Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #941 Sitting 23 2017-10-04 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li rriżenjaw

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 614, jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet mogħtija minn kull wieħed mill-persuni għar-riżenja tiegħu jew tagħha minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-14-il impjegat li rriżenjaw minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja kollha għamlu dan b’mod volontarju. Ebda impjegat tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja ma jintalab, b’mod formali, jagħti raġuni jew spjegazzjoni għala jkun qiegħed jittermina l-impieg tiegħu u għalhekk ir- records tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja jiddistingwu biss bejn dawk l-impjegati li jkunu rriżenjaw minn jeddhom u dawk li kellhom l-impieg tagħhom terminat da parti tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja. Madanakollu, id-direzzjoni tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja hija mgħarfa li in ġenerali dawn l-14-il impjegat irriżenjaw b’mod totalment volontarju wara li kienu aċċettaw offerti ta’ impieg fis-settur privat li f’xi każijiet kienu wkoll impiegi barra minn Malta.
Leg 13 PQ #942 Sitting 23 2017-10-04 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li rriżenjaw

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 615, jista' l-Ministru jagħti r-raġuni mogħtija mill-persuna għar-riżenja tiegħu jew tagħha minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perijodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-11 ta' Lulju 2017?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li rreżenjat fil-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-4 ta' Lulju 2017 irreżenjat fuq bażi volontarja. Ebda impjegat tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja ma jintalab, b’mod formali, jagħti raġuni jew spjegazzjoni għala jkun qiegħed jittermina l-impieg tiegħu u għalhekk ir- records tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja jiddistingwu biss bejn dawk l-impjegati li jkunu rriżenjaw minn jeddhom u dawk li kellhom l-impieg tagħhom terminat da parti tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja. Madanakollu, id-direzzjoni tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja hija mgħarfa li din il-persuna rriżenjat b’mod totalment volontarju wara li aċċettat offerta ta’ impieg fis-settur privat.
Leg 13 PQ #943 Sitting 23 2017-10-04 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li tkeċċew

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna tkeċċiet mill-impjieg tagħha minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perijodu mill-10 ta' Marzu 2013 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jgħid x’kienu r-raġuni għal kull waħda mill-persuni li tkeċċiet mill-impjieg tagħha mal-FIAU matul l-imsemmi perijodu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sat-2 ta' Ġunju 2017, l-impjieg tal-ħames persuni ġie terminat mil-FIAU, u dan waqt iż-żmien ta’ prova. Ir-raġuni tat-tmiem tal- impjieg ta dawn il-ħames persuni kienet relatata ma performance issues.
Leg 13 PQ #944 Sitting 23 2017-10-04 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li tkeċċew

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna tkeċċiet mill-impjieg tagħha minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-11 ta' Lulju 2017? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġuni għal kull waħda mill-persuni li tkeċċiet mill-impjieg tagħha minn mal-FIAU matul l-imsemmi perjodu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-11 ta' Lulju 2017, l-impjieg ta zewġ persuni gie terminat mil- FIAU, u dan waqt iż-żmien ta’ prova. Ir-raġuni tat-tmiem tal- impjieg ta dawn iż-żewġ persuni kienet relatata ma performance issues .
Leg 13 PQ #945 Sitting 23 2017-10-04 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit – impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena, kemm kien in-numru ta’ persuni flimkien mal-grad tagħhom, li kienu jew għadhom impjegati minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit ) minn mindu dan l-istess Korp ġie mwaqqaf?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt: Sena tal bidu ta impjieg tal-impjegat Grad (current grade if still employed with FIAU, or grade as at last date of employment) Kienu mpjegati mal-FIAU Għadhom impjegati mal-FIAU 2002 Director 1 2002 Senior Officer 2 2003 Administrative Support Officer 1 2007 Officer 3 2008 Director 1 2008 Officer 1 2008 Senior Officer 1 2009 Senior Officer 1 1 2009 Officer 2 2009 Administrative Support Officer 3 2010 Deputy Director 1 2010 Senior Officer 1 2010 Officer 2 2012 Manager 1 1 2012 Senior Officer 1 2012 Officer 1 2014 Senior Officer 1 2014 Officer 3 1 2015 Senior Officer 1 2 2015 Officer 1 2 2015 Administrative Support Officer 3 3 2015 General Duties Officer 1 2016 Manager 2 2016 Senior Officer 1 2 2016 Officer 3 5 2016 Administrative Support Officer 2 2017 (up to 14July) Director 1 2017 (up to 14July) Officer 5 Total 34 30

