Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 595 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fil-Korp tal Pulzija fil-perjodu bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017, kien hemm erbgħa u għoxrin (24) posting.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 594 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw promotions fil-Korp tal-Pulizija fil-perjodu bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Mejju, 2017 u 3 ta' Gunju, 2017 kien hemm sittax (16)-il promozzjoni ta' membri tal-Korp tal-Pulizija għar-rank ta’ Surġent mir-rank ta' Kuntistabbli. Matul l-istess perjodu mill-impjegati civili fil-Korp, kien hemm ukoll ħames (5) impjegati li ġew promossi għal Senior Operative IV.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Pulizija ġiet ippreżentata b’rapport imħejji mill-FIAU li fih il-Pulizija ntalbu jinvestigaw ulterjorament lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fuq każ ta’ tixħim u ħasil ta’ flus fl-iskema ta’ bejgħ ta’ ċittadinanza (IIP)? Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ppreżentat dan ir-rapport? Jista’ jserraħ moħħ dan il-Parlament li l-Pulizija aġixxiet fuq dan ir-rapport ippreparat mill-FIAU u li l-pulizija qiegħda tinvestiga lill-istess individwu u t-tixħim li sar bil-bejgħ taċ-ċittadinanza?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, dan il-Gvern jemmen li m’għandu jkun hemm l-ebda indħil politiku fil-ħidma tal-pulizija speċjalment fejn jidħlu investigazzjonijiet. Dan għall-ġid taċ-ċittadin, li jrid iserraħ rasu li għandu min jipproteġih bis-serjetà.
Min ikun taħt inkjesta m’għandux ikun jaf id-dettalji tal-proċess dwaru jew li tali dettalji jiġu ppubblikati, jekk mhux għall-fini ta’ proċessi ġudizzjarji. Wisq inqas hu mistenni li, sakemm tali individwi ma jitressqux quddiem il-qrati tagħna, ikun hemm min jasal għall-konklużjonijiet waħdu, jiġifieri jagħmilha ta’ prosekutur, imħallef u bojja f’daqqa, kif għoġbu jagħmel l-Onor. Interpellant fil-mistoqsija tiegħu.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Pulizija rċeviet rapport ippreparat mill-FIAU, f’liema rapport l-istess FIAU kkonkludiet li għandhom isiru investigazzjonijiet kriminali fuq l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fuq każ ta’ tixħim u ħasil ta’ flus li fih hemm ukoll involut l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid meta ġie ppreżentat dan ir-rapport lill-Pulizija u jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 982.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017, xahar b’xahar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ anzjani li daħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paul huwa kif ġej ;
2017
Total
Jannar
57
Frar
45
Marzu
35
April
30
Mejju
38
Sat-3 ta’ Ġunju
11
TOTAL
216
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu anzjani fid-Djar tal-Anzjani bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017, xahar b’xahar? Jista’ jindika wkoll in-numru ta’ anzjani li daħlu f’kull Dar tal-Anzjani f’dan il-perjodu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha, hekk kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Dar għall-Anzjani Casa San Paolo – sodod mixtrija mill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Casa San Paolo fis-sena 2015, fis-sena 2016 u fis-sena 2017 (sat-3 ta’ Ġunju 2017), separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella kif ġej ;
2015
2016
sat- 3 ta' Ġunju2017
134
190
191
Irġiel
Nisa
sat-30 ta' Settembru 2017
64
127
191
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-rata tat-tnaqqis tal-pensjoni tal-anzjani li qegħdin f’waħda mid-Dar tal-Anzjani tal-Gvern jew f’Dar tal-Anzjani taħt l-iskema tal-Public Private Partnership hija ta 60%.
Dar għall-Anzjani Villa Messina – sodod mixtrija mill-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Villa Messina fis-snin 2013 (mill-11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015, 2016, 2017 (sat-3 ta’ Ġunju 2017) separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella kif ġej ;
2013
2014
2015
2016
sat- 3 ta'
Ġunju
2017
Villa Messina
71
78
78
78
120
Irġiel
Nisa
sat-30 ta' Settembru 2017
49
97
146
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-rata tat-tnaqqis tal-pensjoni tal-anzjani li qegħdin f’waħda mid-Dar tal-Anzjani tal-Gvern jew f’Dar tal-Anzjani taħt l-iskema tal-Public Private Partnership hija ta 60%.
Dar għall-Anzjani Roseville – sodod mixtrija mill-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Roseville fis-snin 2013 (mill-11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015, 2016 u 2017 (sat-3 ta’ Ġunju 2017), separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella kif ġej ;
2013
2014
2015
2016
sat- 3 ta'
Ġunju
2017
Roseville
80
80
80
93
94
Irġiel
Nisa
sat-30 ta' Settembru 2017
27
67
94
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-rata tat-tnaqqis tal-pensjoni tal-anzjani li qegħdin f’waħda mid-Dar tal-Anzjani tal-Gvern jew f’Dar tal-Anzjani taħt l-iskema tal-Public Private Partnership hija ta 60%.
