Legislature:
Category:
Reset
Active:

MCAST – studenti fl-apprentistat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-apprentistat fl-MCAST u kemm minnhom jirċievu stipendju speċjali fix-xhur tas-Sajf u dan għas-Sajf 2017?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta` studenti fl-apprendistat fl-MCAST f’Lulju 2017 kien ta’ 819 u kollha rċivew stipendju speċjali fis-sajf 2017.

Programm Tagħlim Alternattiv — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta’ studenti li jattendu l-Programm ta’ Tagħlim Alternattiv? Sa mill-ftuħ ta’ dan il-programm, jista’ jgħid f’liema kors jew kwalifika huma reġistrati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ studenti fil-Programm ta’ Tagħlim Alternattiv (ALP) fis-sena skolastika 2016-17 kien:- ALP (Form 5) - 155 student ALP plus - 24 student. Kemm ilu miftuħ dan il-programm, l-istudenti studjaw suġġetti vokazzjonali/applikati fl-Inġinerija, Servizzi, u Arti Performattiva, fejn kien hemm għażla ta’ 23 suġġett f’livell 2. Mis-sena skolastika 2016-17 infetħu korsijiet ALP plus bħala kontinwazzjoni f’żewġ korsijiet li huma Welding & Fabrication u Hospitality & Customer Care f’livell 3.

Monitoraġġ tal-attendenza tat-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ monitoraġġ sar mill-ħaddiema soċjali tal-attendenza tat-tfal kollha fuq is-sistema elettronika matul is-sena skolastika 2016/2017? Jista’ jgħid kemm-il tifel u tifla nstabu jonqsu mill-attendenza u ngħataw għajnuna?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika 2016-17 il-ħaddiema soċjali fi ħdan l-għaxar kulleġġi għamlu moniteraġġ tal-attendenza tat-tfal kollha fuq is-sistema elettronika minn tal-anqas darba kull ħmistax fil-primarja u darba kull xahar fis-sekondarja. Bħala servizz dejjem tingħata prijorità lill-intervent bikri. Matul is-sena skolastika li għaddiet il-ħaddiema soċjali segwew 689 student li ma attendewx l-iskola fuq bażi regolari. Il-moniteraġġ ta’ dawn l-istudenti sar aktar regolari minn dak imsemmi aktar ’il fuq. Ma’ dawn l-istudenti sar pjan ta’ azzjoni individwali.

WasteServ – impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 622 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-kumpanija WasteServ Malta Limited xahar b'xahar matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mit-3 ta’ Ġunju sal-15 ta’ Settembru 2017 mal-kumpanija Wasteserv ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema ġodda.

Awtorità tal-Ippjanar – azzjoni biex titneħħa struttura tal-ħadid u electronic billboard

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 744 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid ir-raġuni għalfejn l-Awtorità tal-Ippjanar naqset milli tieħu azzjoni diretta biex titneħħa struttura tal-ħadid u electronic billboard li jinsabu installati quddiem kumpless li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u dan minkejja li l-istess Awtorità tal-Ippjanar ċaħdet applikazzjoni biex dan l-iżvilupp illegali jiġi sanzjonat u ħarġet avviż ta' infurzar li għandu n-numru ta' referenza EC/00340/13?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li l-Avviz biex Tieqaf u ta’ Twettieq imsemmi inħareg taht il-KAP. 504, sid din l-istruttura kellu d-dritt statutorju li japplika għall-permess ta’ żvilupp kif ukoll jappella jekk din l-applikazjoni tiġi micħuda, kif fil-fatt għamel. F’ dan il-kas l-Awtorita ma ghandiex il-poter li tieħu azzjoni diretta kif qed jippretendi l-Onorevoli Interpellant, peress li dawn il-poteri jinsabu fl-Avviz Legali 103 ta’ 2016 u ma jistawx jiġu applikati retrospettivament.
Leg 13 PQ #936 Sitting 22 2017-10-03 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit — impjegati

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 613, jista' l-Ministru jagħti d-data tal-bidu tal-impjieg għal kull wieħed mill-persuni impjegati minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit)?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #937 Sitting 22 2017-10-03 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li rriżenjaw

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 614, jista' l-Ministru jagħti d-data preċiża tar-riżenja għal kull wieħed mill-persuni li rriżenjaw minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #938 Sitting 22 2017-10-03 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li rriżenjaw

