Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — transfers ta' ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ transfers li ngħataw lill-ħaddiema fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, u dan għall-perjodu bejn is-6 ta' Ġunju u t-12 ta’ Ġunju?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob l-Onor. interpellant jippreċiża għal liema sena qiegħed jitlob l-informazzjoni.
Jista’ l- Ministru jelenka l-ismijiet tal-persuni kollha li kienu parti mill-proċess kollu ta’ għażla fl-2013 immexxi mill-Enemalta sabiex eventwalment intgħażlet l-ElectoGas bħala l-preferred bidder f’Ottubru 2013?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali u tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — persons of trusts
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti kollha tax-xogħol tal-persons of trust u tal-positions of trust ġew fi tmiemhom hekk kif ġiet fi tmiemha l-leġislatura li għaddiet u bħal issa għaddej il-proċess biex jigu stabbiliti kuntratti tax-xogħol ġodda.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Le ma ngħata ebda xogħol legali u ebda konsulenza lill-individwu li semma fil-mistoqsija tiegħu.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’xogħol kapitali u ta’ manutenzjoni fl-Open Centre tal-Marsa fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 u jagħti l-informazzjoni sena b’sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2013 intefqu €93,649, fl-2014 intefqu €100,760, fl-2015 intefqu €100,176 u fl-2016 intefqu €21,731 f’xogħol kapitali u ta’ manutenzjoni fl-Open Centre tal-Marsa.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – impatt
Question
Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jiġi analizzat x’impatt (pożittiv jew negattiv) li dan jista’ jġib miegħu? Jekk dan sar, jista’ jpoġġi l-analisi rispettiva fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, wara konsultazzjoni interna li saret fi ħdan il-Ministeru, ma jirriżultax li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ser iħalli xi impatt partikolari fuq il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, sew negattiv jew pożittiv.
Madanakollu, irid jingħad li f'dak li għandu x'jaqsam mas-Sigurtà Soċjali, uffiċjali mid-Dipartiment ikkonvernat għaddejin f'kuntatti kontinwi mar-Rapreżentanza Permanenti ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u qed jiġu segwiti mill-qrib l-iżvillupi li qed ikun hemm fid-diskussjonijiet f'dan il-qasam, partikolari. Mhux biss, l-istess uffiċjali se jieħdu sehem f'laqgħat bilaterali mal-Kummisjoni Ewropea biex jiġu diskussi l-ħtiġijiet ta' Malta fil-qasam tas-sigurtà soċjali b'konsegwenza ta' dawn l-iżviluppi.
F'dan ir-rigward, infakkar ukoll lill-Onor. Interpellant li bejn Malta u r-Renju Unit għad hemm fis-seħħ ftehim bilaterali dwar is-Sigurtà Soċjali, u li dwaru fil-passat, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għamel studju ta' kif dan il-ftehim għandu jiġi aġġornat f'każ li l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit ma jilħqux ftehim fuq is-Sigurtà Soċjali. Jidher iżda li kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll ir-Renju Unit qegħdin jaħdmu mill-qrib biex jintlaħaq l-għan li jsir ftehim ibbażat fuq ir-regolamenti li hemm fis-seħħ bħalissa f'dan il-qasam, u għalhekk wieħed jistenna li l-impatt fuq il-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit bħalissa, kif ukoll iċ-ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu f'Malta, se jkun wieħed minimu.
Wieħed irid japprezza li peress li din il-materja għadha taħt diskussjoni bejn l-Istati Membri f'ambitu tal-Unjoni Ewropea, mhux opportun li jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra xi dokumenti li jistgħu f'xi mod jippreġudikaw dawn id-diskussjonijiet.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u s-Solidarjetà Soċjali – proċes biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – opportunitajiet
Question
Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri, il-proġetti jew l-inizjattivi li l-Ministeru tiegħu u/jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu ser iwettqu, biex pajjiżna jkun jista’ jibbenefika minn opportunitajiet li jistgħu jinħolqu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 649 minħabba li l-informazzjoni li diġà ngħatat tapplika wkoll għal din il-mistoqsija parlamentari.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – impatt
Question
Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jiġi analizzat x’impatt (pożittiv jew negattiv) li dan jista’ jġib miegħu? Jekk dan sar, jista’ jpoġġi l-analisi rispettiva fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta minn dejjem kellha l-aħjar relazzjonijiet mar-Renju Unit u rridu nkunu attivi fi ħdan l-UE biex nassiguraw li n-negozjati ta’ Brexit iħarsu l-interessi taċ-ċittadini Ewropej b’attenzjoni partikolari fuq l-interessi ta’ Malta u l-Maltin.
