Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra break down tar-rapporti kollha li saru għal reati fil-Marsa fis-snin 2015, 2016 u 2017 (sena b’sena u b’reat b’reat)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema barranin jaħdmu fi Djar tal-Anzjani li r-responsabbiltà tagħhom taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Ta’ liema nazzjonalità huma? Jista’ jagħti tagħrif dwar il-karigi li jokkupaw?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ħaddiema barranin li jaħdmu ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul u fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern jammonta għal 37 persuna. In-nazzjonalitajiet ta’ dawn l-individwi huwa kif imsemmi:
8 ta’ nazzjonalità Indjana
24 ta’ nazzjonalità Pakistana
1 ta’ nazzjonalità Ungeriża
1 ta’ nazzjonalità Spanjola
1 ta’ nazzjonalità Bulgara
1 ta’ nazzjonalità Taljana
1 ta’ nazzjonalità Ingliża
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema barranin jaħdmu fl-isptarijiet tal-Gvern? Ta’ liema nazzjonalità huma? Jista’ jagħti tagħrif dwar il-karigi li jokkupaw?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif għadu qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus is-sena l-oħra (2016) f’restawr ta’ postijiet storiċi? Jista’ jagħti tagħrif dwar ix-xogħol li sar f’dawn il-postijiet, fosthom dwar ix-xogħol li tlesta u xogħol li għadu għaddej?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi fl-2016 intefqet is-somma totali ta’ €5,628,843.41 f’restawr ta’ postijiet storici.
Minn dawn kien hemm €1,801,299.38 bħala fondi Ewropej u €2,945,683.03 ntefqu mill-Fondi Nazzjonali. Is-siti storiċi li gawdew min dawn il-finanzi huma mniżżla fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Lukandi li bħalissa għaddej xogħol ta’ refurbishment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm lukandi li bħalissa għaddej xogħol ta’ refurbishment fihom? Jista’ jgħid jekk hemmx lukandi li grazzi għal dan ix-xogħol, se jkun qiegħed jogħla l-grad tagħhom? Jista’ jgħid jekk dan ifissirx li se jkun hemm aktar sodod, u kemm? Jista’ jgħid jekk dan ifissirx żieda fin-numru ta’ ħaddiema fl-istess lukandi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li n-numru ta’ lukandi li bħalissa għaddej xogħol ta’ refurbishment, estensjoni ta’ żvilupp jew saħansitra żvilupp mill-ġdid, huwa ta’ sitta (6).
Dawn ix-xogħlijiet se jwasslu biex ikun hawn żieda ta’ 1239 (elf, mitejn, disgħa u tletin) sodda. Bis-saħħa ta’ dan ir-
refurbishment
, il-klassifikazzjoni ta’ dawn il-lukandi se jibqa’ l-istess, iżda se jsir titjib fil-prodott offrut minn dawn il-lukandi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ nisa li fis-snin 2014, 2015, 2016 (sena b’sena) sabu impieg part-time jew full-time? Kemm minn dawn l-impiegi kienu mas-settur privat u kemm kienu mas-settur pubbliku? Fil-każ ta’ dawk li sabu impieg fis-settur pubbliku, jista’ l-Ministru jgħid f’liema qasam?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus u People & Standards Division, Research and Personnel Systems Directorate fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, in-numru ta’ nisa li sabu impjieg (li jinkludu dawk ġodda u tibdil fl-impjieg) full time u part time, fis-settur pubbliku u privat fl-2014, 2015 u 2016, huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Nisa li sabu impjieg
Settur Pubbliku
Settur Privat
Full Time
Part Time
Total
Full time
Part Time
Total
2014
1,539
1,796
3,335
13,405
11,700
25,105
2015
1,829
2,625
4,454
23,433
19531
42,964
2016
2,318
3,297
5,615
32,278
25993
58,271
It-tabella ta’ hawn taħt turi f’liema oqsma kienu qed jaħdmu dawk in-nisa li daħlu jaħdmu fis-settur pubbliku.
