Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jaġġorna lill-Kamra fiex waslu n-negozjati ma' Stewart Healthcare u meta hemm il-ħsieb illi jiġu konklużi dawn it-trattattivi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-taħdidiet għadhom għaddejjin.
Rendikont ta’ nefqa fuq konsultazzjoni pubblika dwar il-Baġit 2022 f’Ħaż-Żabbar
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-attività ta' konsultazzjoni pubblika dwar il-Baġit għas-sena 2022 u li saret ġewwa Ħaż-Żabbar nhar il-Ħamis 16 ta' Settembru 2021? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija attività?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Rendikont ta’ nefqa fuq konsultazzjoni pubblika dwar il-Baġit 2022 f’Ħal Balzan
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-attività ta' konsultazzjoni pubblika dwar il-Baġit għas-sena 2022 u li saret ġewwa Ħal Balzan nhar l-Erbgħa 22 ta' Settembru 2021? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija attività?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Rendikont ta’ nefqa fuq konsultazzjoni pubblika dwar il-Baġit 2022 fiċ-Ċittadella
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-attività ta' konsultazzjoni pubblika dwar il-Baġit għas-sena 2022 u li saret ġewwa ċ-Ċittadella, f'Għawdex nhar il-Ġimgħa 24 ta' Settembru 2021? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija attività?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bejn Mejju u l-aħħar ta' Settembru kienx irrapportat xi tniġġiż ta' żejt minn vapuri fil-Port Ħieles? Jekk iva, jista’ l-Ministru jagħti d-dati ta' meta saru tali rapporti?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu msemmi, l-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi kellha rapport wieħed ta’ oil spill minn vapur li kien qiegħed sorġut mall-moll tal-Port Ħieles u li ġarrab xi ħsarat fil-hull.
Dan l-inċident seħħ fit-18 ta’ Awwissu 2021 u kien riferut lill-Awtorità mill-Malta Freeport Terminals Ltd. stess skont l-obbligi li għandha mal-Awtorità. Din l-‘spill’ ġiet indirizzata u kkontrollata b’mod immedjat mill-operatur tal-Malta Freeport stess u mill-kuntrattur imqabbad mill-istess operatur
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju u d-diskussjonijiet fil-kunċett tal-Living Income?
Response (ABELA, CARMELO)
Infakkar lill-Onorevoli interpellant li, minbarra li dan il-Gvern tejjeb il-livell tal-għajxien partikolarment tal-faxex l-iżjed vulnerabbli b’mod sinifikanti sena wara oħra, l-istudju li sar għadu qed jiġi kkunsidrat internament mill-Gvern.
Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk id-Djar Residenzjali tal-Anzjani li għandhom installat faċilitajiet tal-Wi-Fi sabiex ir-residenti jkunu jistgħu jagħmlu użu minnhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk id-Djar Residenzjali tal-Gvern u dawk tal-Privat li jinvolvu direttament lir-residenti tagħhom fit-tmexxija ta’ dawn il-postijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani wieħed isib Kunsill magħmul mir-residenti stess fejn huma jagħtu l-kontribut u suġġerimenti tagħhom fir-rigward tat-tmexxija tad-djar.
Jista’ l-Ministru jindika kemm saru spezzjonijiet fid-Djar Residenzjali tal-Gvern u dawk tal-Privat matul dawn l-aħħar sentejn? X’nuqqasijiet ġew innutati minn dawn l-ispezzjonijiet f’dawn id-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar sentejn saru spezzjonijiet mill-Awtorita’ ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali kif jidher f’Tabella A li qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra. Fost in-nuqqasijiet li ġew innutati ġew maħruġa rakkomandazzjonijiet rigward l-ambjent jew l-istruttura tad-Dar Residenzjali, kura ta’ kwalità jew kura medika, kif ukoll fl-immaniġġjar tas-servizzi u l-ospitalità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm bejn settembru 2018 u Settembru 2021 ( xahar b’xahar) daħlu ħaddiema jaħdmu mal-kumpanija Wasteserv u mil-liema lokalitajiet dawn ġejjin?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan ir-rekrutaġġ kien kruċjali biex il-WasteServ tilħaq l-ogħla ammont ta’ riċiklaġġ fl-aħħar 19-il sena l-investiment fin-nies wassal biex l-iskart jiddawwar f’riżorsa, jiġu evitati spejjeż u jiżdied l-introjtu.
