Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) ibbenefikat minn fondi tal-Unjoni Ewropea minn Marzu 2013 sal-lum u f’kemm il-proġett issarrfu dawn il-fondi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perijodu msemmi, il-FAM ibbenefikat minn €159,855,272 (mija u disa’ u ħamsin miljun, tminn mija u ħamsa u ħamsin elf, mitejn u tnejn u sebgħin ewro) mill-fondi tal-Unjoni Ewropea għal 23 proġett.
Tisbiħ tal-blokok ta’ akkomodazjoni soċjali eżisteni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-Gvern dwar it-tisbiħ tal-blokok tal-akkomodazzjoni soċjali diġà eżistenti? Kemm-il talba kien hemm mir-residenti għal manutenzjoni fil-komun tal-blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali fl-aħħar snin u kemm intefqu flus?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema snin qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jispjega x’inhi r-relazzjoni tal-Gvern mal-Fondazzjoni Richmond?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali għandu tlett Public Social Partnerships mal-Fondazzjoni Richmond. Is-servizzi offruti mill-Fondazzjoni Richmond huma s-segwenti:
· Programm ‘Innoċenti’ (Kids in Development),
· Villa Chelsea, u
· Supportive Housing Scheme.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, din is-sena, il-Gvern alloka ftit aktar minn nofs miljun ewro lil Richmond Foundation sabiex tkun tista’ toffri is-servizzi tagħha skont il-ftehim milħuq bejn iż-żewġ naħat.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-proġetti ta’ bini ta’ akkomodazzjoni affordabbli u x’qed isir biex jiġi assigurat li dan l-iżvilupp iħalli impatt ekonomiku u soċjali pożittiv fil-komunità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, filwaqt li tlesta x-xogħol ta’ skavar fis-siti ta’ Ħ’Attard, Ħaż-Żebbuġ B, Ħal Kirkop B u Ħal Kirkop C, bħalissa għaddejjin u qed jitkompla xogħol ta’ skavar fis- siti ta’ Ħal Kirkop D, Siġġiewi u Qrendi B.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, filwaqt li l-Housing Projects Management Unit hija responsabbli mill-iskavar ta’ dawn is-siti, l-kostruzzjoni u l-
finishes
tal-istess sit qed jieħdu ħsiebhom il-
Malita Investments plc
.
Servizz fil-komunità għal min kellu bżonn assistenza fl-applikazzjonijiet tal-akkomodazzjoni
Question
Wara li kien twaqqaf is-servizz fil-komunità lil nies li kellhom bżonn assistenza fl-applikazzjonijiet tal-akkomodazzjoni u tagħrif ieħor dwar id-drittijiet tagħhom, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qiegħed jippjana li jibda xi servizz ta’ dan it-tip?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar ma waqfet l-ebda tip ta’ servizz dwar assistenza fl-applikazzjonijiet tal-akkomodazzjoni u tagħrif ieħor dwar id-drittijiet tagħhom fil-komunità. Is-servizz kien u għadu jingħata mill-uffiċjali tal-Customer Care tal-Awtorita’ tad-Djar, kif ukoll f’diversi Ċentri tal-Leap madwar Malta. Dawn is-servizzi ma jingħatawx biss lill-applikanti għall-Akkomodazzjoni Soċjali izda lill-applikanti kollha li jiġu bżonn tal-għajnuna tal-Awtorità tad-Djar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir dwar l-iskemi eżistenti tal-Awtorità tad-Djar biex jiġi assigurat li qed jolqtu lil dawk li verament jistħoqqilhom u biex is-servizz ikun wieħed xieraq?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar għandha diversi modi biex tassigura li l-iskemi tagħha jolqtu lill-persuni li verament għandhom bzonn. Fosthom billi:
· Jsir kuntatt kontinwu mal-klijenti permezz tal-Customer Care Unit fi ħdan l-Awtorità tad-Djar u l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali;
· Jsir kuntatt ta’
outreach
billi jnkunu preżenti fl-uffiċini ta’ Leap ġewwa il-lokalitajiet ta’ Qawra, Msida, Qormi, Wied il-Għajn u Birgu;
· Permezz tal-Kunsilli Lokali;
· Jintuza is-servizz mogħti mill-Gvern magħruf bħala Servizz.Gov;
· U b’kuntatt dirett mal-pubbliku permezz tal-website, e-mails, telefon inkluz zewġ
freephones
.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, minn zmien għal zmien, il-Bord tal-Awtorità tad-Djar jirrevedi xi kundizzjonijiet tal-iskemi fejn dan iħoss li huwa ta’ vantaġġ għall-klijenti vulnerabbli tagħha. Dan it-tibdil għal aħjar interess tal-klijenti li jaffrekwentaw lil Awtorita’ tad-Djar, isir eventwalment mill-management wara li jikkonsidra l-ilmenti li jkunu qed jaghmlu l-applikanti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex jiġġieled l-abbuż fl-akkomodazzjoni soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lu, l-Gvern fetaħ numru Freephone għall-pubbliku (80072294) biex kull abbuż ikun jista’ jiġi rraportat, biex b’hekk l-Awtorita’ tkun tista’ tinvestiga dawn l-allegati abbużi. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorita’ saħħet din is-sezzjoni bi tlett impjegati b’esperjenzja fejn jidħlu investigazzjonijiet ta’ dan it tip. Minkejja li dan in-numru kien biss riċentament li ġie mwaqqaf, diġa’ daħlu 18-il telefonata b’rapporti mill-pubbliku, u qed tittieħed kull azzjoni meħtieġa biex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa mill-ħaddiema tal-Awtorita’ tad-Djar fil-pront.