Flus mogħtija lura għal żieda fil-kera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux vera li mit-2 ta' Mejju 2017 il-Gvern kien qal li ta l-flus lura tal-kera li għoliet? Jista’ jgħid jekk hux kulħadd li ser jieħu dawn il-flus lura?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f’seduta oħra.

kontijiet għall-kera ta' postijiet tal-gvern

Question

Minħabba li kien hemm min irċieva l-kont għall-kera ta' postijiet tal-gvern mid-Dipartiment tal-Lands, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kera hux se tibqa' tintbagħat mill-Housing Department?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ma kien hemm l-ebda tibdil fuq kif joħorġu l-kontijiet tal-kera, jiġifieri propjetajiet tal-Gvern se jibqgħu jirċievu l-kont tal-kera mingħand l-Awtorità tal-Artijiet, filwaqt li propjetajiet tal-Awtorità tad-Djar ser jibqgħu jirċievu l-kont tal-kera mingħand l-Awtorità tad-Djar.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Direttur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Direttur preżenti tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin huwiex ser jinbidel, jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni u xi proċess ser ikun adottat biex jinħatar ieħor minfloku?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttur preżenti attiva l-klawsola fil-kuntratt tiegħu u ta avviż ta’ riżenja u dan minħabba raġunijet personali. Peress li kien jokkupa kariga meqjusa bħala waħda ta’ Headship, tali vakanzi joħorġu ċentralment mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u tiġi segwita l-proċedura normali ta’ reklutaġġ f’dawn il-pożizzjonijiet. Dan ma jeskludix il-possibilita’ li l-Gvern jidentifika persuni idoni oħra biex jokkupaw tali kariga.

Jobsplus – tibdil fl-isem tal-pożizzjoni ta’ Senior Executive

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-isem u l-pożizzjoni ta' Senior Executive ġewwa Jobsplus ser tinbidel għal Executive 2?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mhu se jkun hemm l-ebda tibdil f’nomenklaturi.

Servizz ta’ Hormonal Induction – għoti ta' mediċini b’xejn

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkonsidra li jagħti l-mediċini b'xejn li jintużaw fis-servizz tal-hormonal induction lill-koppji li jkunu ntgħażlu għall-IVF? Jekk iva, meta beħsiebu li jwaqqaf dan is-servizz? Il-Health Care Benefits Advisory Committee kif inhi stabbilita fil-Health Act, qatt stħarrġet din il-proposta? Kemm hi l-ispiża ta' din il-mediċina għal kull koppja?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din ir-rikjesta se tkun qed tiġi diskussa fiż-żmien li ġej.

Infertility Clinic u Ċentru tas-Servizz ta' IVF bħala parti mill-Mother and Child Hospital

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-Infertility Clinic u ċ-ċentru tas-servizz tal-IVF jitqiesux bħala parti mill-proġett ta' Mother and Child Hospital? Jekk iva, dan ifisser li l-kundizzjonijiet tal-kuntratt tas-servizz li jingħata bħala PPP se jinbidlu meta jsir il-migration tal-kura tal-Mother and Child għal-lok il-ġdid fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt tal-PPP m’għandhomx ikunu affettwati jekk ikun se ssir migrazzjoni għaliex skont klawsola fl-imsemmi kuntratt, huwa il-Ministeru għas-Saħħa li jagħti struzzjonijiet minn fejn l-klinika tal-Infertilità tkun tista’ topera.

Council of Health — laqgħat

Question

Fid-dawl li fl-2013 ġie ppubblikat l-Att dwar is-Saħħa u l-Council of Health hi entità li tagħti pariri lill-Ministru, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il darba ltaqa' l-Council of Health fl-2016 u fl-ewwel sitt xhur tal-2017? X' kienu s-suġġetti li ġew diskussi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għadhom kif ġew maħtura membri ġodda fi ħdan il-kunsill imsemmi minnu.

