Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #1388 Sitting 23 2017-10-04 Oral · Final From: SILVIO GRIXTI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Emenda fil-Liġi għaċ-Ċittadinanza Maltija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk iddaħlitx fis-seħħ l-emenda fil-Liġi li tippermetti biex dawk il-persuni barranin li joffru kontribut siewi – fosthom xjenzati, riċerkaturi, atleti, persuni fl-isports, artisti u persuni fil-qasam tal-kultura, japplikaw għaċ-Ċittadinanza Maltija? Jekk le, f’liema stadju waslet din il-proposta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Att XXIV tal-2017 li jemenda l-Att dwar ic-Ċittadinanza Maltija (Kap 188) – artiklu 10(9)(c) - sabiex ikun possibbli li persuna li tkun wettqet servizzi eċċezzjonali ghar-Repubblika ta’ Malta jew lill-umanita, tingħata iċ-ċittadinanza Maltija jew li l-akkwist taċ-ċittadinanza hi ta’ interess eċċezzjonali għar-Repubblika ta’ Malta, ġie fis-sehh fl-1 ta’ Awwissu ta’ din is-sena. F’dan ir-rigward jehtieġ li jigu ppubblikati Regolamenti permezz ta’ Avviz Legali sabiex ikunu jistghu jigu implimentati il-provvedimenti ta’ dan l-Att. Ninforma lill-Onor Interpellant illi f’dan l-istadju qeghdin isiru l-ahhar preparamenti sabiex jidhlu fis-sehh dawn ir-regolamenti.
Leg 13 PQ #1402 Sitting 23 2017-10-04 Oral · Final From: GLENN BEDINGFIELD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ngħataw b'direct order?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma’ ngħata l-ebda xogħol jew kuntratti lill-individwu msemmi jew id-ditta legali msemmija.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ngħataw b'direct order?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mid-Direttorat Strateġija u Sapport u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li l-individwu u d-ditta legali li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament, ma ngħataw l-ebda xogħol u/jew kuntratti fil-perjodu bejn l-1998 u l-2013.

Persuni li għaddejjin proċeduri kriminali kontrihom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Awwissu 2017 kemm kien hemm persuni li kienu għaddejjin proċeduri kriminali kontra tagħhom fil-Qorti, imma li ntilfet it-traċċa tagħhom u llum il-pulizija ma tafx fejn huma minkejja li l-proċeduri fil-Qorti għadhom ma ntemmux

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-proċeduri kriminali li ġew mgħajta bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Awwissu 2017, u li wħud minnhom ilhom għaddejjin snin fil-Qrati, ħames mija u disgħa u tmenin (589) persuna ntilfu t-traċċi tagħhom minkejja li l-proċeduri fil-Qorti għadhom ma ntemmux. Dawn fil-maġġoranza jinkludu persuni li kienu għaddejjin proċeduri f'seduti, speċjalment dawk tal-ALE li jsiru regolari kull ġimgħa.