L-Onor Interpellant jifhem li hemm diversi aspetti li jridu jiġu salvagwardjati inkluż li r-Renju Unit ma jistax ikollu pakkett aktar favorevoli minn dak li ġġib sħubija fl-Unjoni Ewropea. Hemm diversi oqsma li qed jiġu kkunsidrati fl-analiżi li qed iwettaq il-gvern Malti inkluż id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin li jaħdmu u jistudjaw fir-Renju Unit, l-interessi tan-negozji Maltin li joperaw jew li joffru servizz fir-Renju Unit, l-aċċess tas-suq ewlieni Ewropew, kif ukoll oqsma oħra tal-ekonomija. Irridu naraw ukoll fost oħrajn li l-arranġamenti li għandha Malta mar-Renju Unit fil-qasam tal-kura għall-pazjenti jibqgħu mhux mittiefsa. Il-gvern huwa impenjat ukoll li jwaqqaf Brexit taskforce magħmula mill-gvern, il-Malta Enterprise u s-settur privat bil-għan li taħtaf kull opportunità possibli li Brexit tista ġġib lejn pajjiżna fil-waqt li nilqgħu għall-isfidi li joħorgu minn dan il-proċess.
L-Onor. Interpellant japprezza li mhuwiex prudenti li f’dan l-istadju li l-Gvern jippublika r-riżultati ta’ l-analiżi tiegħu. Malta flimkien ma’ 26 Stat Membru ieħor tinsab f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea sabiex l-interess tal-Unjoni u l-Istati Membri jiġu ssalvagwardjati.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – opportunitajiet
Question
Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri, il-proġetti jew l-inizjattivi li l-Ministeru tiegħu u/jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu ser iwettqu biex pajjiżna jkun jista’ jibbenefika minn opportunitajiet li jistgħu jinħolqu?
Ministeru għal Għawdex – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – impatt
Question
Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, tista’ l- Ministru tagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-Ministeru tagħha u l-entitajiet li jaqgħu taħtha biex jiġi analizzat x’impatt (pożittiv jew negattiv) li dan jista’ jġib miegħu? Jekk dan sar tjista’ tpoġġi l-analisi rispettiva fuq il-Mejda tal-Kamra?
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – reklamar fuq Facebook — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u Dipartiment fi ħdan l-istess Ministeru, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-3 ta' Ġunju 2017?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-nefqa f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, inkluż kull entità u Dipartiment fi ħdan l-istess Ministeru, matul il-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2017 sat-3 ta’ Ġunju 2017 ammontat għal €1,978.50.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma – reklamar fuq Facebook — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u Dipartiment fi ħdan l-istess Ministeru, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-3 ta' Ġunju 2017?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa tal-Enemed f’reklamar fuq is-sit soċjali Facebook fil-perjodu msemmi kienet ta’ €298.06 (VAT eskluża).
Fil-każ tal-Enemalta, l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għal kumpanija u l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Ma sar l-ebda nfiq hekk kif stipulat f’din il-Mistoqsija Parlamentari mill-entitajiet l-oħra u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza – reklamar fuq Facebook — nefqa
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tagħha, inkluż kull entità u Dipartiment fi ħdan l-istess Ministeru, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-3 ta' Ġunju 2017?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li n-nefqa tal-Ministeru f’riklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2017 sat-3 ta’ Ġunju 2017 kienet tammonta għal €6,991.00. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li din in-nefqa hija kollha marbuta mal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja 2017.
Nirrimarka li l-Facebook kien għodda integrali mill-kampanja ta’ reklamar biex inkunu nistgħu nippromwovu il-Presidenza Maltija. Ir-reklamar fuq Facebook sar biex jiżdiedu in-numru ta’ segwaċi w biex wieħed jippromwovi l-attivitajiet kulturali kif ukoll il-kisbiet tal-Presidenza Maltija.
Ministeru għall-Finanzi – reklamar fuq Facebook — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u Dipartiment fi ħdan l-istess Ministeru, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-3 ta' Ġunju 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saret ebda nefqa f’reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu msemmi.
Ministeru għat-Turiżmu – reklamar fuq Facebook — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u Dipartiment fi ħdan l-istess Ministeru, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-3 ta' Ġunju 2017?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Intepellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – reklamar fuq Facebook — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u Dipartiment fi ħdan l-istess Ministeru, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-3 ta' Ġunju 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta għall-mistoqsija parlamentari 784 tingħata f’seduta oħra peress li għad trid tinġabar l-informazzjoni neċessarja.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ix-xogħol fuq il-moll ta’ Baħar iċ-Ċagħaq (Naxxar) beda fil-perjodu tal-elezzjoni ġenerali 2017 iżda waqaf ftit wara l-istess elezzjoni? Jista’ jgħid jekk hux se jitkompla x-xogħol u meta? Minħabba li dan ix-xogħol qed joħloq inkonvenjent lil min iniżżel opri tal-baħar mill-inħawi, jista’ l-Ministru jgħid meta biħsiebu jitlesta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Ono. Interpellant li l-ewwel fażi tax-xogħlijiet fuq il-moll ta’ Baħar iċ-Ċagħaq tlestiet, u l-islipway infetħet għall-użu tal-pubbliku. Il-kumplament tax-xogħlijiet, li jinkludu l-upgrade tal-moll eżistenti, se jitkomplew wara s-sajf sabiex jiġi evitat kull inkonvenjent għal min iniżżel l-opri tal-baħar mill-imsemmija slipway.