Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gozo Museum

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Gozo Museum? Kemm-il tender inħareġ sa issa? Liema kienu? Kemm kien hemm offerenti u min intgħażel? X'kienet l-ispiża s'issa fuq dan il-Mużew min-naħa ta' Heritage Malta? Meta hu mistenni li jinfetaħ dan il-Gozo Museum?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s’issa intefqu madwar €200,000 fuq xogħlijiet ta’ preparazzjoni għal-dan il-mużew, li mistenni jkun lest matul din il-legizlatura. Rigward tenders, kif diġà weġibt fil-mistoqsija parlamentari 1493 qegħdin fil-proċess li jinkitbu mill-integrated design team.
Leg 13 PQ #1643 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Bini ta’ Qorti ġdid

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett ta' bini ta’ Qorti ġdid f'Għawdex? Tista' tgħid kemm inħarġu tenders sa issa għal dan il-proġett u kemm minnhom ġew awarded? F'kull każ kemm hu l-valur tender li ġie awarded? Meta hu mistenni li jitlesta dan il-proġett u jibda jintuża?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ġie kkumissjonat rapport ġeo-tekniku dwar is-sit, bħalissa għaddejja diskussjoni interna dwar l-e¿itu tal-istess rapport. Informazzjoni ulterjuri tingħata fl-istadju opportun.
Leg 13 PQ #1644 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – impjegati

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 363 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna ġiet impjegata mal-Ministeru għal Għawdex jew xi wieħed mid-direttorati u d-dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-Ministeru minn Marzu 2013 sa' Ġunju 2017? F’liema kariga u skala ġew impjegati dawn il-ħaddiema? F’kull każ tista’ tgħid jekk is-sejħa nħarġitx wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u jekk le, x'kienet ir-raġuni?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Tourist Police – ħlas ta’ sahra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-pulizija se jitħallsu tas-sahra li għamlu minn Jannar 2017 bħala tourist police?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi t-tourism police ma jitħallsux sahra iżda extra duty u din titħallas mill-Ministeru tat-Turiżmu. L-aħħar pagament li rċieva d-dipartiment kien din il-ġimgħa u l-ħlas qed jiġi proċessat bil-ħsieb li dan jiġi rifless fis-salarju tal-uffiċjali konċernati f’Novembru jew l-aktar tard fil-bidu ta’ Diċembru 2017.
Leg 13 PQ #1651 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Finanzi

Eco-Tax Miġbura

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1337 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè jgħid kemm inġabret Eco Tax minn Malta u Għawdex bejn Ġunju 2016 u Mejju 2017?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: Eco Tax Miġbura bejn Ġunju 2016 u Mejju 2017 Ġunju - Diċembru 2016€248,224.28 Jannar - Mejju 2017€1,123,538.69 TOTAL:€1,371,762.97
Leg 13 PQ #1653 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali – votanti li vvutaw qabel il-jum tal-elezzjoni ġenerali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm votanti, distrett b'distrett, ivvutaw kmieni skont l-Art. 77(3A)(a) tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali minħabba li fil-jum proprju tal-Elezzjoni Ġenerali tal-2017, kienu se jkunu barra minn Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li hawn taħt jinsab it-tagħrif mitlub rigward il-votanti li ivvutaw fis-27 ta’Mejju 2017. DISTRETT VOTANTI REĠISTRATI IVVUTAW 1 278 275 2 262 254 3 255 250 4 219 214 5 263 259 6 212 205 7 266 260 8 381 377 9 470 463 10 582 571 11 391 385 12 423 414 13 240 237
Leg 13 PQ #1654 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Ministeru għat-Turiżmu

Elezzjoni Ġenerali – biljetti sussidjati tal-Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm passiġġieri li siefru b'titjiriet issussidjati tal-Air Malta biex ġew jivvutaw fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2017? Jista' jgħid x'kien in-numru għal kull ajruport li minnhom saru dawn it-titjiriet? Kemm minnhom kienu eletturi u kemm minnhom kienu dipendenti u mhux eletturi? X'kienet is-somma totali li tħallset bħala sussidju?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat li kien hemm total ta’ 2052 passiġġier li siefru b’titjieriet tal-Air Malta biex ġew jivvutaw fl-Elezzjoni Ġenerali 2017. Dawn it-titjiriet saru minn 22 ajruport differenti. Kien hemm 1717 persuna li kienu eletturi u 335 li kienu dipendenti u mhux eletturi. L-Air Malta imxiet fuq l-istess linji u mudel kif saru elezzjonijiet u referenda matul dawn l-aħħar 20 sena.

