Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pipeline tal-gas għall-powerstation ta’ Delimara — Xogħol

Question

Peress li l-Prim Ministru ħabbar li ser jibda x-xogħol biex jitpoġġa pipeline tal-gass għall-power station ta' Delimara, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal dan ix-xogħol u kemm ser idum biex dan il-proġett ikun komplut?

Response (MIZZI, JOE)

Matul din is-sena tlesta d-disinn bażiku tal-infrastruttura neċessarja u ġiet iddentifikata r-rotta bejn Malta u Sqallija u s-siti fejn ha jitpoġġew it-terminal stations ġewwa Gela u Delimara. F’Mejju ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u r-Reġjun ta’ Sqallija fuq livell tekniku għall-kollaborazzjoni sħiħa bejn Malta u r-Reġjun Sqalli – b’koordinament ma’ Ruma. Dan is-sajf ħa jinbeda l-proċess tal-permessi ambjentali ġewwa Malta kif ukoll ġewwa l-Italja bis-sottomissjoni tal-‘Project Description Statement’ u ‘Scoping Report’ lil-Awtoritajiet rispetivi. Is-sena li ġejja ħa jibdew isiru l-istudji dettaljati ambjentali (EIA) kif ukoll tekniċi u dawn jinkludu wkoll “marine survey” tar-rotta kollha tal-baħar b’tul ta' madwar 152km. Il-Gvern mistenni japplika għal-fondi Ewropej għal dawn l-istudji li ħa jkunu jiswew madwar 8 miljun ewro. Għaddejjin ukoll pjanijiet biex titwaqqaf kumpanija pubblika għat-twettieq ta’ dan il-proġett, u iktar tard, l-operat tal-infrastruttura meta tiġi kkumissjonata. Huwa mistenni li l-proġett idum sebgħa snin biex jitwettaq.
Leg 13 PQ #774 Sitting 17 2017-07-12 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'kien in-numru ta' votanti reġistrati ta' bejn is-16 u t-18-il sena fl-aħħar round t'elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, lokal b’lokal? Jista’ jgħid ukoll x'kien il-persentaġġ ta' din il-kategorija ta' votanti li vvutaw fl-istess round t'elezzjonijiet lokal lokal?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Hawn taħt jinsab it-tagħrif mitlub: Lokalita’ Numru ta’ Votanti Rregistrati bejn is-16 u t-18-il sena % BIRGU 51 66.67% ISLA 52 59.62% QORMI 328 70.12% ZEBBUG 267 62.55% SIGGIEWI 206 65.53% ATTARD 269 63.20% BALZAN 70 54.29% BIRZEBBUGA 242 55.37% DINGLI 106 74.53% FLORIANA 43 67.44% GZIRA 110 55.45% GHSIELEM 73 76.71% GHARGHUR 71 74.65% HAMRUN 153 69.93% IKLIN 73 46.58% KERCEM 51 88.24% KIRKOP 62 41.94% LUQA 100 66.00% MARSA 87 51.72% MXLOKK 82 75.61% MOSTA 468 61.11% MUNXAR 37 91.89% NADUR 90 80.00% PAOLA 139 56.83% QALA 47 95.74% SAFI 61 73.77% SAN GILJAN 147 40.14% SAN LAWRENZ 12 91.67% S PAWL 342 42.98% S LUCIJA 54 55.56% SWIEQI 216 52.78% XAGHRA 100 85.00% ZEBBUG G 49 32.65% ZURRIEQ 227 74.01% TOTAL 4,485 62.27%

Heritage Buses

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb tal-Gvern, tramite Transport Malta, li jingħataw liċenzji lil dawk li qed jissejħu Heritage Buses? Hemm ħsieb ta’ kemm se jingħataw minn dawn il-liċenzji lil Heritage Buses? Jista’ jgħid jekk sarx xi studju dwar il-ħtieġa ta' dawn il-liċenzji u jista’ jgħid jekk tali studju indikax kemm hemm bżonn minn dawn l-liċenzji għas-suq Malti u Għawdxi? Jekk se tingħata konċessjoni għal tali liċenzji, jista’ jgħid għal kemm-il sena se tkun din il-konċessjoni? Jekk se tingħata liċenzja lil dawn il-Heritage Buses, dawk il-buses li kienu ħadu s-somma biex jirtiraw mil-linja, se jkunu qed jintalbu biex jagħtu s-somma lura, f'każ li jingħataw l-liċenzja biex joperaw mill-ġdid?

