Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #187 Sitting 22 2017-10-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tghid kemm-il ħaddiem ġie impjegat mal-Gozo Channel f’Marzu, April, Mejju u Ġunju 2017, xahar b’xahar?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel pubbliċi – numru ta’ fattigi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ fattigi fl-iskejjel pubbliċi fl-2017, xahar b’xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ fattigi fl-iskejjel statali fl-2017, xahar b’xahar minn Jannar sa Settembru, huwa kif ġej: Numru ta' Fattigi Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awwissu Settembru 664 663 667 672 671 686 688 685 685
Leg 13 PQ #189 Sitting 22 2017-10-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Skejjel pubbliċi – numru ta’ fattigi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ fattigi fl-iskejjel pubbliċi fl-2017, xahar b’xahar ?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Edukazzjoni.

Planning Authority – permessi mqassma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess tqassam għand l-applikanti mill-Awtorità tal-Ippjanar bejn it-30 ta’ Mejju 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 190, skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar, l-Awtorità bagħtet mitejn u sittin (260) permess (inkluzi kemm permessi eżegwibbli u dawk mhux eżegwibbli) bejn it-30 ta’ Mejju 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017. Ta’ min jirrimarka li, skont l-istess informazzjoni miġbura mill-Awtorità, l-ammont hu fil-medja tax-xogħol li jsir f’perjodi oħrajn.
Leg 13 PQ #666 Sitting 22 2017-10-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – impatt

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jiġi analizzat x’impatt (pożittiv jew negattiv) li dan jista’ jġib miegħu? Jekk dan sar, jista’ jpoġġi l-analisi rispettiva fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Malta minn dejjem kellha l-aħjar relazzjonijiet mar-Renju Unit u rridu nkunu attivi fi ħdan l-Unjoni Ewropea biex nassiguraw li n-negozjati ta’ Brexit iħarsu l-interessi taċ-ċittadini Ewropej b’attenzjoni partikolari fuq l-interessi ta’ Malta u l-Maltin. L-Onor Interpellant jifhem li hemm diversi aspetti li jridu jiġu salvagwardjati inkluż li r-Renju Unit ma jistax ikollu pakkett aktar favorevoli minn dak li ġġib sħubija fl-Unjoni Ewropea. Hemm diversi oqsma li qed jiġu kkunsidrati fl-analiżi li qed iwettaq il-gvern Malti nkluż id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin li jaħdmu u jistudjaw fir-Renju Unit, l-interessi tan-negozji Maltin li joperaw jew li joffru servizz fir-Renju Unit, l-aċċess tas-suq ewlieni Ewropew, kif ukoll oqsma oħra tal-ekonomija. Irridu naraw ukoll fost oħrajn li l-arranġamenti li għandha Malta mar-Renju Unit fil-qasam tal-kura għall-pazjenti jibqgħu mhux mittiefsa. Ta min ifakkar ukoll li l-Gvern għadu kemm waqqaf it-taskforce għall-promozzjoni tan-negozju ta’ Malta fir-Renju Unit, immexxija mis-Sur Joseph Zammit Tabona. It-taskforce twaqqfet biex timplimenta pjan t’azzjoni sa tmiem l-2019 biex jiġi promoss negozju, inkluż dak industrijali, ekonomiku u attivitajiet finanzjarji lejn Malta b’kollaborazzjoni mar-Renju Unit. L-Onorevoli Interpellant japprezza li mhuwiex prudenti li f’dan l-istadju li l-Gvern jippublika r-riżultati ta’ l-analiżi tiegħu. Malta flimkien ma’ 26 Stat Membru ieħor tinsab f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea sabiex l-interess tal-Unjoni u l-Istati Membri jiġu ssalvagwardjati.
Leg 13 PQ #667 Sitting 22 2017-10-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – opportunitajiet

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri, il-proġetti jew l-inizjattivi li l-Ministeru tiegħu u/jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu ser iwettqu biex pajjiżna jkun jista’ jibbenefika minn opportunitajiet li jistgħu jinħolqu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 666 (sitt mija, sitta u sittin).
Leg 13 PQ #668 Sitting 22 2017-10-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – xogħlijiet minn Destination Management Companies