Kummissjoni Permanenti dwar il-Korruzzjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex għadhom ma ttieħdux passi mill-Pulizija kontra l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ladarba l-Kummissjoni Permanenti dwar il-Korruzzjoni irreferiet il-każ tiegħu lill-Pulizija wara li sabet każ ta’ korruzzjoni wara li talab commission ta’ €25,000 fuq kuntratt ta’ riċiklaġġ? X’inhu lest jagħmel il-Ministru biex jara li l-Pulizija taqdi dmirha u tara li jittieħdu passi skont id-dritt tal-liġi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li, in linea ma’ obbligi proċedurali u anke legali, l-investigazzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija jridu jissoktaw xorta fuq kull każ, anke fid-dawl li żgur jeżistu livelli u metodi differenti ta’ stħarriġ imewttqa minn entitajiet differenti. Dan qabel ma jittieħdu passi ulterjuri, ibbażat fuq dak li jkun irriżulta anke fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija. Kif diġà kelli l-okkażjoni li nirrimarka f’din l-istess Kamra ftit tal-ġranet biss ilu fuq l-istess każ inkwistjoni, l-Onorevoli interpellant m’għandux jippretendi li jien, bħala l-Ministru responsabbli, nindaħal fuq xi investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin. Kontra dak li jidher li temmen l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, dan il-Gvern ma jħossx li l-politiku għandu jkollu tali drittijiet li jindaħal.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – ingaġġ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadux ingaġġat ma’ xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu? Jekk għadu ingaġġat, kif jispjega dan il-Ministru ladarba l-Kummissjoni Permanenti dwar il-Korruzzjoni sabet li kien involut f’każ ta’ korruzzjoni?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament mhux ingaġġat ma’ xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħi.

Prodotti mediċinali relatati mal-kannabis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess inħareġ biex jintużaw prodotti mediċinali relatati mal-kannabis minn mindu saret il-liġi li tippermeti dan?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm ebda applikazzjoni li kienet taqa’ taħt it-termini tal-liġi kurrenti.

Persuni fi spartijiet — Użu rikreattiv tal-kannabis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew admitted persuni fi sptarijiet jew reparti ta’ kura mentali għall-kumplikazzjonijiet psikoloġiċi li huma maħsuba li kienu relatati mal-użu rikreattiv tal-kannabis minn għaxar snin ‘l hawn, sena b’sena sal-aħħar records?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Wied il-Għajn – Wasteserv — skart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskart li hemm il-Wasteserv f’Wied il-Għajn hux tossiku jew le wara t-testijiet li saru barra minn Malta? Jista’ jippubblika r-riżultati li rċieva minn barra?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Wasteserv bdiet immedjatament il-proċess sabiex il-materjal jiġi ppakjat f’sealed jumbo bags ħalli jkunu jistgħu jiġu esportati. Il-Materjal, la setgħa jiġi esportat qabel, wisq anqas ippakjat f’ sealed jumbo bags apposta, qabel mal-ewwel isiru t-testijiet neċessarji skont gwidi regolatorji internazzjonali.

