Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess ta’ kull tip (inkluż encroachments u kuntratti ta’ kirjiet u qbiela) ingħataw minn, jew ġew iffirmati mill-Awtorità tal-Artijiet bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu insemmi inħargu 8 (tmien) ‘encroachment permits’ u sar kuntratt wieħed ta’ qbiela
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – ċekkijiet maħruġa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il cheque jew titolu simili ta’ flus u l-valur globali tagħhom inħareġ minn xi entità li taqa’ taħtu bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Jista’ l-Onorevoli Interpellant ġentilment jispeċifika u jkun aktar ċar fil-mistoqsija tiegħu?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ impjegati fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-1 ta’ Jannar 2017 u fil-5 ta’ Ġunju 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-1 ta’ Jannar 2017 kien hemm 303 impjegati, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, filwaqt li fil-5 ta’ Ġunju 2017 kien hemm 297 impjegat. Fil-jiem li ġejjin se jibda reklutaġġ ġdid f’konformita mal-HR Plan.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il transfer ta’ impjegati seħħ f’Transport Malta bejn il-5 ta’ Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda uffiċjal ma ġie trasferit minn Transport Malta għal entita’ differenti fl-imsemmija dati. Hames uffiċjali ingħataw irwoli ġodda fi ħdan l-istess awtorita’ bħala parti minn eżerċizzju ta’ ri-organizzazzjoni.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – opportunitajiet
Question
Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri, il-proġetti jew l-inizjattivi li l-Ministeru tiegħu u/jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu, ser iwettqu biex pajjiżna jkun jista’ jibbenefika minn opportunitajiet li jistgħu jinħolqu?
Response (BORG, IAN)
Malta minn dejjem kellha l-aħjar relazzjonijiet mar-Renju Unit u rridu nkunu attivi fi hdan l-UE biex nassiguraw li n-nego¿jati ta’ Brexit iħarsu l-interessi taċ-ċittadini Ewropej b’attenzjoni partikolari fuq l-interessi ta’ Malta u l-Maltin.
L-Onor Interpellant jifhem li hemm diversi aspetti li jridu jiġu salvagwardjati inkluż li r-Renju Unit ma jistax ikollu pakkett aktar favorevoli minn dak li ġġib sħubija fl-Unjoni Ewropea. Hemm diversi oqsma li qed jigu kkunsidrati fl-analiżi li qed iwettaq il-gvern Malti nkluż id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin li jaħdmu u jistudjaw fir-Renju Unit, l-interessi tan-negozji Maltin li joperaw jew li joffru servizz fir-Renju Unit, l-aċċess tas-suq ewlieni Ewropew, kif ukoll oqsma oħra tal-ekonomija. Irridu naraw ukoll fost ohrajn li l-arrangamenti li għandha Malta mar-Renju Unit fil-qasam tal-kura għall-pazjenti jibqgħu mhux mittiefsa.
Ta’ min ifakkar ukoll li l-Gvern għadu kemm waqqaf it-taskforce għall-promozzjoni tan-negozju ta’ Malta fir-Renju Unit, immexxija mis-Sur Joseph Zammit Tabona. It-taskforce twaqqfet biex timplimenta pjan t’azzjoni sa tmiem l-2019 biex jiġi promoss negozju, inkluż dak industrijali, ekonomiku u attivitajiet finanzjarji lejn Malta b’kollaborazzjoni mar-Renju Unit.
L-Onorevoli Interpellant japprezza li mhuwiex prudenti li f’dan l-istadju li l-Gvern jippublika r-riżultati ta’ l-analiżi tiegħu. Malta flimkien ma’ 26 Stat Membru ieħor tinsab f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea sabiex l-interess tal-Unjoni u l-Istati Membri jiġu ssalvagwardjati.
