Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fond Konsolidat – tqassim tal-ikel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema ġranet tqassam l-ikel li l-Gvern pprovda permezz tat-tender li ħareġ mill-Fond Konsolidat? Jista’ jgħid kemm kien in-numru totali ta’ persuni li bbenefikaw minn dan it-tender? Jista’ jgħid ukoll minn liema ċentri madwar Malta u Għawdex tqassam dan l-ikel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnu huwa kif spjegat fit-tabelli ta’ hawn taħt. Ġranet ta’ tqassim tal-ikel Uffiċjalment it-tqassim sar bejn it-3 ta’ April sal- 20 ta’ Mejju minn diversi ċentri kif indikat hawn taħt. Dawk li għal xi raġuni ma setgħux jiġbru l-ikel fil-ġranet allokati ġew mistiedna biex jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċju Ċentrali tal-Fondazzjoni. Numru totali ta’ familji li bbenefikaw minn dan it-tender 22,306 Iċ-Ċentri madwar Malta u Għawdex minn fejn sar t-tqassim tal-ikel huwa kif ġej: Lokalita` Ċentru Xewkija, Għawdex Ċentru LEAP Xewkija, Triq il-Ħamrija,Ix-Xewkija, Gozo Rabat, Għawdex Sports Complex, Europe Street, Rabat, Għawdex, VCT 2733 Nadur, Għawdex Uffiċju Sigurtà Soċjali, 43, Triq il-Kappillan, Nadur, Għawdex Rabat, Malta Kulleġġ San Nikola, Primary B, Triq John Muscat, Rabat Ħaż-Żebbuġ Kulleġġ San Injazju, Triq Frans Sammut, Ħaż-Żebbuġ San Ġwann Kulleġġ Santa Klara, Triq l-Iskola, San Ġwann Mosta Lilly of the Valley School, Triq Wied il-Għasel, Mosta Naxxar Naxxar Primary School, Triq L-iskola, Naxxar Birkirkara Kulleġġ Santa Tereża, Primarja Birkirkara, 98, Triq Brared, Birkirkara BKR 1255 Siġġiewi St Ignatius College, Siġġiewi Primary, Dr Nikola Zammit Street, Siggiewi, SGW 3077 Mġarr St Nicholas College Mġarr Primary School, Fisher Road, Mġarr, MGR 9054 Fgura Fgura Primary School, Triq il-Kitba, Fgura Żabbar Kulleġġ Santa Margerita, Primary B, 16, Triq l-Iskola, Żabbar Birżebbuġa Birżebbuġa Primary School, Trejqet l-Iskola, Birzebbuga Sliema St Clare's College, Sliema Primary Blanche Huber Street, Sliema Mellieha Maria Regina College Mellieha Primary, New Mill Street, Mellieha, Malta Lija Tabor, Main Street, Lija Marsa Uffiċju Sigurtà Soċjali, 84, Triq is-Salib, Marsa, Zejtun Uffiċju Sigurtà Soċjali, 9, Triq il-Madonna tal-Ħniena, Iż-Żejtun Qawra Ċentru LEAP Qawra, Triq il-Frejgatina, Qawra Msida Ċentru LEAP Msida, 177, Triq il-Wied, Msida Santa Venera FSWS, 212, Triq il-Kanun, Santa Venera Santa Venera 2, Triq San Gorg, Santa Venera Qormi Ċentru LEAP Qormi, Triq Dun Marju, Qormi Marsaskala Ċentru LEAP, Sunset, 59, Triq il-Kappara, Marsaskala Għargħur Ċentru LEAP Gharghur, Triq San Bartolomew, Gharghur Kirkop Ċentru LEAP Kirkop, Triq San Pietru, Kirkop Valletta Ċentru LEAP Valletta, 72, Melita Street, Valletta Santa Lucija Ċentru LEAP, 14, Triq Ines Soler, Santa Luċija Birgu Ċentru LEAP għax-Xlokk, Triq San Dwardu, Birgu