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tax-xogħlijiet kollha li tqabbdu jagħmlu Destination Management Companies (jew kumpaniji simili) fl-2015, fl-2016 u fl-2017 fil-Ministeru tiegħu u għal kull biċċa xogħol jgħid min kienet il-kumpanija, x’kien ix-xogħol, meta tqabbdet u kemm kien il-valur totali tax-xogħol li tqabbdet tagħmel?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, mill-informazzjoni li għandi, id-Destination Management Companies illi ġew imqabbda f’eventwalitajiet illi jvarjaw bejn konferenzi, inċentivi u attivitajiet oħra, mill-Ministeru u mill-entitajiet illi jifformaw parti mid-dekasteru tiegħi jinkludu: Proġett Meta tqabbdu Fiex kien jikkonsisti x-xogħol Kemm sewa (inlk. VAT) Proċess kompetittiv jew direct order Malta Tourism Authority BEA Familiarisation Visit 12/02/2015 DMC illi tispeċjalizza fil-M.I.C.E. fis-Suq Taljan, biex jimmaniġġaw il-loġistika għall-avveniment. €4,592.50 Proċess kompetittiv (Expression of Interest issued on 03/12/2015 including request for quote). Malta Tourism Authority Malta International Choir Festival 24/10/2015 DMC biex jipprovdi s-servizzi ta’ courier sabiex jassisti f’li jiġu milqugħa 20 kor mal-wasla fl-MIA €2,660.36 Proċess kompetittiv (Expression of Interest issued on 16/10/2015). Ministeru għat-Turiżmu EEED-2015 12/09/2016 Organiżżazzjoni ta’ Konferenza Internazzjonali; Social networking evening; u tour ġewwa Għawdex €7,768.91 Proċess kompetittiv Malta Tourism Authority MICA PEAK Mediterranean Malta 2017 16/02/2017 2 DMCs jispeċjaliżżaw fis-swieq Ġermaniżi, Svizzeri u Awstrijaċi sabiex jassistu fl-organiżżazzjoni tal-avveniment €4.460.40 Proċess kompetittiv Ministeru għat-Turiżmu Konferenza UNWTO 24/04/2017 Organiżżazzjoni ta’ Konferenza tal-UNWTO, transfers, u tours gwidati lil-Ufficjali gholja tal-UNWTO €1594.95 Proċess kompetittiv
Leg 13 PQ #669 Sitting 22 2017-10-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Mediterranean Conference Centre – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jgħid isirux financial statements tal-Mediterranean Conference Centre u jekk iva jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra bħal kull entità oħra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali u sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.
Leg 13 PQ #670 Sitting 22 2017-10-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Tourist bed nights — Private u collective accomodation

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn tourist bed nights fi private accomodation u f’collective accomodation għas-snin 2015 u 2016?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li skont ċifri ppubblikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), in-numru tal-iljieli mqattgħa fi stabbilimenti kollettivi u stabbilimenti privati matul is-snin 2015 u 2016, huwa kif ġej: Stabbilimenti 2015 2016 Privati 5,350,472 6,075,001 Kollettivi 8,801,128 8,886,365

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – impatt

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jiġi analizzat x’impatt (pożittiv jew negattiv) li dan jista’ jġib miegħu? Jekk dan sar, jista’ jpoġġi l-analisi rispettiva fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Malta minn dejjem kellha l-aħjar relazzjonijiet mar-Renju Unit u rridu nkunu attivi fi hdan l-UE biex nassiguraw li n-nego¿jati ta’ Brexit iħarsu l-interessi taċ-ċittadini Ewropej b’attenzjoni partikolari fuq l-interessi ta’ Malta u l-Maltin. L-Onor Interpellant jifhem li hemm diversi aspetti li jridu jiġu salvagwardjati inkluż li r-Renju Unit ma jistax ikollu pakkett aktar favorevoli minn dak li ġġib sħubija fl-Unjoni Ewropea. Hemm diversi oqsma li qed jigu kkunsidrati fl-analiżi li qed iwettaq il-gvern Malti nkluż id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin li jaħdmu u jistudjaw fir-Renju Unit, l-interessi tan-negozji Maltin li joperaw jew li joffru servizz fir-Renju Unit, l-aċċess tas-suq ewlieni Ewropew, kif ukoll oqsma oħra tal-ekonomija. Irridu naraw ukoll fost ohrajn li l-arrangamenti li għandha Malta mar-Renju Unit fil-qasam tal-kura għall-pazjenti jibqgħu mhux mittiefsa. Ta’ min ifakkar ukoll li l-Gvern għadu kemm waqqaf it-taskforce għall-promozzjoni tan-negozju ta’ Malta fir-Renju Unit, immexxija mis-Sur Joseph Zammit Tabona. It-taskforce twaqqfet biex timplimenta pjan t’azzjoni sa tmiem l-2019 biex jiġi promoss negozju, inkluż dak industrijali, ekonomiku u attivitajiet finanzjarji lejn Malta b’kollaborazzjoni mar-Renju Unit. L-Onorevoli Interpellant japprezza li mhuwiex prudenti li f’dan l-istadju li l-Gvern jippublika r-riżultati ta’ l-analiżi tiegħu. Malta flimkien ma’ 26 Stat Membru ieħor tinsab f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea sabiex l-interess tal-Unjoni u l-Istati Membri jiġu ssalvagwardjati.
Leg 13 PQ #821 Sitting 22 2017-10-03 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — sponsorships