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 615, jista' l-Ministru jagħti d-data preċiża tar-riżenja tal-persuna li rriżenjat minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-11 ta' Lulju 2017?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija mogħtija hawn taħt. Risposta għal PQ 938 Persuni Data tat-tmiem tal-impjieg tal- persuna waħda rreżenjat fil-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-4 ta' Lulju 2017 1 13/06/2017 Total 1
Leg 13 PQ #939 Sitting 22 2017-10-03 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li rriżenjaw

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 614, jista' l-Ministru jgħid għal kull wieħed mill-persuni li rriżenjaw minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perijodu mill-10 ta' Marzu 2013 sat-2 ta' Ġunju 2017, jekk ir-riżenja tiegħu jew tagħha kenitx waħda volontarja jew inkella l-persuna ġietx imġiegħla tirriżenja?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-erbatax-il persuna li rreżenjaw fil-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sat-2 ta' Ġunju 2017 irreżenjaw kollha fuq bażi volontarja.
Leg 13 PQ #984 Sitting 22 2017-10-03 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Residenza San Viċenz de Paul – każi ta’ dixxiplina

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku dwar l-investigazzjoni tagħha biex ikun stabbilit jekk f’numru ta' każi ta' dixxiplina li kienu jikkonċernaw uffiċjali pubbliċi li jaqdu dmirijiet fir-Residenza San Vinċenz de Paul, il-Kap Eżekuttiv tal-istess residenza kenitx abbużat jew użat ħażin l-awtorità delegata lilha biex teżerċita kontroll dixxiplinarju fuq l-istess uffiċjali, jew inkella naqsitx milli teżerċita sew dan il-kontroll skont ma jipprovdu r-Regolamenti tal-Proċedura ta' Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Infurmat li l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku m’għandha l-ebda rapport ta’ investigazzjoni kif mitlub mill-Onor. Interpellant x’tippreżenta.
Leg 13 PQ #985 Sitting 22 2017-10-03 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Passi kriminali/dixxiplinarji kontra individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi kriminali jew dixxiplinarji ttieħdu kontra l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament (immarkat (a)) , li fl-2013 kien ġie redeployed fuq kuntratt bħala persuna ta’ fiduċja mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada, fuq l-akkuża ta' tixħim miġjuba kontrih mill-individwu li d-dettalji dwaru wkoll qed jingħataw separatament (immarkat (b)), fejn dan kien insista li l-individwu kien talbu ħlas minn taħt ta’ €30,000 biex jitħallsu l-flus li kienu dovuti lilu mill-Ministeru tal-Edukazzjoni b’rabta ma’ xogħol fuq estensjoni tas-sixth form f’Għawdex? Jista’ l-Prim Ministru jgħid skont liema regolamenti f’Novembru tas-sena l-oħra individwu (a) kien issospenda lilu nnifsu mix-xogħol iżda kompla jirċievi s-salarju sħiħ tiegħu mingħand il-gvern, biex issa ilu aktar minn tmien xhur ma jattendi għax-xogħol u fl-istess ħin jirċievi paga sħiħa daqslikieku għadu jaħdem? Jista’ jgħid għaliex l-individwu (a) ngħata trattament differenzjali minn ħaddiema akkużati b’reati kriminali ħafna inqas serji, li ġew sospiżi mix-xogħol mill-ewwel filwaqt li matul il-perjodu ta’ sospensjoni rċevew nofs is-salarju u mhux proporzjon ogħla?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Residenza San Vinċenz de Paul – Kap Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li fl-1 ta’ Ġunju 2013 ġiet maħtura f’pożizzjoni ta’ fiduċja fi rwol ta’ Kap Eżekuttiv fir-Residenza għall-Anzjani San Vinċenz de Paul ingħatat l-approvazzjoni biex tkompli tagħmel xogħol privat ta’ tabib u tmexxi l-klinika privata tagħha bi ksur ta’ dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Etika li hemm fl-Ewwel Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, minħabba li f’dan ix-xogħol hija għandha suffiċjentement interess privat jew personali li jikkonfliġġi jew jidher li jikkonfliġġi mal-eżerċizzju oġġettiv tad-dmirijiet uffiċjali tagħha?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif kien diġa’ ġie mwieġeb f’mistoqsija parlamentari numru 19312, iż-żewġ rwoli, jiġifieri l-pożiżżjoni ta’ CEO tar-Residenza San Vinċenz de Paule u x-xogħol privat tagħha, huma kompletament differenti minn xulxin. Dan minħabba li hekk kif x-xogħol mediku tar-Residenza jsir kollu mill-iStaff mediku, l-irwol tagħha bħala CEO tar-Residenza huwa wieħed relatat mal-amministrazzjoni tal-istess Residenza.