Għases – xogħlijiet ta’ manutenzjoni, tiswija u/jew immodernizzar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema għases sar xi xogħol ta’ manutenzjoni tiswija u/jew modernizzar u kemm kienet l-ispiża f'kull waħda minn dawn l-għases bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Awwissu 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi hija l-prassi tal-Korp tal-Pulizija li manutenzjoni, tiswijiet jew modernizzar, isir regolarment u kontinwament. Hekk sar fil-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Awwissu, ta' din is-sena. L-akbar xogħol li sar kien fl-Għases taż-Żejtun, ta' Birżebbuġa u ta’ Ħaż-Żabbar, f'liema għases sar xogħol ta’ tisbiħ u modernizzar estensiv. Fir-Rabat , Għawdex, il-Mosta, Raħal Ġdid u l-Imtarfa, barra minn manutenzjoni saru wkoll 'Interviewing Rooms'. Xogħol ieħor sar l-Imsida, l-Isla, Birkirkara, Raħal Ġdid, ĦaŻ-Żebbuġ, Ħal GĦaxaq u Ħal Qormi, Ħal Balzan, u l-Qawra, iż-Żurrrieq u l-Fgura. Ix-xogħol estensiv ta' manutenzjoni u tisbiħ għadu għaddej fl-Għassa ta' San Ġiljan. L-ispiża f'ħafna minn dawn l-Għases kienet konsiderevoli minħabba x-xogħol estensiv li sar fi wħud minnhom u oħrajn fejn ix-xogħol għadu għaddej kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Il-figuri li jidhru ħdejn kull għassa huwa approssimattiv għax mhux possibbli li jingħata ammont ta' spejjeż preċiż għal kull għassa. Ta’ min jgħid li kważi fl-għasses kollha, ix-xogħol sar “in house”. Lokalità tal-Għassa Ammont minfuq għax-xogħol li sar. (approssimattiv) 1 Isla Euro 1,500 2 Msida Euro 5,000 3 Żejtun Euro 28,800 4 Żabbar Euro 72,000 5 Birżebbuġa Euro 65,000 6 Birkirkara Euro 500 7 Raħal Ġdid Euro 6,000 8 Mosta Euro 3,500 9 Mtarfa Euro 3,500 10 Rabat, GĦawdex Euro 3,500 11 Żebbuġ Euro 2,500 12 Għaxaq Euro 700 13 Qormi Euro 1,800 14 Balzan Euro 1,200 15 San ĠIljan Euro 1,300 (xoghol ikompli) 16 Qawra Euro 800 17 Żurrieq Euro 3,000 18 Fgura Euro 120

Pulizija – ħlas ta’ overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas f’overtime lill-pulizija fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Awwissu 2016 u fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Awwissu 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Awwissu 2016 tħallsu €1,933,940.12 f’overtime lill-pulizija filwaqt li għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Awwissu 2017 tħallsu €2,140,909,45.

Pulizija – ħlas ta’ extra duty

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu f’extra duty il-pulizija fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Awwissu 2016 u fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Jannar 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li għall-perjodu ta’ tmien xhur bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Awwissu 2016 tħallsu €2,142,428.50 f’exra duty filwaqt li għall-perjodu ta’ xahar bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Jannar 2017 tħallsu €308,203.16.

Vetturi tal-pulizija — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu f’manutenzjonijiet fil-vetturi tal-pulizija fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Ġunju 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi għall-perjodu bejn Jannar 2017 u Ġunju 2017, intefqu Ewro 153,493 f’manutenzjonijiet fil-vetturi tal-pulizija. Dan l-ammont jinkludi wkoll materjal anke fejn kien hemm il-bżonn li jintuża servizz privat.

Rapporti ta’ persuni li qegħdin fil-pajjiż mingħajr il-permess meħtieġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm rapporti daħlu lill-pulizija dwar persuni li jinsabu fil-pajjiż mingħajr il-permess meħtieġ skont il-liġi fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Awwissu 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Awwissu 2017 il-pulizija tal-Immigrazzjoni kellha mija u tnejn u tletin (132) każ, wara rapporti u spezzjonijiet dwar persuni terzi li nstabu fil-pajjiż mingħajr il-permess meħtieġ skont il-liġi.
Leg 13 PQ #1496 Sitting 23 2017-10-04 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Proġett tat-taraġ li jgħaqqad il-qalba tar-Rabat Għawdex ma’ Pjazza San Franġisk

Question

B'referenza għall-proġett tat-taraġ li jgħaqqad il-parkeġġ fil-qalba tar-Rabat Għawdex ma’ Pjazza San Franġisk, tista' l-Ministru tgħid liema xogħol sar fuqu matul is-sena 2017 u meta hu maħsub li jitlesta dan il-proġett?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fl-ewwel kwart tal-2017 ġie fit-tmiemu x-xogħol ta’ kostruzzjoni tal-istess taraġ. L-offerta tal-finishes ser terġa tinħareg minħabba li l-uniku kuntrattur li kellu l-offerta within budgetġiet skwalifikata.
Leg 13 PQ #1497 Sitting 23 2017-10-04 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Tisbiħ tal-pjazez ewlenin tal-irħula