Response (BORG, IAN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Trasport Pubbliku — trips nieqsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li nhar it-3 ta' Ġunju kien hemm 121 trip nieqsa tal-karozzi tal-linja mir-rotot madwar Malta? Jista’ jikkonferma jekk kienx hemm 11-il karozza tal-linja li kellhom joperaw bla arja kundizzjonata? Jista’ jgħid ukoll jekk hux minnu li kien hemm każi fejn passiġġiera niżlu minn fuq dawn il-karozzi tal-linja? X'passi se jittieħdu fil-konfront tal-operatur fuq dawn in-nuqqasijiet fis-servizz tat-trasport pubbliku?

Response (BORG, IAN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — sponsorships

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' sponsorships li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Attwalment l-Onor. Interpellant mhux qed jispeċifika għal liema sponsorships qiegħed jirreferi però naħseb li jien qiegħed f’pożizzjoni li nagħti risposta. L-ERA – Awtorità Regolatorja fil-perjodu tal-1 ta’ Mejju sat-2 ta’ Ġunju tat sponsorship għat-taħriġ skont il-ftehim kollettiv tal-impejgati tal-ERA li kien jammonta għal €2,818, Ingħata sponsorship ieħor li jammonta għal €1,000 li nħareġ lill-Università ta’ Malta fit-28 ta’ April u ġie ppreżentat fil-5 ta’ Mejju, Fit-2 ta’ Mejju 2017 kien hemm it-training sponsorship ta’ €2,818 lil ċertu Alan Borg hemm ukoll dokumentazzjoni Fil-5 ta’ Mejju sar sponsorship ieħor ta’ €1,000 lil Università ta’ Malta Kien hemm sponsorship ieħor wsm li ngħata għal event partikolari tal-earth garden għall-perjodu bejn l-1 u sal-4 ta’ ġunju li kien jammonta għal €5,500.
Leg 13 PQ #84 Sitting 16 2017-07-11 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — sponsorships

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' sponsorships li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (FEARNE, CHRISTOPHER)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema sponsorships qiegħed jirreferi.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — sponsorships

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' sponsorships li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema sponsorships qiegħed jirreferi.

Ministeru għall-Trasport, Infrasturttura u Proġetti Kapitali — sponsorships

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' sponsorships li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema sponsorshipsqiegħed jirreferi.
Leg 13 PQ #87 Sitting 16 2017-07-11 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — sponsorships

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista ta' sponsorships li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li tmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — sponsorships

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' sponsorships li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Jista' l-Onor. Interpellant jispecifika għal-liema sponsorships qiegħed jirreferi?
Leg 13 PQ #148 Sitting 16 2017-07-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — position of Trust

Question

Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti kollha tax-xogħol tal-persons of trust u tal-positions of trust ġew fi tmiemhom hekk kif ġiet fi tmiemha l-leġiżlatura li għaddiet u bħalissa għaddej il-proċess biex jiġu stabbiliti kuntratti tax-xogħol ġodda.
Leg 13 PQ #149 Sitting 16 2017-07-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — position of Trust

Question

Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 143 (mija, tlieta u erbgħin).

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — position of Trust

Question

Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kuntratti kollha tax-xogħol tal-persons of trust u tal-positions of trust ġew fi tmiemhom hekk kif ġiet fi tmiemha l-leġiżlatura li għaddiet u bħalissa għaddej il-proċess biex ikun identifikat x’positions/persons of trust hemm bżonn.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — position of Trust

Question

Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti kollha tax-xogħol tal-persons of trust u tal-positions of trust bħala regola ġew fi tmiemhom hekk kif ġiet fi tmiemha l-leġiżlatura li għaddiet u bħal issa għaddej il-proċess biex jiġu stabbiliti kuntratti tax-xogħol ġodda. Fil-każ tal-positions of trust marbutin mal-Qorti, li għandhom ukoll xogħol ibbażat fuq il-fiducja (tal-Ġudikant, mhux tiegħi), dan li għidt ma japplikax.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — position of Trust

Question

Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti kollha tax-xogħol tal-persons of trustu tal-positions of trust b’eċċezzjoni ta’ dawk li kienu nvoluti b’mod dirett mal-Presidenza Maltjia, ġew fi tmiemhom hekk kif ġiet fi tmiemha l-leġiżlatura li għaddiet u bħal issa għaddej il-proċess biex jigu stabbiliti kuntratti tax-xogħol ġodda.
Leg 13 PQ #153 Sitting 16 2017-07-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — position of Trust