Bormla – proġetti ta’ restawr

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x'inhuma l-proġetti ta' restawr li qed isiru f'Bormla bħalissa u x'hemm ippjanat għas-sena d-dieħla?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru dawn il-proġetti: Proġetti kurrenti Swar ta San Ġwann t’Għuxa Kampnar u faċċati tal-knisja parrokjali Tikħil mill-ġdid tal-faċċati tal-ka¿in tal-Banda San Ġorg Filwaqt li ghas-sena d-dieħla hemm pjanat dan il-proġett: Proġetti ppjanati għas-sena d-dieħla Restawr tal-Mitħna fi Triq San Ġwann

Isla – proġetti ta’ restawr

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x'inhuma l-proġetti ta' restawr li qed isiru fl-Isla bħalissa u x'hemm ippjanat għas-sena d-dieħla?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bħalissa ġewwa l-Isla hemm għaddejin is-segwenti proġetti: - Restawr tal-batterija ta’ Grunenbergh - Restawr tal-faċċati esterni u l-koppla tal-knisja ta’ San Ġiljan - Restawr tal-koppla u lanterna tal-knisja parokkjali - Restawr tal-ħajt ta’ ġewwa tas-sur fi Triq is-Sur ( internal parapet wall) Filwaqt li għas-sena d-dieħla hemm pjanat ukoll it-tibdil tal-Monument tal-Gwerra magħmul mill-fibreglass għal replika tal-Monument tal-bronż, il-bidu għar-Restawr fuq is-Swar tal-Kottonera (Cottonera lines) li parti minnhom tmiss mal-Isla u kif ukoll Restawr tal-Knisja ta’ San Filippu.

Birgu – proġetti ta’ restawr

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x'inhuma l-proġetti ta' restawr li qed isiru fil-Birgu bħalissa u x'hemm ippjanat għas-sena d-dieħla?

Response (BONNICI, OWEN)

Illum il-ġurnata t-tisbieħ tal-Birgu huwa wieħed evidenti. Fil-Birgu sar ħafna xogħol ta’ Restawr u għadu qed issir kontinwu. Bħalissa għaddejin is-segwenti proġetti: - Manutenzjoni kontinwa tal-Fortifikazzjonijiet - Rinforzar strutturali u restawr tal-lanterna tal-knisja tal-Annunzjata - Xogħol ġenerali ta’ manutenzjoni fuq il-Forti Sant Anglu - Tlestija tar-restawr tal-faċċati, tal-btieħi interni u xogħol intern ieħor fil-Palazz tal-Inkwi¿itur. Pero dan mhux biss, għas-sena dieħla hemm żewġ proġetti kbar oħra pjanati u dawn huma l-bidu tar-Restawr fuq is-Swar tal-Kottonera (Cottonera Lines) li part minnhom tmiss mal-Birgu u kif ukoll ir-Restawr tal-Faċċata ta’ wara tal-mużew u bidu ta’ xogħol strutturali estensiv interna sabiex isewwi l-ħsarat tat-tieni gwerra dinija fil-Mużew Marittimu.

Żjarat statali barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ żjarat Statali li saru barra minn Malta bejn Jannar 2017 u d-data meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ż-zjarat Statali li saru barra minn-Malta bejn Jannar 2017 u d-data ta’ din it-tweġiba huma elenkati: Lulju 2017 Ċile 17 u 18 ta’ Lulju 2017. Repubblika tal-Ghana 26 sa 28 ta’ Lulju 2017.