Question

B’referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 74, nixtieq nippreċiża li qiegħed nirreferi għal kull tip ta’ sponsorship li taw id-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu, kemm jekk l-isponsorship kien jikkonsisti f’għotja ta’ flus kif ukoll jekk l-isponsorship kien in kind, jiġifieri billi ġie provdut xi servizz b’xejn. Jista’ l-Prim Ministru f’kull każ jgħid taħt liema skema ngħata l-isponsorship, meta saret it-talba għal dan l-isponsorship u min approva f’kull każ l-isponsorship?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienet biss l-Awtorità Maltija tal-Kommunikazzjoni li tat sponsorship.Din kienet ta’ €500 u ngħatat lill Fakulta tal-Economics, Management and Accountancy fi hdan l-Università ta’Malta bħala sponsorship għad-Dean Awards 2017.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — sponsorships

Question

B’referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 75, nixtieq nippreċiża li qiegħed nirreferi għal kull tip ta’ sponsorship li taw id-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu kemm jekk l-isponsorship kien jikkonsisti f’għotja ta’ flus kif ukoll jekk l-isponsorship kien in kind, jiġifieri billi ġie provdut xi servizz b’xejn. Jista’ l-Ministru f’kull każ jgħid taħt liema skema ngħata l-isponsorship, meta saret it-talba għal dan l-isponsorship u min approva f’kull każ l-isponsorship?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li apparti l-isponsorship li ġie approvat fl- Estimi finanzjarji tal-baġit 2017 taħt il-vot 19 rikurrenti: Programmes and Initiatives line item 5881, kien hemm dawn lis-sponsorhips: Chamber of Engineers - €590.00 – Conference: Core Values for Engineers. (Request 21 April 2017; approvata mic-CEO-Malta Enterprise). Art Council of Malta - €5,000.00 – Malta Pavilion at the Venice Biennal. (Request 14 March 2017; approvata mic-CEO u COO-Malta Enterprise). Malta Employers’ Association - €3,333.00 – Sponsorship towards MEA’s involvement during the SME Week events 2017. (Request 12 May 2017; approvata mic-CEO-Malta Enterprise). Halmann - €10,000.00 – Gold Sponsorship of Halmann Vella Event in London. (Request 16 March 2017; approvata mic-CEO-Malta Enterprise).

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — sponsorships

Question

B’referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 76, nixtieq nippreċiża li qiegħed nirreferi għal kull tip ta’ sponsorship li taw id-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu kemm jekk l-isponsorship kien jikkonsisti f’għotja ta’ flus kif ukoll jekk l-isponsorship kien in kind, jiġifieri billi ġie provdut xi servizz b’xejn. Jista’ Ministru f’kull każ jgħid taħt liema skema ngħata l-isponsorship, meta saret it-talba għal dan l-isponsorship u min approva f’kull każ l-isponsorship?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — sponsorships

