B’referenza għan-nota numru 13 tal-Estimi Finanzjarji ta’ Jobsplus għas-sena 2017 u partikolarment għall-infiq bit-titolu Consultancy għall-ammont ta’ €57,735 bħala spiża attwali għas-sena 2016, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratt kien?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant rigward l-Estimi Finanzjarji ta' Jobsplus u partikolarment għall-konsulenza li taqa’ taħt it-titolu Consultancy għall-ammont ta’ €57,735 bħala spiża attwali għas-sena 2016, hi kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jobsplus – Estimi Finanzjarji – Agreement – Richmond Foundation u Agreement Caritas
Question
B’referenza għan-nota numru 14 tal-Estimi Finanzjarji ta’ Jobsplus għas-sena 2017 u partikolarment għall-infiq bit-titoli Agreement – Richmond Foundation u Agreement - Caritas, jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn il-budget attwali għas-sena 2016 kien ferm anqas mill-ammont proġettat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehim mar-Richmond Foundation jindika li l-Fondazzjoni tista’ tintalab minn Jobsplus biex tipprovdi servizz ta’ mentoring għall-Programm ta’ Sheltered Employment Training, għal medja ta’ 10 sigħat fil-ġimgħa għal €18 s-siegħa. Matul is-sena 2016 l-ammont ta’ sigħat li Jobsplus kellha bżonn kien ta’ madwar 196 u, għaldaqstant, il-baġit proġettat għas-sena 2016 ma kienx hemm bżonn li jintefaq kollu.
Il-ftehim mal-Caritas jindika li l-Fondazzjoni għandha titħallas għas-servizz bl-ammont totali tal-ftehim ma jeċċedix it-€33,300. Il-Fondazzjoni titħallas €10,500 hekk kif jibda l-ftehim biex ikopri t-taħriġ ta’ mill-inqas 40 persuna li għaddejjin bi programm ta’ riabilitazzjoni mal-Caritas. Il-Caritas titħallas ukoll €950 għal kull persuna li jirnexxilhom isibulha xogħol fl-aħħar tal-programm jew sa sitt xhur wara t-tmiem tal-imsemmi programm. Hekk kif stabbilit fil-ftehim, 90% minn dan l-ammont jitħallas tliet xhur wara li jibda l-impieg u 10% jitħallsu sentejn wara. Għaldaqstant, il-baġit attwali għas-sena 2016 għadu ma ntefaqx kollu għaliex hemm pagamenti li se jintalbu fix-xhur jew snin li ġejjin.
Jobsplus – Estimi Finanzjarji – Disabled 2% Quota Fines
Question
B’referenza għan-nota numru 17 tal-Estimi Finanzjarji ta’ Jobsplus għas-sena 2017 u partikolarment għall-infiq bit-titolu Disabled 2% Quota Fines għall-ammont ta’ €1,200,000, jista’ l-Ministru jgħidmil-liema setturi nġabru? Jista’ jgħid ukoll x’kienu n-nuqqasijiet li għalihom kien hemm dawn il-multi, u kemm-il persuna b’diżabilità sabet xogħol ma’ xi waħda minn dawn il-kumpaniji li weħlu l-multa jew qegħdin kontra l-kwota fis-sena 2016 u matul din is-sena kurrenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ €1,200,000 imsemmi huwa dħul iġġenerat mill-kontribuzzjonijiet u mhux infiq kif imsemmi fil-mistoqsija parlamentari. Dawn il-kontribuzzjonijiet inġabru mill-kumpaniji li ma kenux konformi mal-kwota ta’ impiegi ta’ persuni b’diżabilità skont il-liġi, Kap. 210 dwar l-impieg ta’ persuni b’diżabilità. Infurmat li 140 persuna b’diżabilità sabu xogħol ma’ kumpaniji privati li ntalbu jħallsu l-kontribuzzjoni għas-sena 2015/2016. Il-kumpaniji li ma kenux konformi ma’ din il-liġi fl-2017, se jintalbu jħallsu l-kontribuzzjonijiet lejn l-aħħar ta’ din is-sena.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 737 u għall-fatt li kull mediċina li tidħol f'Malta trid tiġi approvata kemm mill-Awtorità tal-Mediċina kif ukoll mill-Awtorità tal-Liċenzja tal-Mediċina, u għall-fatt li l-liġi li ddaħħlet fil-2015 biex tintuża l-mediċina tal-kannabis li hi estratta mill-pjanta nnifsiha li l-ħidma biex isir implimentazzjoni tagħha mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ma saritx, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn din ma ġietx implimentata mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, issa li għaddew aktar minn sentejn? Jista’ jgħid ukoll jekk it-tabib tal-familja li hu speċjalista reġistrat, jistax ikun wieħed miż-żewġ firmatorji? X'inhi r-raġuni li ma twaqqafx il-bord li jilqa' l-applikazzjonijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-artiklu 10 tal-Att 1 tal-2015 dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija), speċjalista mill-lista msemmija jista’ jitlob permess lill-Awtorità tal-Liċenzjar għal pazjent speċifiku (named patient basis). Ninfurmah ukoll illi fl-istess imsemmi artiklu ma hemm l-ebda referenza għal bord li jilqa’ l-applikazzjonijiet.