Żjarat Statali f’Malta minn kapijiet ta’ Stati barranin

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista u dettalji taż-żjarat Statali li saru f’Malta minn kapijiet ta’ Stati barranin matul l-2016 u 2017?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista u dettalji taż-żjarat Statali li saru f’Malta minn kapijiet ta’ Stati barranin mitluba matul l-2016 u 2017 huma elenkati hawn taħt. Marzu 2016 Il-Kosovo 26-27 ta’Marzu 2016. Żjara statali mill-President tal-Kosovo l-E.T. Antifete Jahjaga Settembru 2016 L-Isvizzera 9 – 10 ta’ Settembru 2016. L-ewwel żjara Statali minn President tal-Konfederazzjoni Svizzera lejn Malta. L-E.T. Johann Schneider-Ammann kellu numru ta’ laqgħat, kemm mal-President ta’ Malta kif ukoll mal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom mal-Prim Ministru Joseph Muscat. Novembru 2016 Il-Bulgarija 17 ta’ Novembru 2016. Ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Bulgarija komplew jissaħħu permezz ta' żjara statali f’Malta mill-President ta’ Bulgarija. Diċembru 2016 Il-Kosovo 5-6 ta’ Diċembru 2016. Il-President tal-Kosovo, l-E.T. Hashim Thaçi għamel żjara statali f’Malta fejn kellu numru ta’ laqgħat kemm mal-President ta’ Malta kif ukoll mal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom mal-Prim Ministru Joseph Muscat. Mejju 2017 Il-Kroazja 8 – 9 ta’ Mejju 2017. Il-President tal-Kroazja, l-E.T. Kolinda Grabar-Kitaroviæ, għamlet żjara statali f’Malta fejn kellha numru ta’ laqgħat kemm mal-President ta’ Malta kif ukoll mal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom mal-Prim Ministru Joseph Muscat. L-Ukrajna 16 u s-17 ta’ Mejju 2017. L-E.T. Petro Poroshenko, President tal-Ukrajna, għamel Żjara Statali f’Malta fejn saru numru ta’ laqgħat kemm mal-President ta’ Malta kif ukoll mal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom mal-Prim Ministru Joseph Muscat. Din iż-żjara ssottolijat ir-relazzjonijiet tajbin bejn Malta u l-Ukrajna. Matul din-żjara, ġew iffirmati tliet Memoranda ta’ Ftehim - Memorandum ta’ Ftehim dwar Konsultazzjonijiet Bilaterali bejn il-Ministeri għall-Affarijiet Barranin; Memorandum ta’ Qbil dwar Kooperazzjoni fil-Qasam taż-Żgħażagħ, fil-Qasam tal-Kultura Fiżika u l-Isports bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-Ministeru taż-Żgħażagħ u l-Isport tal-Ukrajna; u Memorandum ta’ Ftehim fil-Qasam tal-Edukazzjoni Għolja bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-Minister tal-Edukazzjoni u x-Xjenza tal-Ukrajna. Settembru 2017 L-Italja 12-13 ta’ Settembru 2017. Il-President ta’ l-Italja, l-E.T Sergio Mattarella għamel żjara statali f’Malta fejn kellu numru ta’ laqgħat kemm mal-President ta’ Malta kif ukoll mal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom mal-Prim Ministru Joseph Muscat. Ottubru 2017 Il-Botswana 1-4 ta’ Ottubru 2017. Il-President tar-Repubblika tal-Botswana, l-E.T. Dr. Seretse Khama Ian Khama, għamel żjara statali f’Malta fejn saru numru ta’ laqgħat kemm mal-President ta’ Malta kif ukoll mal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom mal-Prim Ministru, l-On. Dr. Joseph Muscat, u il- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela. Matul din iż-żjara, ġie ffirmat ukoll Ftehim fuq il-ħelsien mit-taxxa doppja bejn iż-żewġ pajjiżi.

Ghana – żjara Statali

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont taż-żjara Statali li saret fil-Ghana f’Lulju 2017?

