Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rapport tan-National Productivity Board

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant iressaq il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Rapport tan-National Productivity Board

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Rapport tan-National Productivity Board

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru konċernat.

Rapport tan-National Productivity Board

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

MCCAA – interessi tal-konsumaturi anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed tieħu l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) biex tħares l-interessi tal-konsumaturi anzjani fid-dawl tal-enfażi tal-banek kummerċjali fuq aktar użu ta’ mezzi elettroniċi meta wieħed iqis li ħafna anzjani mhumiex daqstant familjari u mħarġa fl-użu ta’ tali mezzi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju l-MCCAA qiegħdha ssegwi il-miżuri speċifiċi f’dan ir-rigward u tifhem li dawn qed isiru biex jissaħħu s-sistemi bankarji. Waqt li sal-illum l-Awtorita’ ma rċivietx ilmenti f’dan ir-rigward, mhux eskluż li l-Awtorità tindirizza d-diffikultajiet li jistgħu jiltaqgħu magħhom konsumaturi meta jieħdu servizzi bankarji, u tipprovdi wkoll l-għajnuna neċessarja skont il-każ.

Kumpanija – taħriġ u assistenza lill-anzjani fl-użu ta’ xiri b’mod elettroniku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid attwalment x’miżuri qed tieħu l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament biex tħarreġ u tassisti l-anzjani fl-użu ta’ għodod elettroniċi fir-rigward ta’ xiri ta’ prodotti u/jew servizzi b’mod elettroniku?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Tech.mt mhix kumpanija iżda fondazzjoni bejn il-Gvern u l-Kamra tal-Kummerċ u l-għan tagħha huwa li tippożizzjona lil pajjizna bħala ċentru ideali għat-teknoloġija u l-innovazzjoni. Tech.mt prezentament għandha żewg mizuri li jassistu lill-anzjani fl-uzu ta’ għoddod elettroniċi għal xiri ta’ prodotti u servizzi b’mod elettroniku. ICT 4 the Elderly huwa proġett li joffri opportunita ta’ tagħlim dwar kif l-internet jista jkollu rwol importanti fit-titjib ta’ kwalita’ tal-ħajja permezz ta’ interazzjoni soċjali online. Filwaqt li Get Smarter Project jitratta tgħallim fuq l-użu ta’ mobile apps li joffru l-smart phones.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha mill-2017 sal-lum?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja ġie fis-seħħ sa minn 23 ta’ Novembru 2020. Għaldaqstant, l-informazzjoni rikjesta qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq flus għall- reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taht: Ministeru 2021 €4,200 Kummissjoni kontra l-Vjolenza Domestika 2020 €2,643 2021 €5,616 MCST (inc Villa Bighi) 2017 €11,800 2018 €32,353 2019 €40,731 2020 €35,700 2021 €9,437

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjantià Attiva — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Talbiet da parti tad-Direttur Ġenerali tal-Kompetizzjoni għal ħrug ta’ mandat mill-Qorti għal-finijiet tal-artikolu 12(7) tal-Kap. 379

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-2019 s’issa kemm-il talba saret da parti tad-Direttur Ġenerali tal-Kompetizzjoni, għall-ħrug ta’ mandat mill-Qorti għal-finijiet tal-artikolu 12(7) tal-Kap. 379? Jekk saru, jista’ jgħid f’kull każ jekk il-Qorti tatx l-ordni għal ħrug tal-mandat rikjest?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li bħalissa għaddejjin numru ta’ investigazzjonijiet, għad ma kienx hemm il-ħtiega ta’ ħruġ ta’ mandat biex issir tfittxija f’fondi, artijiet jew mezzi ta’ trasport biex tinstab informazzjoni relevanti għall-investigazzjoni.

Direttiva UE 2019/770 u Direttiva (UE) 2019/771 — implimentazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19933, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret s’issa fir-rigward ta’ transpożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/770 li kellha tiġi riflessa fil-liġi Maltija sal-1 ta’ Lulju? Jista jgħid wkoll x’konsultazzjoni saret mal-istakeholders Maltin u jekk saret ma’ min?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-transpożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/770 qiegħda fi stadju avvanzat u hu mistenni li l-liġi sussidjarja li se tagħmel din it-transpożizzjoni, tiġi ppubblikata fi żmien qasir. Peress li din hi transpożizzjoni ta’ Direttiva b’armonizzazzjoni massima, ġie rikonsiderat li mhemmx lok għal konsultazzjoni pubblika għar-raġuni li l-armonizzazzjoni massima ma tagħtix lok għal kambjamenti mit-test tad-Direttiva.

Rotta 109 – waqfien fi Triq Filippu Grech Ħaż-Żebbuġ

Question

Jista’ l-Ministru jara li r-rotta numru 109 terġa’ tibda tieqaf fi Triq Filippu Grech Ħaż-Żebbuġ bħalma kienet tagħmel qabel?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorità tat-Transport ħadet nota ta’ dan is-suġġeriment u ħa jkunu qegħdin jevalwaw dan is-suġġeriment fil-futur qarib.