Kannabis Mediċinali — Importazzjoni għal użu personali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twaqqfu persuni (pazjenti) mill-Port Healthli jkunu ordnaw b'mod elettroniku l-importazzjoni f'Malta bil-posta ta' mediċina tal-kannabis għal użu personali, mill-2015 sa Ġunju 2017, xahar b'xahar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ebda mediċina li kellha l-Awtorizazzjoni tal-Medicines Authority jew tal-European Medicines Agency kif ukoll il-liċenzja mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ma ġiet imwaqqfa mill-Awtoritajiet tal-Port Health.
Kannabis Mediċinali — importazzjoni on named patient basis
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 737, fejn fir-risposta tiegħu d-Deputat Prim Ministru stqarr li din il-mediċina, bħal kull mediċina oħra, tista’ tiġi importata on named patient basis, għaldaqstant jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienu dawk il-pazjenti li applikaw għall-mediċina kannabis b'dan il-metodu mill-2015 ‘l hawn? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu dawk li ġew irrifjutati mill-Awtorità tal-Liċenzji?
Mediċina sintetika tal-Kannabis — Importazzjoni għal użu personali
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 737, fejn fir-risposta tiegħu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa stqarr li pazjent jista’ jimporta on named patient basis u għal użu personali, mediċina sintetika tal-kannabis, permezz tal-aġent li jimporta l-mediċina, basta li din issegwi l-Good Manufacturing Practice (GMP). Għaldaqstant hu konxju d-Deputat Prim Ministru li b'dak li stqarr, l-unika mediċina sintetika li tista’ tiġi importata hi dik Savitex li tiswa €500 kull 10mls? Hemm ħsieb li fil-liġi l-ġdida tidħol mediċina ġenerika u li għalhekk tkun ferm irħas?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa ġentilment mistieden jgħaddi t-tagħrif dwar liema hi dik il-“mediċina ġenerika u li għalhekk tkun ferm irħas” li għaliha qed jirreferi.
Kannabis mediċinali — Dħul ta’ mediċina estratt tal-pjanta kannabis
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiddaħħal mediċina li hi estratt tal-pjanta kannabis u li għandha Good Manufacturing Practice?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikant għal liċenzja tad-distribuzzjoni tal-mediċini għandu japplika mal-Awtorità tal- Liċenzjar, liema applikazzjoni tiġi evalwata bħal kull applikazzjoni oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li titwaqqaf fabbrika li tipproduċi l-mediċina kannabis mill-pjanta nnifisha taħt il-Good Manufacturing Practice? Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru kellux min wera interess f’dan ir-rigward?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal kull business enquiry oħra, kull enquiryli tidħol il-Korporazzjoni Malta Enterprise u kull minn hemm warajha hija informazzjoni konfidenzjal
Smart Meters li mhux qed jagħtu informazzjoni dwar konsum
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’informazzjoni għandu dwar Smart Meters li mhux qed jagħtu informazzjoni dwar konsum fir-residenzi (mhux jipprovdu remote information)? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm minn dawn is-Smart Meters mhux qed jagħtu din l-informazzjoni dwar konsum, lokalità, b’lokalità?
Response (MIZZI, JOE)
L-Onor. Intrerpellant għandu jkun infurmat li Enemalta plc għandha tim speċjalizzat li jaħdem sabiex meta jkun hemm diffikultajiet bħal dawn, tittieħed azzjoni mill-aktar fis u jitnaqqas l-inkonvenjent lill-klijenti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjonijiet u x’miżuri qed jittieħdu biex jara li l-iSmart Meters kollha jipprovdu l-informazzjoni kollha lill-Enemalta dwar il-konsum u allura jipprovdu remote information?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Enemalta plc għandha tim speċjaliżżat li jaħdem sabiex meta jkun hemm diffikultajiet fl-operat tal-ismart meters, tittieħed azzjoni mill-aktar fis u jitnaqqas l-inkonvenjent lill-klijenti.
Minbarra l-miżuri tekniċi rakkomandati mill-kumpanija li tipproduċi s-sistema, permezz tar-riċerka kontinwa, l-inġiniera u t-tekniċi tal-Enemalta identifikaw ukoll diversi inizzjattivi oħra li qed jgħinu biex minn sena għal oħra l-użu tal-i
smart metres
ikun dejjem aktar effettiv.