Fond Konsolidat – tqassim tal-ikel lil persuni li jirċievu benefiċċju mhux kontributorju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li jirċievu benefiċċju mhux kontributorju u li għandhom wild wieħed taħt is-16-il sena li din is-sena bbenefikaw u rċevew pakkett/i tal-ikel provdut minn dan il-Gvern mill-Fond Konsolidat? Jista’ jgħid ukoll fiex kien jikkonsisti dan l-ikel li ġie mqassam lil dawn il-persuni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-għadd ta’ persuni li jirċievu benefiċċju mhux kontributorju u li għandhom wild wieħed taħt is-16-il sena li din is-sena bbenefikaw u rċevew pakkett/i tal-ikel provdut minn dan il-Gvern mill-Fond Konsolidat kien ta’ 3,609 persuni. Minn dawn 2,716–il persuna ħadu l-pakkett tal-ikel li kienu intitolati għalih. Il-pakketti tal-ikel tqassmu lil dawn l–individwi kif ġej: 1. 1,321 persuna li jgħixu ma’ persuna oħra kienu intitolati għal pakkett tal-ikel li kien jinkludi fih: i. Żewg litri ħalib long-life, ii. Tlett bottijiet polpa tat-tadam, iii. Żewġ laned tonn taż-żejt, iv. Erba’ pakketti għaġin tal-kilo l-wieħed, v. Pakkett ross tal-kilo. 2. 1,047 persuna li jgħixu ma’ żewġ persuni oħra kienu intitolati għal pakkett tal-ikel li kien jinkludi fih: i. Tlett litri ħalib long-life, ii. Ħames bottijiet polpa tat-tadam, iii. Erba’ laned tonn taż-żejt, iv. Erba’ pakketti għaġin tal-kilo ‘l wieħed, v. Żewġ pakketti ross tal-kilo. 3. 348 persuna li jgħixu ma’ iktar minn tlett persuni oħra kienu intitolati għal pakkett tal-ikel li kien jinkludi fih: i. Erba’ litri ħalib long-life, ii. Tmien bottijiet polpa tat-tadam, iii. Sitt laned tonn taż-żejt, iv. Seba’ pakketti għaġin tal-kilo ‘l wieħed, v. Tlett pakketti ross tal-kilo.

Fond Konsolidat – tqassim tal-ikel lil persuni wahedhom u li jirċievu l-pensjoni tal-Età

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li joqogħdu waħedhom u li jirċievu l-Pensjoni tal-Età u li din is-sena bbenefikaw u rċevew pakkett/i tal-ikel ipprovdut minn dan il-Gvern mill-Fond Konsolidat? Jista’ jgħid ukoll fiex kien jikkonsisti dan l-ikel li ġie mqassam lil dawn il-persuni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-għadd ta’ persuni l li joqogħdu waħedhom u jirċievu l-Pensjoni tal-Età u li matul din is-sena kienu intitolati għal-pakkett tal-ikel ipprovdut minn dan il-Gvern mill-Fond Konsolidat kien ilaħħaq it-3,566 persuna. Minn dawn, 2,877 persuna (jew 80.67%) ħadu l-pakkett tal-ikel li kienu intitolati għalih Il-pakkett tal-ikel li ġie mqassam lil dawn il-persuni kien jikkonsisti f’dan l-ikel: 1. Litru Ħalib long-life, 2. Tlett bottijiet polpa tat-tadam, 3. Żewġ laned tonn taż-żejt, 4. Tlett pakketti għaġin ta’ kilo l-wieħed, 5. Pakkett ross tal-kilo.

Fond Konsolidat – tqassim tal-ikel lil persuni b’diżabilità u li ma jaħdmux

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li jirċievu pensjoni tad-diżabilità u li ma jaħdmux u li din is-sena bbenefikaw u rċevew pakkett/i tal-ikel ipprovdut minn dan il-Gvern mill-Fond Konsolidat? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll fiex kien jikkonsisti dan l-ikel li ġie mqassam lil dawn il-persuni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-għadd ta’ persuni li jirċievu l-pensjoni tad-diżabilità u ma jaħdmux u li din is-sena kienu eliġibli sabiex jirċievu pakkett/i tal-ikel ipprovdut minn dan il-Gvern mill-Fond Konsolidat kien ta’ 2,509-il persuna. Minn dawn 2,095 persuna (83.49%) ħadu il-pakkett tal-ikel li kienu intitolati għalih. Il-pakketti tal-ikel tqassmu lil dawn l–individwi kif ġej: 1. 1,171 persuna li jgħixu weħidhom kienu ntitolati għal pakkett tal-ikel li kien jinkludi fih: i. Litru Ħalib long-life, ii. Tlett bottijiet polpa tat-tadam, iii. Żewġ laned tonn taż-żejt, iv. Tlett pakketti għaġin tal-kilo ‘l wieħed, v. Pakkett ross tal-kilo. 2. 886 persuna li jgħixu ma’ persuna oħra kienu ntitolati għal pakkett tal-ikel li kien jinkludi fih: i. Żewg litri ħalib long-life, ii. Tlett bottijiet polpa tat-tadam, iii. Żewġ laned tonn taż-żejt, iv. Erba’ pakketti għaġin tal-kilo ‘l wieħed, v. Pakkett ross tal-kilo. 3. 25 persuna li jgħixu ma’ żewġ persuni oħra kienu ntitolati għal pakkett tal-ikel li kien jinkludi fih: i. Tlett litri ħalib long-life, ii. Ħames bottijiet polpa tat-tadam, iii. Erba’ laned tonn taż-żejt, iv. Erba’ pakketti għaġin tal-kilo ‘l wieħed, v. Żewġ pakketti ross tal-kilo. 4. 13-il persuna jgħixu ma’ iktar minn tlett persuni oħra kienu ntitolati għal pakkett tal-ikel li kien jinkludi fih: i. Erba’ litri ħalib long-life, ii. Tmien bottijiet polpa tat-tadam, iii. Sitt laned tonn taż-żejt, iv. Seba’ pakketti għaġin tal-kilo ‘l wieħed, v. Tlett pakketti ross tal-kilo.