Learning Support Assistants — sejħa

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta hemm il-ħsieb li toħroġ is-sejħa għal-Learning Support Assistants u x’inhuma r-rekwiżiti biex persuna tkun eleġibbli?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li hemm żewġ sejħiet għal-Learning Support Assistants li dalwaqt ser joħorġu kif ġej: 1. Is-sejħa ta’ Learning Support Assistant I ħierġa dalwaqt (Novembru/Diċembru 2017) Rekwiżiti tal-eliġibbilt à (i) profiċjenti fil-lingwa Maltija u fil-lingwa Ingli¿a; (ii) fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta ( Certificate ), f’Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 30 kreditu tal-ECTS/ECVET jew ekwivalenti), fl-Edukazzjoni Inklussiva. 2. Is-sejħa ta’ Learning Support Assistant II ħierġa dalwaqt (Diċembru/Jannar 2017) Rekwiżiti tal-eliġibbilt à (i) profiċjenti fil-lingwa Maltija u fil-lingwa Ingliża; (ii) fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta ( Diploma ), f’Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 60 kreditu tal-ECTS/ECVET jew ekwivalenti), fl-Edukazzjoni Inklussiva. Infurmat ukoll li s-sejħa ta’ Learning Support Assistant Supplimentari ħarġet u tibqa’ miftuħa sad-29 ta’ Diċembru 2017. Rekwiżiti tal-eliġibbilt à (i) profiċjenti, kemm fil-lingwa Maltija u kif ukoll fil-lingwa Ingliża; U (ii) fil-pussess ta’ kwalunkwe kwalifka rikonoxxuta f’livell 6 tal-MQF, (dment li fir-rigward ta’ programmi li bdew minn Ottubru ta’ 2003 ’il quddiem, din għandha tkun suġġetta għal minimu ta’ 180 kredtu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti); JEW (iii) fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta f’livell 5 tal-MQF, (dment li fir-rigward ta’ programmi li bdew minn Ottubru ta’ 2003 ’il quddiem, din għandha tkun suġġetta għal minimu ta’ 30 kredtu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti) fl-Edukazzjoni Inklussiva; U (a) kwalifika li turi li għaddew (almenu fi Grad 1-5, Grad C jew komparabbli) f’erba’ (4) suġġetti f’livell 3 tal-MQF, u li jridu jinkludu l-Malti, il-lingwa Ingliża, il-Matematika u kwalunkwe suġġett ieħor; JEW (b) Kwalifika Vokazzjonali sħiħa f’livell 3 tal-MQF, jew il-kwalifika ta’ Ċertifikat u Profil tal-Iskola Sekondarja fil-livell 3 tal-MQF, f’erba’ (4) suġġetti li jkunu jinkludu il-Malti, il-lingwa Ingliża, u l-Matematika u kwalunkwe suġġett ieħor bħala suġġetti separati fi ħdan il-programm ta’ studju; JEW (iv) fil-pussess ta’ Kwalifika sħiħa rikonoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF, fil- Health & Social Care, Children’s Play Learning & Development, Children’s Care Learning & Development, ; U (a) kwalifika li turi li għaddew (almenu fi Grad 1-5, Grad C jew komparabbli) f’erba’ (4) suġġetti f’livell 3 tal-MQF, u li jridu jinkludu l-Malti, il-lingwa Ingliża, il-Matematika u kwalunkwe suġġett ieħor; JEW (b) Kwalifika Vokazzjonali sħiħa f’livell 3 tal-MQF, jew il-kwalifika ta’ Ċertifikat u Profil tal-Iskola Sekondarja fil-livell 3 tal-MQF, f’erba’ (4) suġġetti li jkunu jinkludu l-Malti, il-lingwa Ingliża, u l-Matematika u kwalunkwe suġġett ieħor bħala suġetti separati fi ħdan il-programm ta’ studju; JEW (v) fil-pussess ta’ kwalunkwe suġġett f’Livell Avvanzat (l-anqas grad E), tal-MQF Livell 4; U (a) kwalifika li turi li għaddew (almenu fi Grad 1-5, Grad C jew komparabbli) f’erba’ (4) suġġetti f’livell 3 tal-MQF, u li jridu jinkludu l-Malti, il-lingwa Ingliża, il-Matematika u kwalunkwe suġġett ieħor; JEW (b) Kwalifika Vokazzjonali sħiħa f’livell 3 tal-MQF, jew il-kwalifika ta’ Ċertifikat u Profil tal-Iskola Sekondarja fil-livell 3 tal-MQF, f’erba’ (4) suġġetti li jkunu jinkludu l-Malti, il-lingwa Ingliża, u l-Matematika u kwalunkwe suġġett ieħor bħala suġetti separati fi ħdan il-programm ta’ studju.

Advisory Board tal-fostering

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31137 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-inkjesta li kienet intalbet mill-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali meta kien għamel referenza għal diskors li sar minni fil-21 ta’ Ottubru 2015 waqt seduta parlamentari b'rabta mal-ħidma tal-Advisory Board tal-fostering (peress li dakinhar l-informazzjoni mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari kienet tgħid li l-inkjesta inkwistjoni kienet waslet fi stadju li se tingħalaq)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-inkjesta waslet fl-aħħar fejn il-provi nġabru u qiegħda fi stadju li jiġi kumpilat ir-rapport.

