Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — Bini tal-Iskola ta’ Barts

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra u jgħid l-istadju li fih wasal il-bini tal-Iskola ta' Barts f'Għawdex u meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol fuq din il-binja?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-bini tal-iskola ta’ Barts huwa għaddej u huwa mistenni li jitlesta s-sena d-dieħla.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — proġetti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inizjattivi u proġetti ġodda ġew imwettqa fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex minn meta dan beda jitmexxa mill-kumpanija Vitals Global Healthcare?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn meta l-isptar Ġenerali t’Għawdex beda’ jitmexxa mill-VGH ġew imwaqqfa diversi inizzjattivi/proġetti fosthom: · servizz t’ambulanza tal-arju, bl-istess ambulanza stazzjonata f’Għawdex. · reklutaġġ u taħriġ ta' tim f'l-istess sptar sabiex dan ikun jista’ jittrasferixxi pazjenti għal Mater Dei. · Ħatra ta’ Kap ġdid għal Servizzi t' Emerġenza u introduzzjoni ta' triage fid-dipartiment tal-emerġenza · Ħatra ta' kap ġdid għas-Servizzi ta' l-ispiżerija u l-kisba ta’ liċenzja għall-ispiżerija fl-isptar Ġenerali t’Għawdex, · Tkabbir tad-Dipartiment tal-Anestesija bil-ħatra ta' 3 speċjalisti addizzjonali; fl-Emerġenza, fl- Operating theatre , u l-ITU kif ukoll jassistu fejn ikun hemm il-ħtieġa fit-trasferimenti ta' emerġenza bl-ambulanza tal-arju. · Apparat ġdid u rinnovazzjoni fid-Dipartiment tad-Dentistrija ġewwa d-dipartiment tal- Outpatients . · Rinovazzjoni fl-entratura prinċipali kif ukoll fir- reception area filwaqt li ngħata bidu għal- servizz ta’ 24 siegħa kuljum fiż-żona tal-Akkoljenza. · Titjib fil-faċilitajiet tal-parkeġġ kemm ġewwa kif ukoll barra l-isptar. · Tnedija ta 'servizz ġdid fil-psikoloġija, bil-ħatra ta' 4 professjonisti ġodda sabiex il-pazjenti tagħna jkunu jistaw jieħdu l-aħjar kura possibbli fil-qasam tas-saħħa mentali. · Apparat mediku ġdid madwar l-isptar fosthom fit-taqsima tal-emerġenza u kif ukoll fl- operating theatre. · Quality and Patient Safety Unit ġdid · Beda’x-xogħol fuq il-bini tal-iskola ta’ Barts.

Xewkija Għawdex – bini taċ-Ċentru Diġitali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid f’liema stadju wasal ix-xogħol fuq il-bini taċ-Ċentru Diġitali fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija Għawdex? Jista' jgħid meta hu maħsub li jitlesta dan ix-xogħol?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nħarġet sejħa pubblika għall-offerti mid-Dipartiment tal-Kuntratti għat-twettiq tax-xogħolijiet fuq is-sit indikat. Huwa maħsub li x-xogħol jinbeda lejn l-aħħar ta’ din is-sena u li l-bini jiġi kkummissjonat għall-bidu tal-2019.

Għawdex – It-tieni fibre optic link

Question

B'referenza għad-Diskors tal-Baġit għas-sena 2017 fejn f'paġna 86 intqal li ġew allokati €3.2 miljun biex Għawdex ikollha t-tieni fiber optic link, jista' l-Ministru jgħid x'azzjonijiet relatati ma’ dan il-proġett ittieħdu sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid meta hu maħsub li jitlesta dan il-proġett?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — transfers ta' ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ transfers li ngħataw lill-ħaddiema fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, u dan għall-perjodu bejn is-6 ta' Ġunju u t-12 ta’ Ġunju?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema sena qiegħed jirreferi.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — transfers ta' ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ transfers li ngħataw lill-ħaddiema fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li tmexxi, u dan għall-perjodu bejn is-6 ta' Ġunju u t-12 ta’ Ġunju?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob l-Onor. Interpellant jindika s-sena li għalija jixtieq l-informazzjoni konċernata.
Leg 13 PQ #109 Sitting 20 2017-07-19 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — transfers ta' ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ transfers li ngħataw lill-ħaddiema fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, u dan għall-perjodu bejn is-6 ta' Ġunju u t-12 ta’ Ġunju?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jindika s-sena li għaliha qed jirreferi.
Leg 13 PQ #110 Sitting 20 2017-07-19 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għall-Turiżmu — transfers ta' ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ transfers li ngħataw lill-ħaddiema fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, u dan għall-perjodu bejn is-6 ta' Ġunju u t-12 ta’ Ġunju?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika ż-żmien peress li m’hemmx is-sena mniżżla.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — transfers ta' ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ transfers li ngħataw lill-ħaddiema fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, u dan għall-perjodu bejn is-6 ta' Ġunju u t-12 ta’ Ġunju?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lil Onor. Interpellant sabiex jispeċifika u jagħti is-sena tad-dati li talab.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — transfers ta' ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ transfers li ngħataw lill-ħaddiema fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, u dan għall-perjodu bejn is-6 ta' Ġunju u t-12 ta’ Ġunju?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onore. Interpellant biex jindika ż-żmien li qed jirreferi għaliħ