Response (ABELA, CARMELO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bejn is-26 u 28 ta’ Lulju 2017, seħħet l-ewwel żjara statali minn President tal-Repubblika ta’ Malta f’pajjiż ta’ l-Afrika fin-nofsinhar tad-deżert tas-Saħara, meta E.T. Marie-Louise Coleiro Preca żaret ir-Repubblika tal-Ghana. Il-President kienet akkumpanjata mil-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela, u minn delegazzjoni kummerċjali komposta minn ta’ rappreżentanti ta’ intrapriżi Maltin mmexxija minn TradeMalta. Il-President tal-Repubblika ta’ Malta kellha laqgħa mal-President tar-Repubblika tal-Ghana, l-E.T. Nana Addo Dankwa Akufo-Addo. Matul il-laqgħa, il-President Coleiro Preca waslet messaġġ ta' ħbiberija u esprimiet ix-xewqa li jissaħħew ir-relazzjonijiet diġà tajbin bejn iż-żewġ pajjiżi. Il-President ta Malta indirizzat Forum tan-Negozju fejn affermat l-interess ta' Malta li trawwem relazzjonijiet aktar b'saħħithom, bejn iż-żewġ pajjiżi u l-komunitajiet kummerċjali rispettivi. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela, kellu laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Integrazzjoni Reġjonali, Shirley Ayorkor Botchwey, fejn intlaħaq ftehim biex tinżamm fix-xhur li ġejjin it-tieni laqgħa tal-Kummissjoni Konġunta Permanenti, bl-iskop li javanzaw diskussjonijiet fuq numru ta’ suġġetti, b’mod partikolari ftehim ta’ ħelsien mit-taxxa doppja. Il-Ministru Abela ltaqa’ wkoll mal-Ministru għall-Kummerċ u l-Industrija, Alan Kyerematen, fejn ġie diskuss kif ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn Malta u l-Ghana jistgħu jitjiebu. Matul iż-Żjara Statali, ġew iffirmati Ftehim dwar konsultazzjonijiet politiċi bejn il-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tar- Repubblika ta’ Malta u tar-Repubblika tal-Ghana, Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn TradeMalta u l-Assoċjazzjoni tal-Industriji tal-Ghana, u Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Kmamar tal-Kummerċ ta’ Malta u tal-Ghana. Fil-Ghana, TradeMalta organizzat ‘Business Forum’ u ‘B2B event’ għad-delegazzjoni kummerċjali Maltija flimkien ma’ intrapriżi fil-Ghana. Din l-attivita saret b’ħidma mal-Ghana National Chamber of Commerce u l-Association of Ghana Industries. Saru wkoll laqgħat mal-Ghana Investment Promotion Centre u n-National Chamber of Commerce tal-Ghana fejn dawn taw iktar informazzjoni dwar il-prospetti tan-negozju fis-suq tal-Ghana. Wara li ntemmet iż-żjara fil-Ghana, TradeMalta għamlet survey online mad-delegati Maltin fejn aktar min nofs irrispondew li kienu diġa’ qed jippjanaw biex jerġaw iżuru il-Ghana. TradeMalta irċiviet numru ta’ kommunikazzjonijiet minn kumpaniji fil-Ghana biex jaraw kif jistgħu ikabbru l-kummerċ tagħhom ma’ intrapriżi Maltin. TradeMalta qed taħdem biex issarraf dawn it-talbiet f’opportunitajiet għal kummerċ f’Malta. TradeMalta kkuntatjat ukoll numru ta’ intrapriżi oħra li huma bbażati f’Malta li għalkemm ma kienux parti mid-delegazzjoni, jista’ jkollhom interess ta’ kummerċ fil-Ghana. Bis-saħħa tal-Konslu fil-Ghana, qed jissoktaw introduzzjonijiet u talbiet għal laqgħat ma’ kumpaniji fil-Ghana.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ scholarships li ngħataw mill-Ministeru tiegħu mill-bidu tas-sena 2017? Kemm kienu l-persuni li bbenefikaw minn dawn l-ischolarships u x’kienu l-oqsma li fihom ingħataw l-ischolarships?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tas-sena 2017, Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ offra numru ta’ boroż ta’ studju kif ġej: · lil student wieħed (1) fil-Kulleġġ ta’ Bruges ( MA fl-Istudji Politċi u Amministrazzjoni Ewropea) · lil tlitt (3) studenti fl-Istitut Internazzjonali tal-Liġi Marittima (IMLI) (Masters fil-liġi Marittima) · lil student wieħed (1) biex jattendi kors qasir fil-lingwa Ċeka f’waħda mill-iskejjel tas-sajf għall-istudju Slavoniku 2017). · Għaxar (10) uffiċjali mis-Servizz Pubbliku ingħataw kors ta’ ġimgħa f’Singapore biex ikabbru l-għarfien tagħhom fil-qasam tax-xogħol li jaħdmu fih. Il-korsijiet kienu jikkonsistu f’oqsma varji kif ġej: - L-immaniġġjar tal-Iskart Urban Solidu; - Borża ta’ studju fl-Akkademja Diplomatika ta’ Singapore; - L-immaniġġjar tat-Turizmu u l-Promozzjoni tas-Suq tad-Destinazzjonijiet; - Ir-raba’ Rivoluzzjoni Industrijali u l-Politika Pubblika; - Strateġija kontra l-Korruzzjoni; - Nazzjon Intelliġenti – Strateġija għall-Implimentazzjoni; - Mexxejja fl-Edukazzjoni; - Sħubija pubblika-privata fl-Iżvilupp ta’ Proġetti ta’ Infrastruttura; - Tmexxija u Previżjoni Strateġika; u - Programm Eżekuttiv fil-Qasam tal-Media fuq il-mudell u l-esperjenzi ta’ Singapore.