Il-Mellieħa – Triq Ġorġ Borg Olivier – apparat biex jitkejjel il-livell ta’ emissjonijiet

Question

Peress li sa numru ta’ snin ilu fi Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa kien jintuża apparat mill-awtoritajiet konċernati (MEPA) sabiex jitkejjel il-livell ta’ emissjonijiet f’din iż-żona, jista’ l-Ministru jara li dan l-apparat jerġa’ jibda jintuża (anke jekk minn awtoritajiet differenti minn dawk preċedenti) sabiex wieħed ikun jista’ jifhem aħjar jekk l-emissjonijiet ikkawżati f’din iż-żona hux qed jikkawżaw ħsara fis-saħħa tal-persuni li jiffrekwentaw din iż-żona?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li għall-kuntrarju ta’ dak li qed jgħid, mhux vera li l-ERA neħħiet l-apparat, iżda żammet l-apparat li kellha il-MEPA tal-passive diffusive tube li jkejjel il-livell ta’ inkwinanti fl-arja f’dik iż-żona (35.958467N, 14.361878E in WGS 84).

Il-Mellieħa – Triq Ġorġ Borg Olivier – apparat biex jitkejjel il-livell ta’ emissjonijiet

Question

Peress li sa numru ta’ snin ilu fi Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa kien jintuża apparat mill-awtoritajiet konċernati (MEPA) sabiex jitkejjel il-livell ta’ emissjonijiet f’din iż-żona, jista’ l-Ministru jara li dan l-apparat jerġa’ jibda jintuża (anke jekk minn awtoritajiet differenti minn dawk preċedenti) sabiex wieħed ikun jista’ jifhem aħjar jekk l-emissjonijiet ikkawżati f’din iż-żona hux qed jikkawżaw ħsara fis-saħħa tal-persuni li jiffrekwentaw din iż-żona?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Mellieħa — Proġett Waste to Energy

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1478, jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk il-lokalità tal-Mellieħa hijiex qed tiġi kkonsidrata bħala waħda mil-lokalitajiet li fiha jista' jinbena l-proġett 'Waste to Energy'?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-diskussjoni li għaddejja bħalissa bejn il-Kumitat maħtur apposta u li l-Oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax, m’hijiex dwar il-fejn imma aktar dwar il-kif pajjiżna ser ikollu impjant ta’ waste to energy li huwa tajjeb għal pajjiżna kif ukoll tajjeb għal saħħitna. Ovvjament, ix-xogħol relattiv kollu b’rabta mal-impjant inkwistjoni jrid jitwettaq fil-kwadru tar-regoli kollha aplikabbli inkluż dawk tal-ippjanar.

Landfill tal-Magħtab — Kawża tal-irwejjaħ

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1476 dwar l-irwejjaħ mil-Landfill tal-Magħtab, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tat-testijiet (sniff testing) li skont ir-risposta imsemmija jsiru b'mod regolari kull ġimgħa f'din iż-żona indikata?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati tat-testijiet.

San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u n-Naxxar – toroq mibnija mill-ġdid

Question

Mil-lista ta' toroq li l-Gvern se jkun qed jibni mill-ġdid matul is-seba’ snin li ġejjin, jista’ l-Ministru jindika liema se jkunu dawk it-toroq fil-lokalitajiet (konfini) tal-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar li se jkunu nklużi f'dan il-programm?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Bajja tax-Xlendi u l-Wied — graffiti - passi

Question

Hemm il-ħsieb li jinħareġ mandat ta' arrest biex ċittadin Ingliż, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li għamel sfreġju bil-graffiti tiegħu fuq il-Blat tal-Wied u l-Bajja tax-Xlendi jinġieb Malta ħalli jħallas għal għemilu? Billi dawn il-graffiti qed jitneħħew mill-Gvern Malti bi spiża mhux żgħira jistax il-Ministru jitlob il-parir tal-AG biex dan l-individwu jitressaq quddiem il-ġustizzja wara l-isfreġju li għamel fuq l-ambjent naturali tal-Wied u l-Bajja pittoreska tax-Xlendi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-investigazzjonijiet relatati mal-każ ta' sfreġju bi graffiti fix-Xlendi nbdew malli dan l-inċident ġie magħruf mill-Pulizija tad-Distrett, f'Għawdex. Infurmat illi sallum għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet anke peress li l-persuna suspettata ma tinsabx f'dawn il-gżejjer u filwaqt li dan qed isir biex jiġu stabbiliti l-proċeduri sussegwenti, kif korrettament indika l-Onorevoli Interpellant, ser jittieħed ukoll il-parir tal-avukat ġenerali.