Dar għall-Anzjani Casa Francesco – sodod mixtrija mill-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Casa Francesco fis-snin 2015, 2016 u 2017 (sat-3 ta’ Ġunju 2017), separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella kif ġej ;
2013
2014
2015
2016
sat-3 ta'
Ġunju
2017
Casa San Paolo
0
0
8
35
36
Irġiel
Nisa
sat-30 ta' Settembru 2017
10
30
40
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-rata tat-tnaqqis tal-pensjoni tal-anzjani li qegħdin f’waħda mid-Dar tal-Anzjani tal-Gvern jew f’Dar tal-Anzjani taħt l-iskema tal-Public Private Partnership hija ta 60%.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 581 u 845 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies mas-settur pubbliku u entitajiet pubbliċi kull xahar fl-aħħar 12-il xahar? Jista’ jagħti lista tal-gradi u d-dipartimenti/entitajiet fejn ġew impjegati xahar b’xahar?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Ġunju 2016 u Ġunju 2017, ġew impjegati 1,750 persuna fis-settur pubbliku fejn 603 minnhom kienu fil-qasam edukattiv u 393 fil-qasam tas-saħħa. Fl-entitajiet pubbliċi ġew impjegati 2,376 li 532 minnhom kienu fil-qasam edukattiv u 64 fil-qasam tas-saħħa.
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li fl-istess perjodu 1,395 tterminaw l-impjieg tagħhom fis-settur pubbliku u 1,270 fl-entitajiet pubbliċi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 761 u ċjoe: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet li ħarġu għall-karigi ta' Senior Manager fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nħarġet l-ebda sejħa għall-kariga ta’ Senior Manager fi ħdan l-Awtorità ta’ l-Artijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 762 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li nħatret Assistant Principal f’kariga ta’ Senior Manager fl-Awtorità tal-Artijiet mingħajr interview u mingħajr sejħa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ma kien l-ebda Assistant Principal li laħaq bħala Senior Manager.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 763 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet iż-żieda fis-salarji ta’ dawk kollha li nħatru Senior Managers fl-Awtorità tal-Artijiet meta kkumparat mas-salarju li kellhom qabel? Jista’ jagħti dan għal kull każ rispettivament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ż-żidiet fil-pagi għal dawk li għamlu ċaqliq laterali u fl-istruttura l-ġdida qed jaqdu l-irwol ta’ Senior Manager, raw żidiet fis-salarju ta’ €77 f’każ wieħed, €1,136 fi tliet każi oħra, €6,148 f’każ ieħor u €568 f’każ ieħor.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 764 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm mid-Diretturi fid-Dipartiment tal-Artijiet nħatru bħala Senior Manager fl-Awtorità tal-Artijiet, u għal kull każ, jista’ jgħid jekk ħarġitx sejħa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-post ta’ Senior Manager fi ħdan l-istruttura tal-Awtorità tal-Artijiet, hija bbażata fuq dik ta’ skala ta’ Direttur tal-Gvern. Kien hemm Direttur wieħed, u għaldaqstant ingħata l-iskala ta’ Senior Manager bħala ċaqliqa laterali.
Awtorità tal-Artijiet – kariga ta’ Media Coordinator
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 765 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa għal kariga ta’ Media Coordinator fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ma teżisti l-ebda kariga ta’ “Media Co-ordinator”.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 766 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tas-sejħa għall-kariga ta’ Human Resources Manager fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ma ħarget l-ebda sejħa għall-kariga ta’ Human Resources Manager. Bħalissa qed isir użu minn uffiċjal misluf minn entita’ oħra Governattiva, sakemm din l-Awtorita’ ġdida toħroġ diversi sejħiet għal karigi fi ħdana”
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 488 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa qed tiġi riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu ż-żmien li baqa' fejn fil-preżent qed ikunu depożitati l-boroż s-suwed tal-iskart? Jista' jgħid kemm baqa' żmien sakemm "Il Għallis" jista' jibqa jintuża qabel ma jingħalaq?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn kalkoli approssimattivi li tagħmel il-Wasteserv, il-volum ta’ spazju li fadal għar-rimi fil-landfill tal-Għallis huwa ta’ madwar miljun metru kubu. Ibbażat fuq rata ta’ rimi ta’ skart fil-preżent, dan il-volum għandu jservi minn sentejn u nofs sa’ tlett snin massimu.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 487 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u li issa qed tiġi riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fuq il-Ġnien tal-Għarusa tal-Mosta fil-Mosta wasslux fit-tmiem tagħhom, jew jekk għadx baqa’ xi xogħol ieħor xi jsir?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li tlesta l-proċess ta’ tindif u tneħħija ta’ skart, saret il-manutenzjoni tal-ħitan, tħawlu siġar taż-żebbug, inżabru s-siġar tar-rummien u saru l-preparamenti neċessarji sabiex titwassal il-provvista tal-elettriku sal-ġnien, ser jinbeda xogħol ta’ manutenzjoni tal-bankina li ddawwar il-ġnien. Hekk kif jinħarġu l-permessi neċessarji jipporċedu interventi fuq il-passaġġi tal-ġnien.
Inħarġu sejħiet għall-offerti u preżentament qed jiġu evalwati l-offerti li daħlu għat-tqegħid u installazzjoni ta’ lampi u
bollards
, xiri u tqegħid ta’ bankijiet, kif ukoll xiri u tqegħid ta’ għamara tal-ġnien.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara x'kienet ir-raġuni għaliex wara każ ta' serqa li saret minn dar (residenza) li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, il-pulizija qatt ma reġgħet kellmet lill-vittmi tas-serqa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-Uffċċjal Investigattiv u l-Pulizija tal-Għassa ta' Tas-Sliema, huma konxji mill-każ u l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Għalkemm ma kienx hemm żviluppi, infurmat illi l-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament, ser jiġi mitkellem.