Mosta — Ħruġ ta’ permess għal bini fuq sit arkeoloġiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’ser isir biex ladarba jsir il-bini approvat mill-Planning Authority fuq sit li kien deskritt bħala sit arkeoloġiku fil-Mosta, jara li dak li hu ta’ valur arkeoloġiku jkun preservat? Jista’ jara li l-Kappella ta’ Sant’Andrija fil-Mosta li hija l-eqreb ta’ dan il-bini li nħariġlu l-permess, tkun suġġetta għal ħidma ta’ restawr bħala community gain għal dawk li ser ikunu qed jibnu fil-qrib tal-istess kappella?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema żvilupp propost qed jirreferi u jindika l-applikazzjoni għall-iżvilupp quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.
Jista’ l-Ministru jieħu passi sabiex jara jekk l-applikazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament li huma żewġ applikazzjonijiet fuq sit wieħed, humiex applikazzjoni għall-bini f’ODZ? Jikkonferma l-Ministru li dawn iż-żewġ applikazzjonijiet huma għal full development f’area indikata ODZ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn huma żewg applikazzjonijiet ta’ full development (id-dettalji dwarhom qed jingħataw hawn isfel) u huma t-tnejn f’area indikata ODZ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew assistiti klijenti mill-Business Care Unit fid-Dipartiment tal-Kummerċ bejn l-2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Life Sciences Park Malta – spazju meħud minn intrapriżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ittieħdu spazji minn intrapriżi fil-Life Sciences Park Malta?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 40 tenant ġewwa il-Life Sciences Park li jokkupaw 80% mill-Life Sciences Park u id-Digital Hub huwa mimli kollu.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kif marret l-introduzzjoni tas-suġġett tal-Etika fis-sena skolastika li għaddiet u xi pjanijiet hemm għal quddiem?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Matul is-snin li fihom ġie introdott is-suġġett tal-Etika, it-talba għalih żdiedet u din tista’ titqies bħala indikazzjoni li qiegħed jintlaqa’ tajjeb ħafna mill-kommunitajiet tal-iskejjel. Fil-fatt infirex f’aktar skejjel kif muri fit-tabella hawn taħt, li tispeċifika fejn qed jiġi offrut is-suġġett bħalissa u n-numru ta’ studenti li għażluh.
Kulleġġ
Skola Medja/Sekondarja
Primarja
Numru ta’
studenti
Għawdex
Skola Medja Victoria
Victoria
27
8
Maria Reġina
Sekondarja Mosta
Naxxar Medja
Mosta A
Mellieħa
San Pawl il-Baħar
60
21
25
245
San Benedittu
Medja Kirkop
Sekondarja Kirkop
B’Buġia
Safi
Żurrieq
8
20
6
6
7
Santa Klara
Skola Medja u Sekondarja
Pembroke
San Ġiljan
Sliema
Gżira
191
25
14
257
18
San Ġorġ Preca
Sekondarja Ħamrun
Medja Blata l-Bajda
23
10
San Injazju
Sekondarja Ħandaq
4
San Nikola
Skola Medja Rabat
Sekondarja Swatar l/o Dingli
Rabat
Dingli
12
9
Santa Tereża
Birkirkara
Lija
Msida
16
10
17
San Tumas More
Medja u Sekondarja Żejtun
55
Wara analiżi ta’ fejn tinstab l-akbar neċessità u fil-waqt li ġiet ikkunsidrata d-disponibiltà ta’ għalliema mħarrġa fis-suġġett, fis-sena skolastika 2017-2018 is-suġġett tal-Etika se jiddaħħal f’dawn l-iskejjel ukoll:
Kulleġġ Maria Reġina, Primarja Naxxar u Għargħur,
Kulleġġ Santa Klara, Primarja San Ġwann,
Kulleġġ Santa Tereża, Primarja Sta Venera u Skola B'Kara Medja
Kulleġġ San Tumas More, Primarja Wied il-Għajn,
National Sports School,
Kulleġġ San Injazju, Skola Ħandaq Medja.