Belt Valletta – parkeġġi riservati għall-persuni li jaħdmu fil-Ministeri, Dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid b’kollox (bħala numru) kemm hemm parkeġġi riservati għall-persuni li jaħdmu fil-Ministeri, Dipartimenti u/jew entitajiet tal-Gvern fil-Belt Valletta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeri huma intitolati għal 5 parkeggi inkluż dak tal-Ministru u tas-Segretarju Permanenti. Is-Segretarji Parlamentari huma intitolati għal 4 parkeggi inkluż dak tas-Segretarju Parlamentari. Minn żmien għal żmien Transport Malta tagħmel eżercizzji biex tara li l-parkeġġi huma skont dawn ir-regolamenti. Minħabba l-bidla fil-Ministeri, bhalissa għaddej proċess biex jinbidlu xi numri ta’ parkeġġi li nbidlu minn Ministeru għall-ieħor.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli, u Tibdil fil-Klima– proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – impatt
Question
Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jiġi analizzat x’impatt (pożittiv jew negattiv) li dan jista’ jġib miegħu? Jekk dan sar jista’ jpoġġi l-analisi rispettiva fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta minn dejjem kellha l-aħjar relazzjonijiet mar-Renju Unit u rridu nkunu attivi fi ħdan l-UE biex nassiguraw li n-negozjati ta’ Brexit iħarsu l-interessi taċ-ċittadini Ewropej b’attenzjoni partikolari fuq l-interessi ta’ Malta u l-Maltin. L-Onor. Interpellant jifhem li hemm diversi aspetti li jridu jiġu ssalvagwardjati inkluż li r-Renju Unit ma jistax ikollu pakkett aktar favorevoli minn dak li ġġib sħubija fl-Unjoni Ewropea. Hemm diversi oqsma li qed jiġu kkunsidrati fl-analiżi li qed iwettaq il-Gvern Malti nkluż id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin li jaħdmu u jistudjaw fir-Renju Unit, l-interessi tan-negozji Maltin li joperaw jew li joffru servizz fir-Renju Unit, l-aċċess tas-suq ewlieni Ewropew, kif ukoll oqsma oħra tal-ekonomija. Irridu naraw ukoll fost oħrajn li l-arranġamenti li għandha Malta mar-Renju Unit fil-qasam tal-kura għall-pazjenti, jibqgħu mhux mittiefsa. Ta’ min ifakkar ukoll li l-Gvern għadu kemm waqqaf it-taskforce għall-promozzjoni tan-negozju ta’ Malta fir-Renju Unit, immexxija mis-Sur Joseph Zammit Tabona. It-taskforce twaqqfet sabiex timplimenta pjan t’azzjoni sa tmiem l-2019 biex jiġi promoss negozju, inkluż dak industrijali, ekonomiku u attivitajiet finanzjarji lejn Malta b’kollaborazzjoni mar-Renju Unit. L-Onor. Interpellant japprezza li mhuwiex prudenti li f’dan l-istadju l-Gvern jippublika r-riżultati ta’ l-analiżi tiegħu. Malta flimkien ma’ 26 Stat Membru ieħor tinsab f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea sabiex l-interess tal-Unjoni u l-Istati Membri jiġu ssalvagwardjati.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – opportunitajiet
Question
Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri, il-proġetti jew l-inizjattivi li l-Ministeru tiegħu u/jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu ser iwettqu, biex pajjiżna jkun jista’ jibbenefika minn opportunitajiet li jistgħu jinħolqu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 674.
Ministeru għall-Finanzi – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – impatt
Question
Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jiġi analizzat x’impatt (pożittiv jew negattiv) li dan jista’ jġib miegħu? Jekk dan sar, jista’ jpoġġi l-analisi rispettiva fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari 642.
Ta min ifakkar ukoll li l-Gvern għadu kemm waqqaf it-taskforce għall-promozzjoni tan-negozju ta’ Malta fir-Renju Unit, immexxija mis-Sur Joseph Zammit Tabona. It-
taskforce
twaqqfet biex timplimenta pjan t’azzjoni sa tmiem l-2010 biex jiġi promoss negozju, inkluż dak industrijali, ekonomiku u attiviatjiet finanzjarji lejn Malta b’kollaborazzjoni mar-Renju Unit.
