Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — position of Trust

Question

Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti kollha tax-xogħol tal-persons of trust u tal-positions of trust ġew fi tmiemhom hekk kif ġiet fi tmiemha l-leġislatura li għaddiet u bħalissa għaddej il-proċess biex jigu stabbiliti kuntratti tax-xogħol ġodda.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — position of Trust

Question

Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (BORG, IAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti kollha tax-xogħol tal-persons of trust u tal-positions of trust ġew fi tmiemhom hekk kif ġiet fi tmiemha l-leġizlatura li għaddiet u bħal issa għaddej il-proċess biex jigu stabbiliti kuntratti tax-xogħol ġodda.
Leg 13 PQ #156 Sitting 17 2017-07-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — position of Trust

Question

Tista' l-Ministru telenka u tgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tagħha u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtha?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti kollha tax-xogħol tal-persons of trust u tal-positions of trust ġew fi tmiemhom hekk kif ġiet fi tmiemha l-leġiżlatura li għaddiet u bħal issa għaddej il-proċess biex jigu stabbiliti kuntratti tax-xogħol ġodda.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — position of Trust

Question

Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-kuntratti kollha tax-xogħol tal-persons of trust u tal-positions of trust ġew fi tmiemhom hekk kif ġiet fi tmiemha l-leġiżlatura li għaddiet u bħalissa għaddej il-proċess biex jiġu stabbiliti kuntratti tax-xogħol ġodda.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – residenti kkundannati b’piena definittiva

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm kien hemm residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li huma kkundannati b’piena definittiva, elenkati skont in-nazzjonalità għas-snin 2012-2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #159 Sitting 17 2017-07-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – person of trust u position of trust

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 143.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders kollha mogħtija mill-Ministeru tiegħu kif ukoll kull entità, dipartiment, korporazzjoni jew awtorità li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru tiegħu bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-30 ta’ Ġunju 2017? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min ingħatat u l-ammont involut? Jista’ jgħid ukoll għaliex ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella li kopja taghha qed titqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar – ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema impjegati fl-Awtorità tad-Djar bil-karigi rispettivi tagħhom fl-aħħar ta’ Mejju ta’ kull sena għas-snin 2014, 2015, 2016 u 2017 (separatament minn xulxin)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu qed titqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra

WasteServ — promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet lill-ħaddiema tal-kumpanija WasteServ Malta Limited xahar b'xahar matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta ħaddiema, li kienu impjegati mal-kumpanija WasteServ (Malta) Ltd u ingħataw promozzjoni fil-perjodu bejn 1 ta’ Jannar 2017 u 2 ta’ Ġunju 2017 kien ta’ 2 f’Jannar, 4 f’Marzu, 1 f’April u 1 f’Mejju.

WasteServ – transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers lill-ħaddiema tal-kumpanija WasteServ Malta Limited xahar b'xahar matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta ħaddiema, li kienu impjegati mal-kumpanija WasteServ (Malta) Ltd u ingħataw transfer fil-perjodu bejn 1 ta’ Jannar 2017 u 2 ta’ Ġunju 2017 kien ta’ 1 f’April.

WasteServ – impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-kumpanija WasteServ Malta Limited xahar b'xahar matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Persuni li għandhom status ta’ refuġjat f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom status ta’ refugjat f’Malta u jagħti l-informazzjoni maqsuma skond f’liema lokalità huma uffiċjalment residenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hawn 1,347 persuna li għandha status ta’ refuġjat f’Malta. L-Uffiċċju ma’ jistax jipprovdi bil-preċiz informazzjoni dwar il-lokalita’ tar-residenza tagħhom għaliex jiġri kemm-il darba li ta’ spiss jibdlu l-indirizz, u l-indirizz li jagħtu lill-uffiċċju biex tingħatalhom il- Protection Card, jista' wara ftit żmien jinbidel.

Dipartiment jew awtoritajiet fil-Gvern li għandhom il-poter li jikkonfiskaw flejjes jew oġġetti

Question

Jista’ l-Ministru jelenka d-dipartimenti/awtoritajiet oħra fil-Gvern li għandhom il-poter li jikkonfiskaw flejjes u/jew oġġetti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-konfiska ta’ flejjes jew oġġetti tista tapplika taħt diversi liġijiet. Biex isir irid ikun hemm bażi legali u jridu jeżistu ċ-ċirkostanzi li fihom il-liġi tkun tipprospetta li l-flus jew propjeta’ oħra jkunu soġġetti għall-konfiska. Per eżempju, fil-liġi kriminali huwa stabbilit illi l-oġġetti li jkunu ntużaw biex isir ir-reat, l-“ corpus deliciti” u l-frott ta’ reat huma konfiskabbli fil-każ ta’ ħtija. Il-ligijiet dwar t-traffikar tad-droga saħansitra jipprevedu l-konfiska tal-propjeta’ kollha tal-ħati. Il-liġijiet dogonali jipprevedu il-konfiska ta’oġġetti li jkunu qegħdin jindaħħlu fil-pajjiż in vjolazzjoni ta’ dawk il-liġijiet jew ta’ liġijiet oħra li jkunu jipprojbixxu l-importazzjoni tiegħu. Il-liġijiet li jirregolaw il-kambju u l-ammont ta’ flus li persuna tista’ toħroġ mill-pajjiż ukoll jipprovdu għall-konfiska fil-każ ta’ sejbien ta’ ħtija. Il-konfiska tista' wkoll issir fuq talba ta’ awtorità ġudizzjarja barranija abbażi ta’ trattati internazzjonali jew ta’ regolamenti tal-Unjoni Ewropea dwar il-ko-operazzjoni fil-qasam ġudizzjarju. Punt kardinali huwa li konfiska qatt ma tista issir arbitarjament u dejjem jibqa d-dritt illi wieħed jikkontesta l-konfiska tal-propjetà quddiem Qorti.