Fond Konsolidat – tqassim tal-ikel lil familji li jirċievu l-Energy Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-familji li jirċievu l-‘Energy Benefit’ u li din is-sena bbenefikaw u rċevew pakkett/i tal-ikel ipprovdut minn dan il-Gvern mill-Fond Konsolidat? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-familji għandhom wild wieħed taħt is-16-il-sena, kemm kienu dawk li għandhom żewġ ulied taħt is-16-il sena, kemm kienu dawk li għandhom aktar minn żewġ ulied taħt is-16-il sena u kemm kienu dawk mingħajr ulied?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interplellant li, t-tagħrif mitlub minnu huwa kif ġej: 1. L-għadd ta’ familji li jirċievu l-‘ Energy Benefit’ u li din is-sena kienu eliġibli għall- pakkett/i tal-ikel ipprovdut minn dan il-Gvern mill-Fond Konsolidat kien ta’ 13,491 familja. Minn dawn, 11,206 familja ħadu il-pakkett tal-ikel li kienu intitolati għalih. 2. 851 minn dawn il-familji għandhom wild wieħed taħt is-16-il-sena. 3. 212 minn dawn il-familji għandhom żewġ ulied taħt is-16-il sena. 4. 3,175 minn dawn il-familji għandhom aktar minn żewġ ulied taħt is-16-il sena. 5. 9,253 minn dawn il-familji huma mingħajr ulied.

Dar Papa Franġisku – ikliet offruti b’xejn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ikla b’xejn offriet id-Dar Papa Franġisku bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-30 ta’ Ġunju 2017? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni li użaw dan is-servizz kienu Maltin u kemm minnhom kienu barranin? Jista’ jgħid ukoll kemm min dawn il-persuni ma għandhomx saqaf fuq rashom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ ikliet offruti b’xejn minn Dar Papa Franġisku minn Jannar sa Ġunju 2017 kien jammonta għal 7,602. Minn 283 persuna li għamlu użu mis-servizz tal-ikel, kien hemm 118-il barrani u 165 Malti. Mill-283 persuna, kienu 176 klijent li għamlu użu wkoll mis-servizz tal-irqad ġewwa Dar Papa Franġisku, minħabba li fil-mument partikolari li fih irrikorrew għas-servizz ta’ emerġenza ma kellhomx saqaf fuq rashom.

Għawdex – rapporti lill-Pulizija rigward tqassim ta’ Whitegoods b’xejn qabel l-elezzjoni ġenerali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk daħlux rapporti lill-Pulizija illi fil-ġranet ta’ qabel l-elezzjoni tat-3 ta’ Ġunju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017 stess, ġewwa Għawdex tqassmu whitegoods b’xejn lil numru kbir ta’ votanti, liema aġir jikkostitwixxi corrupt practice ai termini tal-liġi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma rċevewx rapporti li fil-ġranet ta’ qabel l-elezzjoni tat-3 ta’ Ġunju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017 stess, tqassmu xi whitegoods b’xejn lil xi votanti ġewwa Għawdex.