Ministeru għall-Finanzi – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – opportunitajiet
Question
Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri, il-proġetti jew l-inizjattivi li l-Ministeru tiegħu u/jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu ser iwettqu biex pajjiżna jkun jista’ jibbenefika minn opportunitajiet li jistgħu jinħolqu?
B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 80, nixtieq nippreċiża li qiegħed nirreferi għal kull tip ta' sponsorship li taw id-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu kemm jekk l-isponsorship kien jikkonsisti f'għotja ta’ flus kif ukoll jekk l-isponsorship kien in kind, jiġifieri billi ġie provdut xi servizz b'xejn. Jista’ l-Ministru f'kull każ jgħid taħt liema skema ngħata l-isponsorship, meta saret it-talba għal dan l-isponsorship u min approva f'kull każ l-isponsorship?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat li mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħi, kienu biss l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u l-Malta Film Commission li taw xi tip ta’ sponsorship waqt il-perjodu msemmi (01.05.17 – 02.06.17).
Filwaqt li l-MFC sponsorjat Film Festival u Film Workshop, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu għandha fond li minnu tagħti forom ta’
sponsorships
lill-għaqdiet volontarji jew kumpaniji għall-organiżżazzjoni ta’ attivitajiet ta’ natura turistika.
Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa — sponsorships
Question
B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 84, nixtieq nippreċiża li qiegħed nirreferi għal kull tip ta' sponsorship li taw id-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu kemm jekk l-isponsorship kien jikkonsisti f'għotja ta’ flus kif ukoll jekk l-isponsorship kien in kind, jiġifieri billi ġie provdut xi servizz b'xejn. Jista’ d-Deputat Prim Ministru f'kull każ jgħid taħt liema skema ingħata l-isponsorship, meta saret it-talba għal dan l-isponsorship u min approva f'kull każ l-isponsorship?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda tip ta’ sponsorship kemm mill-Ministeru għas-Saħħa kif ukoll mid-dipartimenti jew entitajiet tiegħu, fil-perjodu imsemmi minnu.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — sponsorships
Question
B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 85, nixtieq nippreċiża li qiegħed nirreferi għal kull tip ta' sponsorship li taw id-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu kemm jekk l-isponsorship kien jikkonsisti f'għotja ta’ flus kif ukoll jekk l-isponsorship kien in kind, jiġifieri billi ġie provdut xi servizz b'xejn. Jista’ l-Ministru f'kull każ jgħid taħt liema skema ingħata l-isponsorship, meta saret it-talba għal dan l-isponsorship u min approva f'kull każ l-isponsorship?
Response (ABELA, CARMELO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ ma ħariġx sponsorships.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — sponsorships
Question
B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 86, nixtieq nippreċiża li qiegħed nirreferi għal kull tip ta' sponsorship li taw id-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu kemm jekk l-isponsorship kien jikkonsisti f'għotja ta’ flus kif ukoll jekk l-isponsorship kien in kind, jiġifieri billi ġie provdut xi servizz b'xejn. Jista’ l-Ministru f'kull każ jgħid taħt liema skema ingħata l-isponsorship, meta saret it-talba għal dan l-isponsorship u min approva f'kull każ l-isponsorship?