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-nefqa f’reklamar mill-Ministeru tiegħi inkluż id-direttorati/dipartimenti u l-entitajiet illi jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, xahar b’xahar fl-2017, hija kif se nsemmi: Jannar - €22,771.96 Frar - €17,472.83 Marzu - €26,656.62 April - €28,028.28 Mejju - €40,745.45 Ġunju - €15,916.69

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma kien hemm l-ebda nfiq f’reklamar mill-Engineering Resources Ltd. u mill-MOBC. Fir-Rigward tal-Enemalta l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għal kumpanija u l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — nefqa fuq reklamar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tagħha u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtha f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb nirrimarka li l-ammonti konċernati jinkludu wkoll dawk l-ammonti li għadhom ma tħallsux. Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onor. Interpellant li €324,882.97 ser jintefqu f’reklamar biex wieħed jippromovi l-Presidenza Maltija għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Xtaqt nirrimarka wkoll li madwar €50,244.91 ser jitħallsu mill-Fondi tal-Unjoni Ewropea.
Leg 13 PQ #177 Sitting 20 2017-07-19 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #178 Sitting 20 2017-07-19 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Intepellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #654 Sitting 20 2017-07-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – opportunitajiet

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-miżuri, il-proġetti jew l-inizjattivi li l-Ministeru tagħha u/jew l-entitajiet li jaqgħu taħtha ser iwettqu biex pajjiżna jkun jista’ jibbenefika minn opportunitajiet li jistgħu jinħolqu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 642.

Ministeru għal Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – impatt

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jiġi analizzat x’impatt (pożittiv jew negattiv) li dan jista’ jġib miegħu? Jekk dan sar jista’ jpoġġi l-analisi rispettiva fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Malta minn dejjem kellha l-aħjar relazzjonijiet mar-Renju Unit u rridu nkunu attivi fi ħdan l-UE biex nassiguraw li n-negożjati ta’ Brexit iħarsu l-interessi taċ-ċittadini Ewropej b’attenzjoni partikolari fuq l-interessi ta’ Malta u l-Maltin. L-Onor Interpellant jifhem li hemm diversi aspetti li jridu jiġu salvagwardjati inkluż li r-Renju Unit ma jistax ikollu pakkett aktar favorevoli minn dak li ġġib sħubija fl-Unjoni Ewropea. Hemm diversi oqsma li qed jiġu kkunsidrati fl-analisi li qed iwettaq il-gvern Malti inkluż id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin li jaħdmu u jistudjaw fir-Renju Unit, l-interessi tan-negozji Maltin li joperaw jew li joffru servizz fir-Renju Unit, l-aċċess tas-suq ewlieni Ewropew, kif ukoll oqsma oħra tal-ekonomija. Irridu naraw ukoll fost oħrajn li l-arranġamenti li għandha Malta mar-Renju Unit fil-qasam tal-kura għall-pazjenti jibqgħu mhux mittiefsa. Il-gvern huwa impenjat ukoll li jwaqqaf Brexit taskforce magħmula mill-gvern, il-Malta Enterprise u s-settur privat bil-għan li taħtaf kull opportunita possibli li Brexit tista' ġġib lejn pajjizna fil-waqt li nilqgħu għall-isfidi li joħorgu minn dan il-proċess. L-Onor. Interpellant japprezza li mhuwiex prudenti li f’dan l-istadju li l-Gvern jippublika r-riżultati ta’ l-analiżi tiegħu. Malta flimkien ma’ 26 Stat Membru ieħor tinsab f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea sabiex l-interess tal-Unjoni u l-Istati Membri jiġu ssalvagwardjati.

Ministeru għal Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – opportunitajiet

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri, il-proġetti jew l-inizjattivi li l-Ministeru tiegħu u/jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu ser iwettqu biex pajjiżna jkun jista’ jibbenefika minn opportunitajiet li jistgħu jinħolqu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 655.

Kunsill Lokali Belt Valletta- Sit ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, ser jibda jopera mill-post il-ġdid tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejin ix-xogħlijiet ta’ finishes fuq is-sit li qabel kien jokkupa Cafe Premier biex ikun jista’ jibda jopera l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Dawn ix-xogħlijiet qed isiru mid-Direttorat tar-Restawr. Il-Kunsill Lokali hu mistenni li jibda' jopera mill-post il-gdid tiegħu din is-sena stess.