Università ta’ Malta – xogħlijiet infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħlijiet infrastrutturali li saru, jew se jsiru, fl-Università ta’ Malta matul is-sena akkademika li għaddiet u għall-2017/18?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena akkademika 2016/2017, ix-xogħlijiet elenkati hawn taħt, tlestew, jew huma works in progress:
· Tlestija tax-xogħol ta' restawr fil-laboratorji tal-kimika tal-Junior College.
· Tlesta restawr totali tar-raba' sular tal-Junior College.
· Bdil tal-lifts tal-Junior College. Lift minnhom ġie mibdul filwaqt li qed isir ix-xogħol biex jinbidel it-tieni lift.
· Xogħol ta' kostruzzjoni fil-laboratorji tal-Engineering Materials
huma
works in progress,
u huwa mistenni li
finishing works
u xogħlijiet elettrriċi/mekkaniċi jibdew u jitlestew fl-2018.
· Tlesta restawr totali tal-Lecture Theatres u l-Lecture rooms tal-Lecture Centre building.
· Dalwaqt se jitlestew xogħlijiet ċivili li jipprovdu rampi ta' aċċessibbiltà fil-bini tal-Biomedical Sciences.
· Tlesta restawr totali tal-University Valletta Campus Theatre.
· B'kollaborazzjoni mal-Government Restoration Unit, qed isir xogħol ta' restawr fuq il-faċċati interni tal-bitħa u l-faċċati esterni tal-University Valletta Campus.
Infurmat ukoll li matul is-sena akkademika 2017/18, ħa jitkomplew dawn ix-xogħlijiet u jibdew proġetti oħrajn:
· Tlestija tal-laboratorji tal-Engineering Materials.
· Bidu u tkomplija fuq it-
TRAKE building project
. Dan jiddependi mill-approvazzjoni tal-fondi tal-ERDF.
· Bidu u tkomplija fuq is-
Sustainable Living Complex building
. Dan jiddependi mill- approvazzjoni tal-fondi tal-ERDF.
· Bidu u tkomplija fuq l-estensjoni tal-bini tal-Matematika u Fiżika.
· Bidu u progress fuq l-iSports Facilities Regeneration project.
· Bdil tal-lift tal-bini tal-Inġinerija.
· Bidu u tlestija tax-xogħol ta' restawr fil-laboratorji tal-fiżika tal-Junior College.
· Bidu u tkomplija tal-University Residences Project. Dan huwa proġett konġunt bejn l-Università u żviluppatur privat fuq bażi ta' PPP.
Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni ta’ meta ser tiġi milqugħa t-talba ta’ żewġ aħwa li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għal dħul f’residenza tal-anzjani?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm saru applikazzjonijiet għal dħul f’residenzi tal-anzjani sena b’sena tul l-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti l-informazzjoni għal liema residenza saru dawn it-talbiet u kemm minnhom daħlu fir-residenzi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnha hija kif tidher fit-tabella kif ġej :
Sena
Numru ta’ Applikazzjonijiet
Dħul
2013
1173
385
2014
1291
466
2015
1317
448
2016
1489
555
2017 sal-aħħar ta’ Settembru
1242
546
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment għall-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Komunita’, ma jżommx informazzjoni dwar liema hi l-preferenza tal-applikanti għal dħul fi djar tal-anzjani jew kemm minnhom ġew ammessi fi Djar tal-Anzjani. Il-benefiċċjarji meta jkunu qegħdin jimlew l-applikazzjoni tagħhom ikunu qed japplikaw għas-servizz residenzjani u mhux jagħżlu f’liema dar tal-Anzjani jixtiequ jidħlu. Din l-għażla tkun determinata biss skont il-livell ta’ dipendenza tal-anzjan/a.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet taħt l-Iskema Irrestawra Darek imnedija mill-Awtorità tal-Ippjanar u minn liema lokalitajiet kienu l-applikazzjonijiet?