MCAST u Università ta’ Malta – żieda ta’ suġġetti u korsijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’suġġetti u korsijiet addizzjonali se jkunu pprovduti fl-MCAST u l-Università ta’ Malta għas-sena akkademika 2017/18?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. interpellant huwa kif se nsemmi:
Korsijiet u oqsma ta' studju ġodda li l-Università ta' Malta se toffri għall-ewwel darba f’Ottubru 2017
Korsijiet Postgraduate
Faculty of Arts
Master of Arts in Health, Medicine and Society
Master of Arts in International Humanitarian Action
Faculty for the Built Environment
Master of Science in Sustainable Building Design
Faculty of Economics, Management and Accountancy
Master of Science in Strategic Management and Marketing
Faculty of Engineering
Master of Science in Building Services Engineering
Master of Science in Maritime Engineering
Master of Science in Signals, Systems and Control
Faculty for Social Wellbeing
Postgraduate Certificate in Counselling Supervision
Master of Arts in Community Action and Development
Korsijiet Undergraduate
Faculty of Arts
Certificate in German
Faculty for the Built Environment
Certificate in Spatial Planning
Faculty of Education
Bachelor of Science (Honours) in Science for Education and Communication with specialisation in Biology
Bachelor of Science (Honours) in Science for Education and Communication with specialisation in Chemistry
Bachelor of Science (Honours) in Science for Education and Communication with specialisation in Physics
Faculty of Health Sciences
Bachelor of Science (Honours) in Nursing (Elderly Care)
Faculty of Medicine and Surgery & Faculty of Science
Bachelor of Science (Honours) in Medical Biochemistry
Faculty for Social Wellbeing
Diploma in Community Access for Disabled People
Institute of Aerospace Technologies
Diploma in Aviation Maintenance
School of Performing Arts
Bachelor of Music (Honours)
O
qsma ta' studju ġodda
Korsijiet Postgraduate
Faculty of Dental Surgery
Dental Sciences within the Master of Science
Faculty of Economics, Management and Accountancy
Hospitality and Event Management within the Executive Master of Business Administration
Faculty of Education
Health and Social Care within the Master in Teaching and Learning
Media Literacy within the Master in Teaching and Learning
Faculty of Science
Applied Biology within the Master of Science
Faculty for Social Wellbeing
Neuropsychology within the Master of Psychology
Korsijiet Undergraduate
Faculty of Science
Geosciences within the Bachelor of Science (Honours)
Korsijiet ġodda offruti fl-MCAST għas-sena akkademika 2017/18
Course Code
Course Title
AS6-04-17
Northumbria University Bachelor of Science (Honours) in Nursing Studies
AS6-05-17
Bachelor of Science (Honours) in Environmental Health
CA4-02-17
MCAST Advanced Diploma in Graphic Design and Interactive Media
CA4-04-17
MCAST Advanced Diploma in Photography
CA4-A1-17
MCAST Advanced Diploma in Fashion and Retail
CS3-05-17
MCAST Diploma in Foundation Studies for Security, Enforcement and Protection
CS6-02-17
Bachelor of Science (Honours) in Sport, Exercise and Health
ET1-01-17
MCAST Introductory Certificate in Engineering
MI3-01-17
MCAST Diploma in Deck Operations
Korsijiet ġodda offruti f'Għawdex
BC3-01-14G
MCAST Diploma in Business
AS4-04-15G
MCAST Advanced Diploma in Health Sciences
CS5-02-16G
MCAST Higher Diploma in Facilitating Inclusive Education
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ każijiet approvati għal LSAs matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ każijiet approvati għal-LSA matul dawn l-aħħar ħames snin kien kif se nsemmi:
Sena
Statemented
Ingħataw sapport ta’ LSA
2013
618
558
2014
648
568
2015
756
646
2016
992
714
2017
(sal-aħħar ta’ Awwissu)
618
513
Operazzjonijiet tal-ispina tad-dar – lista ta’ stennija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm preżentement kirurġi li joperaw fuq l-ispina tad-dahar? Hemm ħsieb li n-numru tagħhom jiżdied minħabba li l-waiting list tidher qiegħda titwal? Jista’ jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilu jistenna għall-operazzjoni ta’ darhu (prolapsed disc) għal dawn l-aħħar erba’ snin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn ftit tas-snin ilu Mater Dei beda’ joffri s-servizz ta' konsulent speċjalizzat fuq interventi fl-ispina. Bħalissa hemm tabib ieħor li qiegħed jieħu t-taħriġ f'dan il-qasam biex b'hekk fil-futur qarib inkunu nistgħu nżidu r-riżorsi umani f'dan is-settur.