[A] Agriculture, Forestry & Fishing
[C] Manufacturing
[D] Electricity, Gas, Steam & Air Conditioning Supply
[E] Water Supply; Sewerage, Waste Management & Remediation Activities
[F] Construction
[G] Wholesale & Retail Trade; Repair of Motor Vehicles & Motorcycles
[H] Transportation & Storage
[J] Information & Communication
[K] Financial & Insurance Activities
[L] Real Estate Activities
[M] Professional, Scientific & Technical Activities
[N] Administrative & Support Service Activities
[O] Public Administration & Defense; Compulsory Social Security
[P] Education
[Q] Human Health & Social Work Activities
[R] Arts, Entertainment & Recreation
[S] Other Service Activities
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir ix-xogħol ta' manutenzjoni fuq l-istruttura ta' periklu fil-fond li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport mehmuż dwar dan il-każ ma jindikax li hemm periklu strutturali immedjat. Madanakollu din il-ġimgħa stess għandha ssir spezzjoni fuq il-post minn Perit tal-Awtorità tad-Djar sabiex jivverifika x'tiswijiet huma meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jara li t-traffic lights li ġew installati fit-triq prinċipali ta’ St. Andrews jibdew jinxtegħlu, peress li qed jesponu lill-pedestrian u lis-sewwieq għal periklu bla bżonn?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-traffic lights msemmija kienu temporanjament bil-ħsara għal perjodu ta’ ftit sigħat nhar is-6 ta’ Lulju. Din il-ħsara ġiet indirizzata u dawn il-lights reġgħu ġew mixugħla.
Jista’ l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa sabiex il-problema ta’ drenaġġ li hemm fi Triq San Anard, San Ġwann tiġi solvuta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma tafx li hemm problema kkonċernata ma’ Triq San Anard, San Ġwann tant li m’hemm l-ebda rapport fuq l-imsemmija triq.
San Ġwann – Triq San Anard – problema ta’ drenaġġ – testijiet ta’ sanità
Question
Jista’ l-Ministru jara li jsiru t-testijiet ta’ sanità neċessarji fi Triq San Anard, San Ġwann fejn teżisti problema ta’ drenaġġ?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali m’għandux ilmenti pendenti rigward problemi ta’ drenaġġ fit-triq indikata u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jipprovdi nformazzjoni aktar speċifika dwar fejn tinsab din il-problema tad-drenaġġ sabiex b’hekk tkun tista’ ssir l-investigazzjoni neċessarja.
San Ġwann – Triq R Caruana Dingli – problema ta’ drenaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa biex il-problema li hemm ta’ drenaġġ fi Triq R Caruana Dingli, San Ġwann tiġi solvuta?
Response (MIZZI, JOE)
L-Onor. Interpellant għandha tkun infurmata li l-każ kien ġie solvut u riċentament ma sar l-ebda rapport fuq Triq R. Caruana Dingli, San Ġwann. Dan il-każ kien ġie solvut mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, fejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienet ġiet infurmata li l-każ magħluq.
San Ġwann – Triq R Caruana Dingli – problema ta’ drenaġġ – testijiet ta’ sanità
Question
Jista’ l-Ministru jara li jsiru t-testijiet neċessarji ta’ sanità fi Triq R Caruana Dingli, San Ġwann fejn teżisti problema ta’ drenaġġ?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tispeċifika għall-liema lment qed tirreferi peress li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali m’għandom l-ebda lment pendenti fl-imsemmija triq.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li nħatret Assistant Principal f’kariga ta’ Senior Manager fl-Awtorità tal-Artijiet mingħajr interview u mingħajr sejħa?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet iż-żieda fis-salarji ta’ dawk kollha li nħatru Senior Managers fl-Awtorità tal-Artijiet meta kkumparat mas-salarju li kellhom qabel? Jista’ jagħti dan għal kull każ rispettivament?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mid-Diretturi fid-Dipartiment tal-Artijiet nħatru bħala Senior Manager fl-Awtorità tal-Artijiet, u għal kull każ, jista’ jgħid jekk ħarġitx sejħa?