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru għal Għawdex għandux xi pjanijiet biex jitwettaq proġett biex jissebbħu l-pjazez ewlenin tal-irħula f'Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Il-Ministeru għal Għawdex għaddej kontinwament b'xogħol ta' tisbiħ
Leg 13 PQ #1498 Sitting 23 2017-10-04 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Mitħna tax-Xewkija u l-Għar ta’ Kalipso – restawr

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra u tgħid x'inizjattivi ttieħdu dwar xogħol li għandu jsir dwar ir-restawr fuq il-Mitħna tax-Xewkija u l-Għar ta' Kalipso? Tista' tgħid meta ser jibda dan ix-xogħol? Tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru xogħlijiet fuq siti storiċi oħra?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex akkwista Fondi Ewropej biex tiġi restawrata l-Mitħna tax-Xewkija. Fid-29 ta’ Settembru 2017 ġiet ipubblikata it-tender li tgħalaq fit-30 ta’ Ottubru 2017 sabiex ikun jista’ jibda ix-xogħol ta’ restawr fuq din il-Mitħna. Dwar l-għar ta’ Kalipso, il-Ministeru qiegħed iħejji d-dokumenti neċessarji biex l-applikazzjoni mal-Awtorita tal-Ippjanar biex tiġi kkonsolidata l-istruttura tal-Għar ta’ Kalipso. Il-Ministeru qed iħejjji pjanijiet għal aktar interventi fuq siti storiċi oħra fix-xhur li ġejjin.
Leg 13 PQ #1499 Sitting 23 2017-10-04 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Proġetti ta’ tindif tal-widien u bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ madwar Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi pjanijiet għandu mħejjija l-Ministeru għal Għawdex dwar proġetti ta’ tindif tal-widien u bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ madwar Għawdex? Tista’ tgħid jekk matul l-2017 sarx xi xogħol relatat ma’ dawn il-proġetti?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru, din is-sena, ssottometta tliet applikazzjonijiet għal tindif ta’ widien u żewġ applikazzjonijiet għall-bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ mal-Awtorita`tal-Ippjanjar. Matul l-2017 sar ukoll xogħol ta’ tindif fis-sit Taħt Ta’ Xkora li jwassal għall-Wied il-Lunzjata kif ukoll f’Wied ta’ Zejta f’Lulju. Matul din is-sena ġew mibnija ħitan tas-sejjieħ mill-ġdid f’dawn il-lokalitajiet: a) Triq il-Qala kollha u partijiet minn Taċ-Ċawl, limiti tal-Qala; b) Parti minn Wied ta’ Mġarr ix-Xini; c) Partijiet minn Triq Marsalforn, fil-limiti tar-Rabat; d) Partijiet minn Triq ir-Ramla, mill- Park tal-Qortin Ta’ Isopu, u minn Ta’ Bordin fin- Nadur; e) Partijiet minn Daħla ta’ Għajn Damma, minn Triq ix-Xagħra, minn Triq Marsalforn u minn Triq il-Maqdes fix-Xagħra; f) Parti minn Triq it-Torri f’San Lawrenz.
Leg 13 PQ #1500 Sitting 23 2017-10-04 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – toroq li ngħataw wiċċ ġdid

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra u tgħid liema kienu t-toroq f’Għawdex li ngħataw wiċċ ġdid matul is-sena 2017? Tista’ fit-tweġiba tagħha tindika jekk dan ix-xogħol kienx jikkonsisti f’partijiet minn toroq jew toroq sħaħ?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #1501 Sitting 23 2017-10-04 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Servizz ta’ fast ferry bejn il-Belt Valletta u l-Imġarr Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra u tgħid xi żviluppi kien hemm dwar is-servizz ta' fast ferry bejn il-Belt Valletta u l-Imġarr f'Għawdex wara li saret it-talba għas-sottomissjonijiet ta' proposti (REP) biex jiġi varat dan is-servizz?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata fi stadju ieħor peress li bħalissa qed isir l-eżerċizzju opportun.
Leg 13 PQ #185 Sitting 22 2017-10-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex- nefqa fuq reklamar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tagħha u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtha f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninform lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.