Rigward l-każ msemmi minnha, dan qed ikun segwit.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ kotba li nxtraw għal-libreriji tal-iskejjel fl-2016 u kemm kienet in-nefqa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2016, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol bis-saħħa tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u f’kollaborazzjoni mal-iskejjel fl-għaxar kulleġġi tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni qassam madwar 50,000 ktieb fil-libreriji tal-iskejjel primarji, medji u sekondarji, u nefaq mat-€340,000 fix-xiri ta’ dawn il-kotba. Mal-34,000 ktieb tqassmu lil-libreriji tal-klassijiet tal-ewwel, it-tieni u t-tielet sena bħala parti mill-programm ‘Aqra Kemm Tiflaħ’ tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u 16,000 ktieb ieħor inxtraw u tpoġġew fil-libreriji tal-iskejjel mit-Taqsima tal-Libreriji tal-Iskejjel tal-Aġenzija u mill-iskejjel.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-programm edukattiv Gem 16+ fis-sena li għaddiet u x’hemm ippjanat għal din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika 2016-17, il-Programm Gem 16+ kien ibbażat fuq korsijiet ta’ riparatorju intensivi fil-Malti, Ingliż, Matematika u Fiżika li jwasslu sal-livell tas-SEC. Barra dawn is-suġġetti ġie mgħallem l-ECDL u ngħataw sessjonijiet tal-Edukazzjoni Fiżika u PSCD. Tħaddmet struttura ta’ assessjar kontinwu li ffokat fuq assessjar formattiv u dak sammattiv. Saret ukoll kollaborazzjoni mal-MCAST u l-ITS fejn jidħol rikonoxximent ta’ kwalifiki miksuba u, bħal kull istituzzjoni edukattiva oħra, f’GEM 16+ saru diversi attivitajiet kross-tematiċi/kurrikulari. Matul is-sena li għaddiet saret ukoll evalwazzjoni esterna ta’ dan il-Programm, liema analiżi qiegħda tiġi diskussa bħalissa.
Għal din is-sena qed ikomplu d-diskussjonijiet ma’ istituzzjonijiet edukattivi bħall-MCAST u l-ITS, u mal-uffiċjali mill-qasam tal-industrija fosthom il-GRTU sabiex jitkabbru l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ f’oqsma ta’ xogħlijiet relevanti għalihom apparti l-linja akkademika li jirċievu.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħlijiet infrastrutturali li saru, jew se jsiru, fl-MCAST matul is-sena akkademika li għaddiet u għall-2017/18?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li x-xogħlijiet infrastrutturali li saru fl-MCAST matul is-sena akkademika li għaddiet huma kif se nsemmi:
· Tisħiħ tas-sistema tat-telefonija
· Tisħiħ tas-sistema tan-
network
u
fibre optic
· Estensjoni tas-sistema
CCTV
· Estensjoni tas-sistema tal-
Fire Detection
· Installazjoni ta’
gates u barriers
biex jikkontrollaw it-traffiku
· Bdil u tiswija ta’ soqfa fil-parti antika tal-kampus
· Bini ta’ rampi u turġien għal aċċess aħjar
· Qsim ta’ uffiċċji u klassijiet
· Bini ta’ klassi/sala għall-kors tal-ġurnaliżmu
· Bdil ta’ madum u rħam
· Ċaqlieq ta’ servizzi ta’ drenaġġ u elettriku biex ikun jista’ jitkompla l-
masterplan
· Skavar għall-binja IET
· Bidu ta’ kostruzzjoni binja IET
Infurmat ukoll li x-xogħlijiet infrastrutturali li mistennija jsiru fl-MCAST fis-sena akkademika 2017/2018 huma dawn:
· Titlesta l-binja IET
· Bidu tal-kostruzzjoni binja MRC
· Twaqqiegħ ta’ binja biex jagħmel post għall-binja IICT
· Skavar u bini ta’
culvert
għas-servizzi (elettriku,
network
,
telefonija)
· Skavar għall-binja IICT
· Bidu ta’ kostruzzjoni binja IICT