Response (BORG, IAN)
Għall-Iskema Irrestawra Darek imnedija mill-Awtorità tal-Ippjanar kien hemm 884 applikazzjoni li minnhom 830 applikazzjonijiet kienu validi. Aktar informazzjoni tinsab fuq id-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tal-Ippjanar – family friendly measures għall-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-
policy
tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar
family friendly measures
għall-ħaddiema?
Response (BORG, IAN)
Ninfurma lil Onor. Interpellant li l-Awtorita' tal-Ippjanar għandha diversi family friendly measures. Dawn jinkludu:
· leave specjali bi ħlas bħal leave tal-maternita’ u leave għall-addozzjoni, u leave specjali bla ħlas bħal parental leave, career break leave, u responsibility leave, biex jgħin lill-impjegati jieħdu ħsieb uliedhom li jkun għadhom f’eta' żgħira;
· il-faċilita' ta’ reduced hours li permezz tagħha l-impjegati jkunu jistgħu jaħdmu ħinijiet imnaqqsa, biex ikunu jistgħu ilaħħqu aħjar mal-familja;
· il-faċilita' ta’ teleworking li permezz tagħha l-impjegati jkunu jistgħu jrabbu lil uliedhom jew jieħdu ħsieb lill-ġenituri anzjani tagħhom;
· sistema ta' child care reimbursement għal dawk l-impjegati li jkollhom tfal taħt l-eta' ta' tlett snin, u ġenitur wieħed biss ikun qed jaħdem.
Peress li dan l-aħħar qed naraw spinta qawwija fejn għandu x’jaqsam mal-brand tal-kumpanija Enemed, kemm bħala marketing u kemm mal-inġenji u l-pompi tal-petrol li jbigħu l-prodotti tagħha, jista’ l-Ministru jispjega l-eżerċizzju li qed isir biex jinbidlu t-trakkijiet u għalxiex kien meħtieġ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemed ħasset il-bżonn li tibdel il-flotta kollha tat-trakkijiet li jġorru l-fjuwils lil pompi tal-petrol primarjament għal żewġ raġunijiet:
L-ewwel raġuni hi li l-flotta li wirtet mill-Enemalta kellha aktar minn għoxrin sena u fil-fatt il-kumpanija kienet qed tonfoq ħafna flus f’manutenzjoni.
It-tieni raġuni hi li peress li l-pompi kollha ta’ Malta u Għawdex iridu jiġu “
upgraded
” għal
standards
Ewropej, it-trakkijiet eżistenti ma humiex attrezzati għal ‘
bottom loading
”.
Għalkemm dan l-investiment suppost kellu jsir ħafna snin ilu, l-istat finanzjarju li kienet fiħ l-Enemalta ma ppermettiex li jintnefqu l-flus, tant, li l-Enemalta lanqas biss biddlet il-
logo
l-antik tagħha għal wieħed ġdid li addottat fid-disgħinijiet.
Il-Bord tad-diretturi, mill-ewwel ġurnata li l-Enemed saret kumpanija ħa deċizjoni li jibdel il-flotta kollha fuq medda ta’ tlett snin u jwaqqaf il-kuntrattur li kellha magħha. Filfatt il-flotta żiditha minn ħdax-il trakk għal tlettax, u s’issa biddlet sebgħa (7) mill-ħdax –il trakk oriġinali u żewġt iżwiemel mill-erbgħa trakkijiet antiki li għad baqgħa. Dan ix-xahar jagħlaq it-
tender
għax-xiri ta’ żewġ tankijiet tal-ġarr ġodda sabiex is-sena d-dieħla tkun wettqet il-pjan li tbiddel kollox.
L-ispiża kapitali hi stmata li se tleħħaq il-€1,500,000 u s’issa diġa nefqet €1,014,349.
B’dan it-tibdil, l-Enemed se tkun qed iżżid l-effiċjenza fl-operat tagħha u s-servizz lejn il-klijenti u fl-istess ħin tkun qegħda iżżid is-sigurta fuq it-toroq filwaqt li tnaqqas mit-tniġġiż peress li t-trakkijiet kollha huma aktar moderni.