Importazzoni ta’ Cannabidiol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21926, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fejn wara s-sentenza tal-Kawża C663/18 B S & C A ġie ddikjarat li l-Cannabidiol, li huwa s-sustanza derivanti mill-Pjanta Cannabis Sativa b’anqas minn 0.2% Tetrahydrocannabinol (THC), għandu jiġi meqjus bħala ikel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-gvern ippubblika white paper dwar dan is-suġġett li għandha tkompli tikkontribwixxi għad-diskussjonijiet rigward l-użu tal-kannabis.

Uffiċċju Konġunt — uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali jaħdmu fl-Uffiċċju Konġunt? Jista’ jgħid kemm hemm minnhom li huma professjonisti bħal nutara, avukati u periti, biex jassistu lill-Uffiċċju fl-eluf ta’ każi mill-1991 ‘l hawn?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Uffiċċju Konġunt — uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienet is-sena fejn in-numru ta’ uffiċjali kien l-iktar għoli u f’liema sena kien l-iżjed baxx?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Qtugħ ta’ dawl f’Ħal Qormi u s-Siġġiewi

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21952, tista' l-Ministru tispeċifika b'elenku tal-ħsarat li ġarbet l-Enemalta fil-ġranet ta' bejn it-28 ta' Ġunju u l-1 ta' Lulju, biż-żewġ dati inklużi? Tista’ tindika fl-elenku, il-ħsara fil-cables fuq is-sistema tad-distribuzzjoni fil-livell 11kV, jiġifieri l-ħsara ta’ bejn kull żewġ substations għal kull ħsara li seħħet fuq kull cable?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ħsarat fid-dati msemmija u fil-lokalitajiet riferuti, kien hemm ħsara fis-sistema 11KV bejn iċ-Centru ta’ Distribuzzjoni Marsa South u s-substation ta’ Ħal-Qormi f’Wied il-kbir li affetwa numru ta’ substations.

Ċitazzjonijiet lill-persuni li kienu taħt l-effett tal-alkoħol

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21927, jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet lill-persuni li kienu taħt l-effett tal-alkoħol minn mindu ħarġet il-by-lawli tiprojbixxi x-xorb bin-numru K.L.B.L 55/05/2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi min meta ġiet ippublikata il-Bye-Law numru K.L.B.L 55/05/2021 f’Mejju ta’ din is-sena, l-ammont ta’ ċitazzjonijiet li nħarrġu mil-pulizija u mil-uffiċjali tal-komunità sal-aħħar ta’ Settembru 2021 kien ta' ħamsin (50).
Leg 13 PQ #22042 Sitting 491 2021-10-04 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Innovation hub – Direct orders għal tindif

Question

Jista' l-Ministru jispjega għalfejn skont il-lista ta' kuntratti tal-offerti dipartimentali ppubblikati skont l-artiklu 111(2) ta' L.S.601.03 li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-1 ta' Novembru 2020, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex ta sitt ordnijiet diretti għal tindif fl-Innovation Hub fl-ammont ta' €8,422.4 kull darba? Għala ma saritx sejħa għall-offerti u għala dan il-kuntratt ingħata mill-Ministeru għal Għawdex meta s-sit in kwistjoni hu amministrat minn Indis Malta Ltd?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-miżura saret b’mod temporanju sakemm l-Indis Malta jibdew s-servizz tagħhom wara sejħa pubblika.
Leg 13 PQ #22043 Sitting 491 2021-10-04 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Direct Orders – servizz ta’ sigurtà fil-car park tal-Iskola tas-Subien f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jispjega għalfejn skont il-lista ta' kuntratti tal-offerti dipartimentali ppubblikati skont l-artiklu 111(2) ta' L.S.601.03 li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-1 ta' Novembru 2020, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex ta tliet ordnijiet diretti għal servizzi ta' sigurtà fil-carpark tal-Iskola tas-Subien li jammontaw għal aktar minn €20,000? Għalfejn ma saritx sejħa għall-offerti u għalfejn dan il-kuntratt ingħata mill-Ministeru għal Għawdex meta s-sit in kwistjoni hu amministrat mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ħarġet sejħa pubblika u m’għadx hemm ordnijiet diretti.
Leg 13 PQ #22044 Sitting 491 2021-10-04 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Kiri tas-sala Maria Lauretana

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn is-sala "Maria Lauretana" f'Għajnsielem, Għawdex inkriet għall-perjodu ta' għaxar snin u kemm-il darba ntużat s'issa u għal liema skop intużat?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li s-sala ‘Maria Lauretana’ f’Għajnsielem ġiet mikrija biex tintuża bħala Day Centre għall-Anzjani. Minħabba l-pandemija kien hemm żmien fejn id-Day Centres f’Malta u Għawdex kienu magħluqa, pero’, id-Day Centre reġa’ beda jilqa’ lill-anzjani fit-8 ta’ Ġunju 2021.