Dar għall-Anzjani Casa Arkati – sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Casa Arkati fis-snin 2013 (mill-11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015, 2016 u 2017 (sat-3 ta’ Ġunju 2017), separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella kif ġej ; 2013 2014 2015 2016 sat-3 ta' Ġunju 2017 Casa Arkati 58 115 115 115 127 Irġiel Nisa fit-30 ta' Settembru 2017 30 97 127 Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, r-rata tat-tnaqqis tal-pensjoni tal-anzjani li qegħdin f’waħda mid-Dar tal-Anzjani tal-Gvern, jew f’Dar tal-Anzjani taħt l-iskema tal-Public Private Partnership, hija ta 60%.

Għawdex – Dar għall-Anzjani Villa San Lawrenz – sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Villa San Lawrenz Għawdex fis-snin 2013 (mill-11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015, 2016 u 2017 (sat-3 ta’ Ġunju 2017), separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella kif ġej ; 2013 2014 2015 2016 sat- 3 ta' Ġunju 2017 Villa San Lawrenz 0 0 18 26 36 Irġiel Nisa fit-30 ta' Settembru 2017 6 34 40 Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, r-rata tat-tnaqqis tal-pensjoni tal-anzjani li qegħdin f’waħda mid-Dar tal-Anzjani tal-Gvern, jew f’Dar tal-Anzjani taħt l-iskema tal-Public Private Partnership, hija ta 60%.

Jasmine Nursing Home – sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Jasmine Nursing Home fis-snin 2013 (mill-11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015, 2016 u 2017 (sat-3 ta’ Ġunju 2017), separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu indikat, qatt ma nxtraw xi sodod fid-dar imsemmija.

Central Home – sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern fis-Central Home fis-snin 2013 (mill-11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015, 2016 u 2017 (sat-3 ta’ Ġunju 2017), separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella kif ġej ; 2013 2014 2015 2016 sat-3 ta' Ġunju 2017 Central Home 91 94 93 93 93 Irġiel Nisa fit-30 ta' Settembru 2017 16 79 95 Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, r-rata tat-tnaqqis tal-pensjoni tal-anzjani li qegħdin f’waħda mid-Dar tal-Anzjani tal-Gvern, jew f’Dar tal-Anzjani taħt l-iskema tal-Public Private Partnership, hija ta 60%.

Awtorità tal-Artijiet – informazzjoni dwar l-Iskema ta’ self mill-APS Bank aċċessibbli fuq is-sit

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-dettalji tal-iskema dwar self mill-APS mhumiex aċċessibbli fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tal-Artijiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar m’għandhiex kontroll fuq il-kontenut li jidher fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tal-Artijiet.

Skema ta’ self mill-APS Bank

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bl-Avviż Legali li nħareġ biex daħlet fis-seħħ l-iskema ta' self mill-APS?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Iskema fejn tingħata għajnuna finanzjarja fuq self ta’ xiri ta’ proprjeta’ privata hija skema pilota u għalhekk għadu ma ġie maħruġ l-ebda avviż legali. Aktar minn hekk, skont il-liġi tal-Awtorita’ tad-Djar, l-istess Awtorita’ tad-Djar m’hiex obbligata li toħroġ avviż legali ta’ kull skema maħruġa minnha. Ta’ min jirrimarka wkoll li, qed isiru taħdidiet ma’ banek lokali oħra sabiex dawn jipparteċipaw ukoll fl-iskema bħal APS Bank.

Dipartiment tal-Artijiet – karigi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 741 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-karigi l-ġodda fl-Awtorità tal-Artijiet li ġew assenjati lill-ħaddiema li kienu fid-Dipartiment tal-Artijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta għall-mistoqsija Parlamentari 848.

Kunsilli Lokali tat-12-il distrett – proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru, jekk jogħġbu, jagħti rendikont tal-proġetti ko-finanzjati mill-UE li kkwalifikaw għalihom il-Kunsill Lokali tat-12-il distrett bejn Marzu 2013 u Mejju 2017? Jista’ wkoll jagħti elenku tal-applikazzjonijiet għall-fondi tal-UE li għandhom sottomessi dawn l-istess Kunsilli Lokali u qed jistennew l-evalwazzjoni tagħhom – kemm dawk kapitali u kemm dawk ta’ natura oħra?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.