B’referenza għall- impjant tan-New Water fiż-żona taċ-Ċumnija li ġie varat f’Mejju li għadda, jista’ l-Ministru jgħid x’kien u x’inhu r-rispons tal-applikanti u jekk hux qed ikun hemm konsum tal-prodott? X’inhuma l-pjani għall-ġejjieni rigward il-proġett tan-New Water?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel impjant li ġie varat huwa l-impjant taċ-Ċumnija li jinsab fit-Tramuntana ta’ Malta. Il-Ħlas għal dan is-servizz se jingħata fil-futur qarib meta jkun varat il-proġett. Il-parti l-kbira ta’ dan l-ilma hu mistenni li jkun intużat mill-agrikultura.
Wara l-inawgurazzjoni tal-impjant taċ-Ċumnija, jmiss l-inawgurazzjoni tal-impjant fin-nofsinhar ta’ Malta li huwa ppjanat fil-futur qarib. Dan jiġi segwit bl-impjant t’Għawdex.
Apparti dan bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed taħdem fuq applikazzjoni għal fondi tal-Unjoni Ewropeja sabiex takwista fondi biex isiru networks ta’ distribuzzjoni ta’ dan l-ilma f’lokalitajiet fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar ta’ Malta u kif ukoll Għawdex. B’hekk tikber il-kapaċita tad-distribuzzjoni li tkun addattata biex tqassam is-seba miljun metru kubu li ser jiġu prodotti.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – ħela ta’ ilma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħda tagħmel il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rigward ħela ta’ ilma, kemm hu stmat il-leakage u kif jitqabbel ma’ pajjiżi oħrajn jew fuq livelli internazzjonali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilma huwa riżorsa mportanti ħafna, għaldaqstant il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tieħu l-ħela tal-ilma b’serjeta kbira. Din il-Korporazzjoni għandha sistemi avvanzati li jindikaw fejn ikun hemm ħsarat u timplementa proċeduri effiċjenti sabiex titwaqqaf din il-ħela. L-Infrastructure Leakage Index (ILI), li huwa ndikatur internazzjonali li biħ jitkejjlu l-ħsarat, illum jaqra ‘’2’’. Dan huwa kkunsidrat bħala fost l-aqwa fid-dinja.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel fir-rigward ta’ manteniment tas-sistema nazzjonali tad-drenaġġ u kif qed jassigura li d-drenaġġ ma jikkontaminax bajjiet u/jew xtut Maltin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha programm estensiv ta’ moniteraġġ u manteniment preventiv speċjalment fl-inħawi tax-xtajta. Riżultati min kampjuni li jittieħdu kull gimgħa juru li l-kwalita’ tal-baħar hija eċċellenti fl-akwati kollha għal dawn l-aħħar sittax –il ġimgħa konsekuttivi. Dan juri li l-attenzjoni li qed tagħti l-Korporazzjoni hija adekwata u sodisfaċenti.
Intrapriżi li bbenefikaw mill-Iskema Business Development and Continuity
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-Iskema Business Development and Continuity, bejn is-sena 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2016, 31 intrapiżi ibbenefikat taħt l-iskema tal-Business Development and Continuity.
Hekk kif kulma jmur qed tkompli tiżdied il-problema tan-nuqqas ta’ parkeġġ f’pajjiżna, mhux l-inqas u b’mod partikolari f’lokalitajiet fejn hemm żoni kummerċjali, jista’ jindika x’qed isir f’dan ir-rigward biex tittaffa din il-problema?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li attwalment Projects Malta u Projects Plus qed jaħdmu fuq diversi proġetti ta’ ħolqien ta’ parkeġġi ġodda f’lokalitajiet differenti f’pajjiżna.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta bdiet l-iskema tal-glucose sticks b’xejn u kif se tiġi mifruxa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2016 l-iskema tal-glucose sticks b’xejn ġiet estiża sabiex tkopri l-pazjenti kollha li jbatu mid-dijabete tat-Tip 1 irrispettivament mill-eta’ tagħhom u qegħdin jirċievu sa 4 glucose sticks kuljum bla ħlas.Sal-aħħar ta’ din is-sena kull pażjent li jbati mid-Dijabete tat-Tip 2 fuq l-insulina se jkun qed jingħata monitor taż-żokkor fid-demm u sa 4 glucose monitoring sticks kuljum mingħajr ħlas.