Question

B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 77, nixtieq nippreċiża li qiegħed nirreferi għal kull tip ta' sponsorship li taw id-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu kemm jekk l-isponsorship kien jikkonsisti f'għotja ta’ flus kif ukoll jekk l-isponsorship kien in kind, jiġifieri billi ġie provdut xi servizz b'xejn. Jista’ l-Ministru f'kull każ jgħid taħt liema skema ingħata l-isponsorship, meta saret it-talba għal dan l-isponsorship u min approva f'kull każ l-isponsorship?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tagħat sponsorship lil MCAST sabiex tkun tista’ tiġi organizzata Konferenza Nazzjonali dwar l-Ilma li ġiet organizzata fil-11 ta’ Mejju 2017. L-ammont ta’ sponsorship mingħand il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kien jammonta għal €1,000 liema talba saret mill-MCAST f’Awissu 2016 u ġiet approvata mill-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni. Il-Kumpanija Enemed tagħat donazzjoni waħda ta’ €30,000 għall-President’s Trust li kienet approvata mill-Bord tad-Diretturi wara talba li saret waqt laqgħa li saret mal-President ta’ Malta. Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma ta 2 sponsorships lill-Ministeru għall-Energija u Proġetti għall-kampanja fuq miżuri aktar sostenibbli fuq l-Energija u l-ilma, bl-ewwel wieħed ikun fil-11 ta’ Mejju 2017 li jammonta għall- €100,000.00 u t-tieni wieħed ingħata fid-29 ta’ Mejju 2017 li jammonta għall- €60,000.00. Sponsorship ieħor ingħata lill-Kamra tal-Inġiniera għall-konferenza ntitolata ‘Core Values for Engineers in Europe – The Way Forward’ li kien jammonta għall-€1,200.00. Ir-Regolatur ma ta l-ebda sponsorship li kien ‘ in kind’ . Fir-Rigward tal-Enemalta plc l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali u tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija. Ma kien hemm ebda tip ta’ sponsorship ieħor mill-Entitajiet u d-Dipartimenti l-oħra li jaqgħu taħt id-Dekasteru tiegħi.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — sponsorships

Question

B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 78, nixtieq nippreċiża li qiegħed nirreferi għal kull tip ta' sponsorship li taw id-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu kemm jekk l-isponsorship kien jikkonsisti f'għotja ta’ flus kif ukoll jekk l-isponsorship kien in kind, jiġifieri billi ġie provdut xi servizz b'xejn. Tista’ l-Ministru f'kull każ tgħid taħt liema skema ngħata l-isponsorship, meta saret it-talba għal dan l-isponsorship u min approva f'kull każ l-isponsorship?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2017 sat-2 ta’ Ġunju 2017, ma ngħataw ebda tip ta’ sponsorships mid-Dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li mmexxi.
Leg 13 PQ #827 Sitting 22 2017-10-03 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — sponsorships

Question

B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 79, nixtieq nippreċiża li qiegħed nirreferi għal kull tip ta' sponsorship li taw id-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu kemm jekk l-isponsorship kien jikkonsisti f'għotja ta’ flus kif ukoll jekk l-isponsorship kien in kind, jiġifieri billi ġie provdut xi servizz b'xejn. Jista’ l-Ministru f'kull każ jgħid taħt liema skema ngħata l-isponsorship, meta saret it-talba għal dan l-isponsorship u min approva f'kull każ l-isponsorship?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħataw ebda sponsorships mill-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu fil-perjodu msemmi fil-Mistoqsija Parlamentari 79.

Studenti li jirċievu l-għotja supplimentari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jirċievu l-għotja supplimentari? Jista’ jgħid ukoll liema korsijiet qegħdin isegwu, jew segwew sa mis-sena akkademika 2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCAST– korsijiet bl-apprendistat – studenti li japplikaw għal ħlas tal-għotja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-korsijiet tal-apprendistat fl-MCAST, li jagħti ċ-ċans ta’ eleġibilità lill-istudenti, sabiex japplikaw għal ħlas ta’ għotja ta’ darba fit-tieni sena fil-kors?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-korsijiet fuq apprendistat fl-MCAST huma kif muri fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ngħarraf ukoll lill-Onor. interpellant li studenti fuq korsijiet tal-apprendistat jirċievu għotja inizjali fil-bidu ta’ kull sena akkademika ta’ €232.94 u mhux għotja ta’ darba.

Università ta’ Malta u l-MCAST – studenti maturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru tal-istudenti maturi li qegħdin isegwu studju fl-Università ta’ Malta u fl-MCAST? Jista’ jgħid f’liema korsijiet huma reġistrati? Jista’ jgħid ukoll f’liema sena tal-kors waslu? Jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel u jagħti l-età ta’ meta bdew isegwu dan l-istudju? Kemm minn dawn l-istudenti jirċievu Għotjiet ta’ Manteniment?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar l-istudenti maturi li qegħdin isegwu studju fl-Università ta’ Malta u l-MCAST hu kif muri fit-tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.