Jista’ l-Ministru jghid kemm, kemm sa mit-twaqqif tagħha Infrastruttura Malta sal-lum, kellha fi flus kontanti multi imposti fuqha mill-ERA u fuq liema nuqqasijiet dawn ingħataw (billi jindika ukoll fuq liema proġetti dawn ingħataw)?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu fi flus kontanti l-multi maħfura mill-ERA lill-Infrastruttura Malta u fuq liema ragunijiet saru dawn il-maħfriet ? ( tajjeb li jkunu ndikati ukoll liema kienu l-progetti inkwistjoni)
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma nħafru l-ebda multi effettivi mill-ERA fuq Infrastruttura Malta.
Wara li minn investigazzjoni li saret u li giet konkluża mill-Ufficcju tal-Ombudsman fejn ħareġ ċar li t-tmexxija tal-Awtorita tal-Ippjanar mhux biss kisret il-liġi u tat il-barka tagħha biex isir xogħol illegali fuq numru ta’ proġetti minn Infrastruttura Malta fosthom f’Kemmuna u fuq il-Pont fil-Marsa, iżda li saħansittra sfidat ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-istess Ombudsman, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa l-Ministeru li tiegħu hu responsabbli fil-konfront ta’ min imexxi l-istess Awtorità?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fuq il-każijiet in kwistjoni kien hemm diverġenza ta’ interpretazzjoni legali tal-provvedimenti tal-liġi bejn l-Uffiċċju tal-Ombudsman u dak tal-Awtorità għall-Ippjanar u f’tali ċirkostanzi mhux l-każ li tittieħed xi azzjoni kontra min imexxi l-Awtorità li jien għandi fiduċja sħiħa fih.
Sadanittant jien tajt struzzjonijiet sabiex l-Awtorita’ tibda tassigura li żviluppi li jkunu pretiżi li jsiru fuq bażi ta’ emerġenza jkunu tassew emerġenza u li x-xoghol jindirizza biss u specifikament tali periklu.
Jista' l-Ministru jgħid meta fetaħ u għalaq il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika fuq il-caravan sites? Ma' min ikkonsulta? Liema kunsilli lokali ġew ikkonsultati? Jista' jippubblika s-sottomissjoniet tal-konsultazzjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument ‘Camping, Caravanning and Picnicking Sites on the Maltese Islands’ kien inħareġ għal konsultazzjoni pubblika mill-11 ta’ Frar 2021 sal-30 ta’ Marzu 2021. Dan id-dokument ma kienx wieħed ta’ policy imma Discussion Paper inti¿a sabiex thajjar lill-pubbliku biex jirrejagixxi fuq policies ezistenti u approvati li hemm fil-pjanijiet lokali u li jirrikwardjaw camping, caravanning u picnicking. Il-konsultazzjoni kienet miftuha ghall-pubbliku generali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomisjonijiet li saru.
Attachments:Public Submissions received on Caravan, Camping and Picnicking Discussion Paper Feb-Mar 2021-Subs only.pdf
FORUM – talba għal emenda fil-Liġi tar-Relazzjonijiet Industrijali u Xogħol
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20853 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jikkonferma l-Ministru li l-FORUM, li hija konfederazzjoni ta’ trade unions, għamlu talba lill-Gvern sabiex issir emenda fil-Liġi tar-Relazzjonijiet Industrijali u Xogħol li tkun tippermetti li konfederazzjoni ta’ trade unions (jew ta’ employer associations) tkun rikonoxxuta fil-Liġi l-istess kif inhuma rikonoxxuti t-trade unions kollha individwalment fl-istess u bl-istess Liġi? Jista’ jikkonsidra attivament li tali emenda tiġi mressqa ‘l quddiem mill-Gvern?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.