Response (BORG, IAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, fil-perjodu msemmi fil-mistoqsija Parlamentari numru 86, kien hemm biss sponsorship wieħed mill-entitajiet li jaqgħu taħt dan il-ministeru. Is-somma ta’ €3,000 ingħatat minn Transport Malta, bħala promozzjoni favur trasport aktar nadif, lill-organizzaturi ta’ Earth Garden. Din kienet approvata miċ-Chairman.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — sponsorship
Question
B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 88, nixtieq nippreċiża li qiegħed nirreferi għal kull tip ta' sponsorship li taw id-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu kemm jekk l-isponsorship kien jikkonsisti f'għotja ta’ flus kif ukoll jekk l-isponsorship kien in kind, jiġifieri billi ġie provdut xi servizz b'xejn. Jista’ l-Ministru f'kull każ jgħid taħt liema skema ingħata l-isponsorship, meta saret it-talba għal dan l-isponsorship u min approva f'kull każ l-isponsorship?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali u d-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu, ma tawx sponsorships bejn l-1 ta’ Mejju u t-2 ta’ Ġunju 2017.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-SOPs li saru mill-Pulizija u mill-FSWS dwar ħidma biex l-assentejiżmu jonqos fl-iskejjel tal-Istat, u jindika kemm-il tifel jew tifla ingħataw servizz mill-FSWS għal dan ir-rigward u x'tip ta' servizz ingħataw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iStandard Operating Procedure (SOP) li sar mal-Pulizija dwar ħidma biex l-assenteiżmu jonqos fl-iskejjel tal-Istat hu dan li ġej:
1. Il-Pulizija jassistu lill-ħaddiema soċjali f’sitwazzjonijiet meta, minkejja kull intervent possibbli, ma jirnexxilhomx jagħmlu kuntatt ma’ ġenituri ta’ tfal li qed ifallu l-iskola.
2. Il-Pulizija jinfurmaw lill-ħaddiema soċjali fi ħdan is-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport Għall-Iskejjel meta fil-ħidma tagħhom jiltaqgħu ma’ tfal bl-uniformi fit-triqat waqt il-ħin tal-iskola.
3. Meta l-ħaddiema soċjali flimkien mal-iskola jidentifikaw tfal barranin li ġejjin minn pajjiżi barra l-UE li fallew aktar minn 50 ġurnata konsekuttiva mingħajr awtorizzazzjoni u li għandhom suspett li telqu mill-pajjiż, jibagħtu d-dettalji ta’ dawn l-istudenti lill-pulizija li min-naħa tagħhom ifittxu informazzjoni dwar il-moviment tal-istudent u l-familja tiegħu.
L-SOP mal-Foundation for Social Welfare Services (FSWS) dwar ħidma biex l-assenteiżmu jonqos fl-iskejjel tal-Istat hu kif ġej:
1. Tinżamm komunikazzjoni regolari bejn il-ħaddiema soċjali tal-FSWS u dawk tad-Direttorat tal-Edukazzjoni dwar klijenti komuni permezz ta’ telefonati, imejls u laqgħat mill-inqas darba kull term.
2. Meta jsir referral ta’ student li qed ifalli u/jew tal-familja tiegħu biex tingħata għajnuna relatata mar-raġunijiet li qed iwasslu għall-assenteiżmu dawn jingħataw prijorità meta jiġu allokati l-każijiet lill-ħaddiema soċjali fi ħdan l-FSWS. Dan japplika l-aktar għal servizzi speċjalizzati u terapewtiċi.