Smart Meter — Residenzi jew negozji li m’għandhomx smart meters installati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-ammont ta’ kemm hawn djar u/jew negozji li għad m’għandhomx Smart Meter installat madwar Malta u Għawdex, lokalita b’lokalità?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta installat smart meters tista’ tgħid lill-klijenti kollha tagħha u bħalissa għaddejja b’ħidma sabiex tibdel persentaġġ żgħir ta’ meters li għal xi raġuni jew oħra għadhom ma nbidlux. Ħafna minn dawn il-każi jinkludu propjetajiet ma jintużawx, aktarx antiki, li Enemalta jkun għadha ma rnexxiliex tikseb aċċess għalihom.
Sabiex tibdel dawn l-aħħar ftit
meters
antiki, Enemalta ilha għal dawn l-aħħar snin tieħu diversi miżuri. Minbarra li allokat aktar riżorsi umani sabiex il-proċess tal-bdil tal-
meters
ikompli jitħaffef, Enemalta qed tibgħat ittri, messaġġi u fejn hemm bżonn anke ċċempel lill-klijenti sabiex tingħata aċċess għall-propjetajiet fejn hemm bżonn isir bdil tal-
meter
.
Dan il-proġett huwa wieħed kontinwu peress li s-sistema teħtieġ manutenzjoni, kontroll u monitoraġġ kuljum sabiex tkun tista’ topera kif mixtieq.
Jekk hemm xi klijenti li għad baqagħlhom xi
meter
antik fil-propjetajiet tagħhom, jistgħu jikkuntattjaw lil Enemalta plc fuq 8007 2224 jew
customercare.em@enemalta.com.mt
sabiex jingħatalhom appuntament għal
smart meter
ġdid bla ħlas.
Smart Meter – Servizz lir-residenzi u negozji kollha
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra sa meta huwa l-pjan li r-residenzi u/jew in-negozji kollha fil-pajjiż, ikunu pprovduti bis-servizz ta’ Smart Meter?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 957.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux il-ħsieb tal-Gvern li jdaħħal night tariff? Lil min se tkun provduta n-night tariff – residenzi u negozji jew residenzi biss jew negozji biss?
Response (MIZZI, JOE)
L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li n-night tariffs għall-klijenti non-residenzjali ilhom li ddaħħlu fis-seħħ diversi snin.
Il-proposta li f’Malta jkun hawn
night tariffs
għal klijenti residenzjali kienet qed tiġi kkunsidrata qabel l-2013 biex ittaffi l-problema tat-tariffi għoljin, fi żmien meta Malta kellha waħda mill-ogħla tariffi tal-elettriku fl-Ewropa. Permezz ta’ din il-proposta, ir-residenzi kien ser ikollhom tariffi irħas jekk jużaw l-elettriku tard bil-lejl. Din is-sitwazzjoni nbidlet fl-2014 u fl-2015, meta t-tariffi tal-elettriku f’Malta raħsu b’25 fil-mija mhux biss bil-lejl, iżda 24 siegħa kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd. B’hekk il-familji Maltin bdew igawdu minn fost l-irħas tariffi tal-enerġija fl-Ewropa.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl mill-21 ta’ Ġunju 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jagħti din l-informazzjoni lokalità, lokalità, bid-data, għal kemm ħin dam maqtugħ id-dawl u liema Sub-Stations kienu affetwati u kienu invouti f’dan il-qtugħ ta’ dawl?
Response (MIZZI, JOE)
L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li matul dawn l-aħħar erba’ snin Enemalta plc wettqet investiment li jlaħħaq mal-€100 miljun sabiex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku billi żżid il-konnessjonijiet għal aktar flessibilità, tilqa’ għaż-żieda fid-domanda u tibdel apparat antik li kien ilu ma jinbidel għaxieren ta’ snin.
B’riżultat ta’ din il-ħidma li kkordinaw u wettqu l-ħaddiema ta’ din il-Kumpanija, il-ħin ta’ qtugħ ta’ provvista għall-klijenti f’Malta u Għawdex naqas b’61 fil-mija meta mqabbel mas-sitwazzjoni qabel beda dan l-investiment, fl-2013.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju u t-2 ta' Ġunju?
Ministeru għall-Għawdex — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul
Question
Tista’ l-Ministru tagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li tmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju u t-2 ta' Ġunju?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fil-perjodu riferut ma kien l-ebda ħaddiem li kellu l-kuntratt tiegħu mibdul.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju u t-2 ta' Ġunju?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu ghadha qed tingabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — transfers ta' ħaddiema
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta’ transfers li ngħataw lill-ħaddiema fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, u dan għall-perjodu bejn is-6 ta' Ġunju u t-12 ta’ Ġunju?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jgħid għal liema sena qed jirreferi.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — transfers ta' ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ transfers li ngħataw lill-ħaddiema fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, u dan għall-perjodu bejn is-6 ta' Ġunju u t-12 ta’ Ġunju?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema sena qiegħed jirreferi.