Question

Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (FEARNE, CHRISTOPHER)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 143.
Leg 13 PQ #553 Sitting 16 2017-07-11 Oral · Final From: SILVIO GRIXTI To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini għat-trattament tal-kanċer

Question

Jista’ l-Ministru jagħti ħjiel dwar kif il-Ministeru tiegħu beħsiebu jwettaq il-wegħda elettorali tal-Partit Laburista, li l-mediċini kollha għat-trattament tal-kanċer, jingħataw b’xejn mill-Istat fis-snin li ġejjin? Liema huma dawk il-mediċini li l-Ministeru jqis li għandhom ikunu minn tal-ewwel li jibdew jingħataw b’xejn, wara li l-mediċini għat-trattament tal-kanċer fil-bużżieqa tal-awrina issa daħlu wkoll fil-formolarju tal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li diġa ddaħħlet il-Mitomycin C fl-ewwel ġranet ta' din il-leġiżlatura u wara konsultazzjoni mal-esperti kliniċi fix-xhur li ġejjin ser jibqaw jingħataw mingħajr ħlas mediċini għall-kanċer tal-ġilda, tal-prostita, tad-demm, tal-għanqud tal-bajd u tal-kliewi.
Leg 13 PQ #554 Sitting 16 2017-07-11 Oral · Final From: SILVIO GRIXTI To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-katarretti – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont lil din il-Kamra ta’ kif il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni tal-kataretti tnaqqset mill-2013 ‘l hawn u jgħid kemm pazjent għandu jistenna għal operazzjoni ta’ dan it-tip illum?

Response (FEARNE, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żmien ta’ stennija għall-proċedura tal-kataretti permezz ta’ loppju lokali, niżel minn tliet snin fi żmien amministrazzjoni nazzjonalista għal madwar erbgħa xhur illum. Tul l-aħħar snin kien hemm tnaqqis b’mod drastiku fil-lista ta’ stennija għal operazzjoni tal-kataretti mhux biss fiż-żmien ta' stennija iżda ukoll fl-ammont ta' pazjenti fuq il-lista. Fil-fatt fl-2013 kien hemm 3580 pazjenti jistennew operazzjoni tal-kataretti waqt illi sa l-aħħar ta’ Ġunju 2017 kien hemm 1018 pazjent.
Leg 13 PQ #555 Sitting 16 2017-07-11 Oral · Final From: SILVIO GRIXTI To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet konnessi mal-ortopedija – tnaqqis fil-lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jirraporta jekk sarx progress fit-tnaqqis tal-listi ta’ stennija għal operazzjonijiet konnessi mal-ortopedija bħal dawk tal-irkoppa u l-ġenbejn?

Response (FEARNE, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Marzu tal-2013, kien hemm total ta’ 1733 pazjent jistenna għal-Knee Replacement, filwaqt li sa l-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena kien hemm 878. Fl-aħħar tal-2012 kien hemm 334 pazjent jistenna biex jagħmel hip replacement filwaqt li sa l-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena kien hemm 196. Ninfurmah ukoll illi d-dewmien medju għall-proċeduri ta’ knee replacement u hip replacement huwa ta’ madwar sena. Nirrimarka li matul din is-sena kellna l-inqas lista ta’ stennija u kif ukoll l-inqas żmien ta’ stennija għal hip u knee replacements matul dawn l-aħħar snin.

Djar tal-anzjani – ilmenti dwar nuqqas ta’ varjetà fl-għażla li tal-ikliet

Question

Jikkunsidra l-Ministru li tittieħed azzjoni minħabba li qed jaslu lmenti ħafna drabi ġustifikati minn mijiet ta’ anzjani li jgħixu kemm fi djar tal-anzjani tal-istat kif ukoll li mhumiex, minħabba n-nuqqas ta’ varjetà fl-għażla li jkollhom għall-ikliet tagħhom? Jistgħu l-fornituri privati tal-ikel jingħataw direttivi biex fejn huwa l-każ, il-menus jinbidlu aktar ta’ spiss biex tikber il-varjetà?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kemm-il kuntrattur li jipprovdi l-ikel fid-djal tal-Gvern kif ukoll il-kuntratturi li jipprovdu sodod lill-Gvern huma obbligati li joffru menu varjat skont l-istaġun u b'ciklu t'erba' ġimgħat. Kull menu għandu 3 għażliet u l-anzjani jidentifikaw l-għażla tagħhom minn qabel u skont il-bżonnijiet tagħhom. Anzjani bi bżonnijiet nutrittivi differenti jiġu pprovduti b'ikel addattat għalihom.