3. Meta tfal qed ifallu minħabba li qed isofru xi abbuż jiġi applikat l-MOU li tnieda bejn iż-żewġ entitajiet fl-2016.
Ta’ min jinnota li matul is-sena skolastika 2016-17 kien hemm 104 każijiet fil-primarja u 70 każ fis-sekondarja li nħadem bejn il-ħaddiema soċjali tad-Direttorat għall-Edukazzjoni flimkien mal-ħaddiema soċjali tal-FSWS. It-tabella ta’ hawn taħt tindika kemm inħadmu każijiet kemm tal-primarja kif ukoll tas-sekondarja mas-servizzi rispettivi tal-FSWS:
Servizzi tal-FSWS
Numru ta’ Studenti tal-Primarja
Numru ta’ Studenti tas-Sekondarja
Child Protection Services
69
35
Community Services
13
9
IFSS
8
12
Domestic Violence Services
4
3
Youth in Focus
N/A
7
Support Line 179
1
Homebased Therapy Service
3
2
Looked after Children
1
2
Adoption Services
1
Fostering Services
1
Court Services
2
Home Start
1
TOTAL
104
70
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u jgħid x’inhuma l-linji gwida dwar studenti barranin li ma jkunux qed jattendu għal iżjed minn 25 ġurnata mingħajr awtorizzazzjoni u jindika minn min qegħdin jiġu mwettqa dawn il-linji gwida?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-linji gwida dwar studenti barranin li ma jkunux qed jattendu għal iżjed minn 25 ġurnata mingħajr awtorizzazzjoni u min qed iwettaqhom huma dawn li ġejjin:
1. Il-ħaddiema soċjali jidentifikaw dawn l-istudenti waqt l-eżerċizzju ta’ moniteraġġ tal-attendenza tal-istudenti kollha li ssir fuq bażi regolari f’kull Kulleġġ. Huma jiddiskutu kull student mal-iskola kkonċernata biex janalizzaw x’ħidma diġà saret magħhom. Wara jagħmlu kuntatt mal-familja permezz ta’ viżta d-dar. Jekk din tkun mingħajr suċċess tintbagħat ukoll ittra reġistrata lill-familja tal-istudent fejn jintalbu jagħmlu kuntatt magħhom jew mal-iskola fi żmien stipulat.
2. Fil-każ ta’ studenti mill-pajjiżi tal-EU li wara l-ħidma msemmija f’punt numru 1 xorta ma jsir l-ebda kuntatt mill-ġenituri u jibqgħu ma jirritornawx l-iskola, wara li jfallu 50 ġurnata konsekuttiva mingħajr awtorizzazzjoni, issir diskussjoni mmexxija mill-kap tal-iskola mal-professjonisti kkonċernati fuq il-każ biex dawn l-istudenti jiġu trasferiti fuq skola virtwali fuq l-E1 platform. Din id-deċiżjoni tittieħed fid-dawl li min-naħa tal-iskola flimkien mal-ħidma tal-ħaddiema soċjali sar minn kollox biex isir kuntatt mal-familja. Din il-proċedura ta’ trasferiment bdiet titwettaq minn Ġunju 2017.
3. F’każ ta’ studenti li mhumiex ġejjin mill-pajjiżi tal-EU li wara l-ħidma msemmija f’punt numru 1 xorta ma jsir l-ebda kuntatt mill-ġenituri u jibqgħu ma jirritornawx l-iskola, wara li jfallu 50 ġurnata konsekuttiva mingħajr awtorizzazzjoni, tintbagħat korrispondenza uffiċjali lill-pulizija skont il-ftehim li ntlaħaq fl-2016 biex jgħarrfu lill-ħaddiema soċjali jekk l-ismijiet identifikati telqux mill-pajjiż jew le. Jekk il-ħaddiema soċjali ma tirċevix risposta fi żmien xahar issir diskussjoni mmexxija mill-kap tal-iskola mal-professjonisti kkonċernati fuq il-każ biex dawn l-istudenti jiġu trasferiti fuq skola virtwali fuq l-E1 platform. Din id-deċiżjoni tittieħed fid-dawl li min-naħa tal-iskola flimkien mal-ħidma tal-ħaddiema soċjali sar minn kollox biex isir kuntatt mal-familja. Din il-proċedura ta’ trasferiment bdiet titwettaq minn Ġunju 2017.
Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li rriżenjaw
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 615, jista' l-Ministru jgħid għall-persuna li rriżenjat minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perijodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-11 ta' Lulju 2017, jekk ir-riżenja tiegħu jew tagħha kenitx waħda volontarja jew inkella l-persuna ġietx imġiegħla tirriżenja?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-persuna li rreżenjat fil-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-4 ta' Lulju 2017 irreżenjat fuq bażi volontarja.