-Awtorità tad-Djar bejn Jannar 2017 u t-3 ta' Ġunju 2017? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawn il-promozzjonijiet xahar b'xahar u x'promozzjonijiet ingħataw f'kull każ?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma tat l-ebda promozzjoni fil-perijodu msemmi.
Leg 13 PQ #580 Sitting 15 2017-07-10 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Finanzi

FIAU – persuni mkeċċija

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn żewg uffiċjali għoljin tal- Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU ) ġew mitluba jbattlu d-desk tagħhom u jitilqu minn xogħolhom? Meta wieħed jikkunsidra li dawn iż-żewġ persuni kellhom esperjenza f'dan il-qasam anke barra minn Malta, jista’ jgħid għalfejn tkeċċew? Jista’ jkun li dan il-gvern qed jibża’ minn min jaqdi dmiru sew u jikxef il-korruzzjoni?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

L-impiegi taż-żewġ impjegati li għalihom qed jirreferi l-Onor. Membru ġew terminati skont il-liġi matul il-perijodu ta’ prova (probation) tagħhom. Ma hemm xejn li jindika li d-deċiżjonijiet ma ttieħdux abbażi ta’ kriterji oġġettivi u fl-aħjar interess tal-FIAU. L-FIAU bħala korp ta’ analisi ta’ informazzjoni dejjem aġixxa, u jiena fiduċjuż li jkompli jaġixxi u jieħu d-deċiżjonijiet maniġerjali tiegħu, b’mod awtonomu u mingħajr indħil. L-ispekulazzjoni li saret f’ċerti diskorsi u mezzi tal-media, u li hija wkoll ripetuta fl-interpellanza tal-Onor. Membru hija infondata u bla sostenn.
Leg 13 PQ #581 Sitting 15 2017-07-10 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur pubbliku — impjegati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies mas-settur pubbliku u entitajiet pubbliċi kull xahar fl-aħħar 12-il xahar? Jista’ jagħti lista tal-gradi u d-dipartimenti/entitajiet fejn ġew impjegati xahar b’xahar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.

Birżebbuġa, Żurrieq, Ħal Safi, Qrendi, Imqabba, Ħal Kirkop u Ħal Farruġ – toroq rurali — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema huma t-toroq rurali li hemm ippjanat li jsiru matul dawn it-tnax-il xahar li ġejjin fil-lokalitajiet ta' Birżebbuġa, Żurrieq, Ħal Safi, Qrendi, Mqabba, Ħal Kirkop u Ħal Farruġ?

Response (BORG, IAN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #584 Sitting 15 2017-07-10 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Ministeru għat-Turiżmu

Birżebbuġa – Freeport — ħsejjes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu biex jimmitiga l-ħsejjes eċċessivi li jiġġenera l-Freeport u li minħabba dawn il-ħsejjes, il-komunità ta’ Birżebbuġa speċjalment dawk li jgħixu fil-viċinanzi, qed ibatu biex jorqdu speċjalment fix-xhur tas-sajf?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat mill-Malta Freeport Terminals Ltd.(MTFL) li sar studju dettaljat fuq il-livelli ta’ ħsejjes f’Birżebbuġa u l-akwati, liema rapport kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta numru 460 tas-7 ta’ Diċembru 2016, mistoqsija parlamentari 27135 (PL 8131). Dan ir-rapport fih numru ta’ rakkomandazzjonijiet kemm medium term kif ukoll long term li qegħdin jiġu implimentati mill-MTFL u monitorjati regolarment mill-Environmental Monitoring Committee (EMC).
Leg 13 PQ #585 Sitting 15 2017-07-10 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Ministeru għat-Turiżmu

Birżebbuġa – Il-Bajja s-Sabiħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu biex il-baħar tal-Bajja s-Sabiħa ta' Birżebbuġa ma jerġax ikun affetwat negattivament jekk ikun hemm ħruġ ta' żejt minn vapuri?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #586 Sitting 15 2017-07-10 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Ministeru għat-Turiżmu

Birżebbuġa – Il-Bajja s-Sabiħa — faċilitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għandux xi pjanijiet biex il-Bajja s-Sabiħa f'Birżebbuga ikollha aktar faċilitajiet bħal showers u changing rooms li jistgħu jintużaw mill-pubbliku inkluż turisti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li hemm pjanijiet sabiex issir open shower fil-Bajja s-Sabiħa ta’ Birżebbuġa u din tkun tista’ tintuża mill-pubbliku, inkluż it-turisti. Bħalissa qed jitfassal pjan dettaljat ta’ riġenerazzjoni ta’ Birżebbuġa.

Forzi Armati ta’ Malta — promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet fil-Forzi Armati ta' Malta fil-perjodu bejn l-1 ta Mejju 2017 sat-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 587, l-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li tali informazzjoni rikjesta ġiet sottomessa bħala tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 51. L-Onor. Interpellant għandu jinnota wkoll li tali promozzjonijiet kienu jinkludu tlett eżerċizzji differenti kif spjegat sew fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 51, b’dati effettivi skont kif indikat fil-lista li kienet ġiet annessa.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – reklami fil-gazzetti Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru reklami tal-Ministeru fil-gazzetti Maltin fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2017 u t-3 ta Ġunju 2017? Jista’ jelenka, reklam b'reklam, f’liema gazzetti saru dawn ir-reklami? Jista’ jgħid kemm swew lill-kaxxa ta’ Malta dawn ir-reklami u jippreċenta break down tal-ħlasijiet li saru u lil min saru? Jista’ jippreżenta lil dan il-Parlament kopja ta’ dawn ir-reklami li saru fil-gazzetti fil-perjodu fuq imsemmi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Pulizija – rapporti ta’ reati ta’ corrupt practices

Question

Jista’ l Ministru jgħid jekk daħlux rapporti lill-Pulizija ta’ reati ta’ corrupt practices fil-perjodu bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u t-30 ta’ Ġunju 2017

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill Onorevoli interpellant illi ninsab infurmat illi fil-perjodu bejn 1 ta' Mejju u 30 ta'Gunju 2017 kien hemm tlett kazi li dahllu ghand il pulizija, fuq allegat reati ta' corrupt practices', li 2 minnhom irrizulta fin-negattiv u wiehed ghadu ghaddej