Korp tal-Pulizija — promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw promotions fil-Korp tal-Pulizija fil-perjodu bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Korp tal-Pulizija – transfers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fil-Korp tal Pulzija fil-perjodu bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Forzi Armati ta’ Malta – transfers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fil-Forzi Armati ta’ Malta fil-perjodu bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u t- 3 ta Ġunju 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #613 Sitting 16 2017-07-11 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati, kemm b'mod definit kif ukoll b'mod indefinit, mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) u x'inhu l-grad tagħhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella t'hawn taħt: Risposta għal PQ 613 Grad Impjegati b’kuntratt għal terminu indefinit sa 4/7/2017 Impjegati b’kuntratt għal terminu definit sa 4/7/2017 Director 1 Deputy Director 1 Manager 1 Senior Officer 8 Officer 13 Administrative Support Officer 5 General Duties Officer 1 Total 29 1
Leg 13 PQ #614 Sitting 16 2017-07-11 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li rriżenjaw mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) matul il-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 14 il-persuna li rriżenjaw mill-FIAU fil-perjodu msemmi.
Leg 13 PQ #615 Sitting 16 2017-07-11 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li rriżenjaw mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuna waħda rri¿enjat mill-FIAU fil-perjodu msemmi.

Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi – promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet lill-ħaddiema fl-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi xahar b'xahar matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ promozzjonijiet fl-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, xahar b'xahar, matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017 kien ta 6 f’Jannar, 1 fi Frar u 2 f’Marzu.

Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi — transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers lill-ħaddiema fl-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi xahar b'xahar matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-2 ta’ Gunju 2017 ma saru l-ebda transfers esterni lill-ħaddiema fl-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.

Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi xahar b'xahar matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2017 sat-2 ta’ Gunju 2017 ġew impjegati b’kollox 17-il persuna fl-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, 8 f’Jannar, 3 fi Frar, 1 f’Marzu, 2 f’April u 3 f’Mejju. Ta’ min wieħed jinnota li bħalissa għaddej proċess ta’ ristrutturar fi ħdan l-ERA.

Għaqdiet sportivi – Memorandum of Understanding

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti/Memorandum of Understanding biex jgħaddilhom art u/jew proprjetà pubblika li daħal fihom ma’ għaqdiet sportivi fl-2017?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma saru l-ebda kuntratti jew Memorandum of Understanding ma’ Għaqdiet Sportivi fl-2017. Saru wegħdiet permezz ta’ Letter of Intent li tesprimi l-impenn tal-Gvern li jgħaddi tali artijiet lill-Għaqdiet Sportivi. L-entitajiet sportivi li se jibbenefikaw minn trasferiment ta’ art permezz ta’ kuntratti li għandhom isiru meta l-art tingħadda uffiċjalment lil SportMalta mill-Awtorità tal-Artijiet u/jew jiġu abbozzati l-kuntratti li SportMalta se tkun qed tagħmel mal-entitajiet sportivi, huma s-segwenti: Naxxar Lions FC – Art f’Tax-Xwieki, Naxxar Valletta United Waterpolo Club – Pixxina u faċilitajiet anċillari fil-Belt Valletta Senglea Regatta Club – Maħzen u slipway fl-Isla Hibernians Basketball Club – Art li tinsab f’Kordin Marsa FC – Pitch li jinsab fil-parametri tal-Marsa Sports Complex Meta tali kuntratti jiġu abbozzati, jkunu qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra għall-iskrutinju tal-Membri Parlamentari.
Leg 13 PQ #631 Sitting 16 2017-07-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Valletta FC – art għall-bini ta’ stadium

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn ser jingħataw art il-Valletta FC biex jibnu l-istadium u l-faċilitajiet tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #632 Sitting 16 2017-07-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — defribilator

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defribiliator?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda Defibrillator fid-Dipartimenti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Informazzjoni dwar il-preżenza ta’ Defibrillator f’Ministeri oħra għandha tinġabar mill-Ministeri rispettivi.
Leg 13 PQ #633 Sitting 16 2017-07-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – assikurazzjoni f’eventwalità li jagħtu l-ewwel għajnuna lil persuni oħrajn waqt il-ħin tax-xogħol

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk teżistix xi polza ta’ assikurazzjoni jew kopertura oħra simili biex tkopri lill-ħaddiema fis-Servizz Pubbliku kontra kull eventwalità jekk huma jagħtu l-ewwel għajnuna lil persuni oħrajn waqt il-ħin tax-xogħol fis-Servizz Pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-Servizz Pubbliku ma hemmx polza ta’ assigurazzjoni li tkopri ħaddiema li jagħtu l-ewwel għajnuna lil persuni oħra waqt il-ħin tax-xogħol. Madankollu, f’każ ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol, il-Gvern jikkunsidra l-għoti ta' kumpens kull meta uffiċjali pubbliċi jweġġgħu jew imutu b’konsewgwenza ta' inċident li jirriżulta minn jew waqt ix-xogħol tagħhom. B'dan il-mod il-gvern joffri kopertura adegwata lill-uffiċjali pubbliċi.