Asset Management Bureau

Question

Jista’ l-Ministru jagħti data meta l-Asset Management Bureau ser jibda jopera?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li insegwitu tal-Avviż Legali tal-2015 saru diskussjonijiet u tibdil fil-kompo¿izzjoni tal-Bureau. Infumat li l-Membri tal-Bureau qed jiltaqa’ regolarment ħalli jfasslu l-policy tal-istess Bureau. Bħalissa qed isir eżerċizzju ħalli jiġu ingaġġati uffiċjali biex jaħdmu fi ħdan il-Bureau.

Il-proċess li l-Gvern jeżerċità l-poter li jikkonfiska flejjes jew oġġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-proċess li permezz tiegħu l-Gvern jeżerċità l-poter li jikkonfiska flejjes u/jew oġġetti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li biex il-Gvern jikkonfiska flejjes jew oġġetti irid ikun hemm liġi li tipprovdi għal dik il-konfiska. Il-ligi partikolari normalment tkun ukoll tipprovdi għall-process li l-awtoritajiet ikunu jridu jsegwu biex issir dik il-konfiska u għall-mod kif dik il-konfiska tkun tista’ tiġi kontestata. Eżempju ta’ dan jinstab fl-Ordinanza tad-Dwana (Kap 37) Jekk il-liġi speċifika ma tkunx tipprovdi għall-mod ta’ kontestazzjoni ta’ konfiska japplika d-dritt ġenerali li wieħed jirrikorri quddiem il-Qrati biex jikkontesta deċizjoni amministrattiva.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea — impatt

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jiġi analizzat x’impatt (pożittiv jew negattiv) li dan jista’ jġib miegħu? Jekk dan sar jista’ jpoġġi l-analisi rispettiva fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Interpellant li Malta minn dejjem kellha l-aħjar relazzjonijiet mar-Renju Unit u rridu nkunu attivi fi ħdan l-UE biex nassiguraw li n-negozjati ta’ Brexit iħarsu l-interessi taċ-ċittadini Ewropej b’attenzjoni partikolari fuq l-interessi ta’ Malta u l-Maltin. Il-gvern huwa impenjat li jwaqqaf Brexit taskforce bil-għan li tistudja kull opportunità possibbli li Brexit tista’ ġġib lejn pajjiżna, filwaqt li tilqa’ l-isfidi li joħorġu minn dan il-proċess. L-Onor. interpellant japprezza li mhuwiex prudenti li f’dan l-istadju l-Gvern jippubblika r-riżultati ta’ l-analiżi tiegħu. Malta flimkien ma’ 26 Stat Membru ieħor tinsab f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea sabiex l-interess tal-Unjoni u l-Istati Membri jiġu ssalvagwardjati.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea — opportunitajiet

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri, proġetti jew inizjattivi li l-Ministeru tiegħu u/jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu ser iwettqu biex pajjiżna jkun jista’ jibbenefika minn opportunitajiet li jistgħu jinħolqu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 640.

Awtorità tal-Ippjanar – azzjoni biex titneħħa struttura tal-ħadid u electronic billboard

Question

Jista' l-Ministru jgħid ir-raġuni għalfejn l-Awtorità tal-Ippjanar naqset milli tieħu azzjoni diretta biex titneħħa struttura tal-ħadid u electronic billboard li jinsabu installati quddiem kumpless li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u dan minkejja li l-istess Awtorità tal-Ippjanar ċaħdet applikazzjoni biex dan l-iżvilupp illegali jiġi sanzjonat u ħarġet avviż ta' infurzar li għandu n-numru ta' referenza EC/00340/13?

Response (BORG, IAN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #745 Sitting 17 2017-07-12 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għoti ta’ sentenza mill-Qorti Kostituzzjonali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'azzjoni ser tittieħed mill-Gvern wara l-għoti tas-sentenza mill-Qorti Kostituzzjonali Anthony P. Farrugia vs l-Onor. Prim Ministru, l-Avukat Ġenerali, il-Kummissarju tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud u l-Kummissarju tal-Pulizija nhar it-8 ta' Mejju 2017 (Rikors Nru 8/11 JRM) u li kopja tagħha tqegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ispeaker waqt is-seduta ta' nhar it-Tnejn 26 ta' Ġunju 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Is-sentenza li qiegħdha ssir riferenza għaliha fl-interpellanza tal-Onor. Membru ingħatat, kif huwa korrettement jindika, mill-Qorti Kostituzzjonali fit-8 ta’ Mejju 2017. Il-pretensjoni tar-rikorrenti kienet li l-applikazzjoni in konfront tiegħu tad-disposizzjonijiet tal-Att tal-1998 dwar it-Taxxa dwar il-Valur Mizjud (Kap. 406 tal-Ligijiet ta’ Malta) kisru d-drittijiet fundamentali tiegħu protetti bl-artikolu 39 (9) u 37 tal-Kostituzzjoni, l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Artikolu 4 tas-Seba’ Protokoll tal-Konvenzjoni u l-Ewwel Artikolu tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni. Il-parir li għandu l-Gvern huwa fis-sens li permezz tal-emendi li saru fl-1 ta’ Jannar 2009 kienu diga’ ġew indirizzati n-nuqqasijiet imsemmija mill-Qorti Kostituzzjonali fis-sentenza ċitata mill-Onorevoli Membru ( li kienet tirreferi għal-ligi kif kienet qabel dawk l-emendi) u li għalhekk ma hemmx il-htiega li jsir intervent legislattiv iehor sabiex tigi mnehhija l-vjolazzjoni misjuba mill-Qorti Kostituzzjonali fis-sentenza tagħha tat-8 ta’ Mejju 2017.