Promozzjoni ta’ sewqan aktar responsabbli

Question

Jista’ l-Ministru jikkummenta dwar miżuri li qegħdin jittieħdu biex nippromwovu sewqan aktar responsabbli?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ilha għal dawn l-aħħar snin tagħmel kampanja għal sewqan aktar responsabbli. Hekk kif bdiet is-sena akkademika ġdida Transport Malta nehdiet kampanja ġdida b’serje ta’ filmati u posters li qegħdin jew se jibdew jidhru fuq il-midja soċjali u t-televi¿joni, kif ukoll serje ta’ messaġġi fuq ir-radju. Filmat li beda jidher, u li diġa rawh ‘il fuq minn 120,000 ruħ fuq il-midja soċjali biss, jitkellem fuq inċidenti bumper ma’ bumper . Inċident żgħir f’nofs ta’ triq jista’ jikkawża kjuwijiet twal u stress żejjed fuq sewwieqa oħra. Sfortunatament, ħafna drabi s-sewwieqa jew jibdew jargumentaw, ma jkollhomx il-formula apposta jew jimlewha f’nofs it-triq. Il-filmat juri kif sewwieqa responsabbli għandhom ineħħu l-karozzi mit-triq mill-ewwel u jsibu spazju miftuħ fejn jimlew il-formola mingħajr ma jostakolaw vetturi oħra jew il-mixja tat-traffiku. Filmat ieħor li se jibda jidher fil-jiem li ġejjin idur jiffoka fuq li tmur ix-xogħol tagħha bir-rota. Matul it-triq tiltaqa’ ma bosta nies li fit-triq juru rispett kbir lejha, joqogħdu attenti meta jaqilgħu u jċedulha fit-triq. Sfortunatament, ħafna drabi din ma tkunx is-sitwazzjoni fit-toroq tagħna, fejn sewwieqa jsuqu mingħajr rispett lejn sewwieqa oħra u speċjalment mingħajr rispett lejn ċiklisti u sewwieqa tal-mutur. Il-filmat jittanta jispira sewqan iktar responsabbli u l-għarfien illi t-triq mhix tagħna biss iżda tintuża minn ħafna nies oħra b’mezzi tat-trasport differenti. It-tielet filmat mis-serje jsegwi raġel fi triqtu lejn ix-xogħol fil-karozza tiegħu. Fit-triq jara numru ta’ sewwieqa jwettqu bosta irregolaritajiet. Jirrifletti fuq kif meta nkunu egoisti aħna ntellfu lil ħaddieħor u saħansitra nistgħu nikkawżaw xi inċident li jista’ jweġġa’ lil ħaddieħor. Jaħseb f’sitwazzjoni fejn kieku kulħadd isegwi r-regoli u kulħadd jirrispetta lil xulxin. Dawn is-serje ta’ filmati, posters u messaġġi fuq ir-radju huma mmirati biex idaħħlu sens ta’ responsabilita’ ikbar fis-sewwieqa, biex inisslu rispett ikbar fost is-sewwieqa u biex nagħmlu mill-vjaġġi fit-toroq tagħna esperjenza aħjar għal kulħadd.