Din l-inizzjattiva bdiet fis-17 ta’Lulju tal- 2017 permezz ta’ proġett pilota għal pazjenti rreġistrati ma’ spiżeriji fil-komunita’ f'4 lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Matul ix-xhur li ġejjin u l-aħħar ta’ din is-sena, din l-iskema se tkompli tiġi mifruxa mal-lokalitajiet kollha. Għaldaqstant, pazjenti ntitolati qegħdin jirċievu ittra ta’ intitolament mis-
Central Procurement and Supplies Unit
(CPSU), kif ukoll ittra ta' informazzjoni mill-
Pharmacy of Your Choice
(POYC). Il-pazjent għandu jippreżenta dawn id-dokumenti fl-ispiżerija li huwa rreġistrat, flimkien mar-riċetta tat-tabib li tindika n-numru ta’ drabi kemm il-pazjent huwa rrakkomandat li jiċċekkja l-livelli taz-zokkor fid-demm sa
4 glucose sticks
kuljum. L-istess pazjenti qed ikunu mħeġġa biex iżommu rekord tal-qari taz-zokkor fid-demm tagħhom kif spjegat fil-fuljett b’informazzjoni li tingħata lil kull pazjent.
Għas-sena 2018 għaddejjin id-diskussjonijiet sabiex ukoll jibdew jingħataw
monitors
u
glucose sticks
lil dawk il-pazjenti tad-Dijabete Tip 2 li qed jirċievu xi trattament ieħor (mhux insulina).
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk bdewx isiru testijiet ġodda lil trabi fl-ewwel jiem tat-twelid tagħhom? Jekk iva, jista’ jagħti aktar informazzjoni dwar dawn it-testijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-ewwel jiem ta’ din il-leġiżlatura beda’ jsir screening test ġdid lil trabi tat-twelid li jkunu twieldu ġewwa Malta u Għawdex. Dan huwa l-heel prick test għal congenital hypothyroidism. Dan l-iscreening test huwa ħafna aktar preċiż minn dak preċidenti. Apparti dan, qed isir ukoll it-test għat-thalassaemia.
Sptar Mater Dei – appuntamenti fid-Dipartiment tal-Outpatients – messaġġi fuq il-mobile
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk sarx xi titjib fl-appuntamenti fid-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Mater Dei minn meta bdew jintbagħtu d-dettalji tal-appuntamenti lill-pazjenti permezz ta’ messaġġi fuq il-mobile?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-aħħar ta’ Lulju ta’ din is-sena minn meta bdew jintbagħtu d-dettalji tal-appuntamenti lill-pazjenti permezz ta’ messaġġi fuq il-mobile sal-aħħar t’Awwissu n-numru ta’ nies li ma kinux jattendu għal appuntament tagħhom fl-Outpatients Department naqqsu bi 11%. Dan it-tnaqqis seta’ jiġi nnutat f’diversi dipartimenti fosthom fid-dipartiment tal-Ġenetika, tal-Mediċina, Oftalmoloġija, Ortopedija, Podjatrija u f’tal-Kirurġija.
Operazzjonijiet li tnaqqset il-lista ta’ stennija tagħhom
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma dawk l-operazzjonijiet li l-lista ta’ stennija tagħhom tnaqqset? Jista’ jgħid x’inhu ż-żmien ta’ stennija? X’miżuri ttieħdu biex tnaqqset il-waiting list?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tnaqqis tal-waiting lists għall-operazzjonijiet hija waħda mill-ewwel prijoritajiet li dan il-gvern ħadem fuqha fil-qasam tas-Saħħa. Diversi operazzjonijiet f’oqsma differenti f’dan is-settur tnaqqset il-lista ta’ stennija kif ukoll iż-żmien ta’ stennija. Uħud minn dawn l-operazzjonijiet huma tal-kataretti, gastroscopy, total knee replacement, knee arthroscopy, total hip replacement, operazzjonijiet fl-ispalla, Tonsillectomy u Columnelloplasty. Tajjeb li ngħidu illi ż-żmien ta’ stennija ta’ uħud minn dawn l-interventi tnaqqset in-nofs meta kkumparata ma żmien amministrazzjoni nazzjonalista.
Matul l-aħħar snin żdiedet l-effiċjenza u ngħataw bidu diversi inizjattivi fosthom żieda fil-ħinijet tal-operazzjonijiet, bdew isiru operazzjonijiet nhar ta’ Ħadd u saru ukoll operazzjonijiet fi sptarijiet privati fejn uħud mill-pazjenti ngħataw kura f’dawn l-istess sptarijiet bi spejjeż għal-gvern. F’Mater Dei kien hemm żieda ukoll f’diversi appart fosthom CT Scanner u Angiosuite ġdida.
Sptar Mater Dei – tfal li għamlu użu mill-Emerġenza
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar kemm tfal għamlu użu mill-Emerġenza speċifikata għalihom fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena kien hemm 10,393 attendenza ġewwa d-dipartiment ta’ l-emerġenza fl-ispeċjaliżazzjoni tal-Pedjatrija.
Peress li l-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima (MSDEC) ikkummissjona, skont il-website tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament (a) lill-istess kumpanija biex tagħmel studju biex tassessja environmentally-friendly options li jgħinu fit-tnaqqis ta’ landfilling rates ġewwa Magħtab Environmental Complex u jesplora l-viabilità li jkun ġenerat renewable energy minn thermal degradation tal-iskart, u peress li din il-kumpanija lestiet dan l-istudju flimkien mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament (b), jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-istudju?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dan hu wieħed minn tliet rapporti li tħejjew mis-sena 2008 ’l hawn minn esperti mqabbda apposta biex jipproponu u janalizzaw soluzzjonijiet differenti fl-immaniġġar tal-iskart, imma fl-istess ħin ikunu ambjentalment aċċettabbli. L-istess tliet rapporti ngħataw lill-Kumitat, li għadu kif ġie appuntat apposta biex janalizza u jikkonverġi l-istudji differenti li saru u jipproponi l-aħjar teknoloġija li tista’ tiġi wżata, ħalli pajjiżna ma jibqax dipendenti mill-miżbliet, iżda jkollna impjant modern li minnu wkoll inkunu nistgħu niġġeneraw l-enerġija. L-Oppożizzjoni faċilment setgħet kellha aċċess għal dan ir-rapport li kieku pparteċipat f’dan il-Kumitat imsemmi. Minflok, iżda, għażlet li tibqa’ tippersisti fin-negattività kemm taħt il-Kap-uxxenti u issa anke taħt il-Kap ġdid.
Benefiċċju għal persuna waħidha meta tagħmel adozzjoni
Question
Jista l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi benefiċċju għal persuna waħidha meta tagħmel adozzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, persuna waħedha li tifforma familja għal rasha li taddotta, għandha dritt għall-Allowance għat-Tfal fejn ir-rata tiddependi fuq id-dħul totali annwali tagħha, jista’ jkollha dritt ukoll għal kreditu tal-kontribuzzjoni jekk minħabba l-addozzjoni tieqaf mix-xogħol, dan dejjem sakemm it-tifel/tifla adottati jkunu għadhon taħt l-età ta’ 6 snin, u jista’ jkollha dritt ukoll għall-In Work Benefit fuq id-dħul, annwali tagħha, skont il-parametri tal-iskema, li jkun ġej minn xogħol biss.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li, jekk il-persuna waħedha ma tkunx taħdem, u tikkwalifika mit-test tal-mezzi bħala Għajnuna Soċjali, it-tifel/tifla adottati jitqisu bħala parti mill-familja u titħallas skont il-kompożizzjoni ta’ dik il-familja.