Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-raġuni li ma nstema’ xejn aktar dwar il-proġett ta' Airstrip f'Għawdex u dan meta kienu diġà saru studji relattivi għall-proġett ta' rural/green airfield u li anke sar progress sinifikanti fl-istudji dwar il-vijabilità u l-impatt tal-green airstrip f'Għawdex? Tista' tgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li jitwettaq dan il-proġett?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
F’din il-leġiżlatura għandna programm elettorali ambizzjuz u ser jiġu esplorati diversi proġetti ġodda.
MCA – anzjani li ma jkunux maqtugħin mid-dinja diġitali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’għamlet s’issa l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) biex l-anzjani ma jkunux maqtugħin mid-dinja diġitali u b’hekk ukoll jibdew jieħdu sehem b’mod aktar sħiħ fil-ħajja personali u soċjali tagħhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Sa mill-bidu nett tal-ħidma tagħha fil-qasam tal - inklużjoni diġitali , l-anzjani kienu mira ewlenija tal Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (l-MCA). Dan kien għaliex propju li fil- bidu nett ta’ din il-ħidma, l-figuri ta’ dawk li ma kienux jagħmlu użu mill-Internet fost dawk li għandhom iktar minn 55 sena, kienet ta’ 82% , figura li kienet ferm iktar għolja mill-medja Ewropeja ippublikata mill-Kummissjoni Ewropea għall-istess żmien. Sitwazzjoni kemm xejn simili kienet teżisti wkoll fir-rigward tal-użu tal-kummerċ elektroniku fejn 42% biss kienu jagħmlu użu min din il- faċilita u l-vantaġġi li jġġib miegħu dan il-forma ta’ kummerċ.
L-MCA wettqet numru ta’ inizjattivi sabiex tittejjeb din is-sitwazzjoni speċjalment permezz ta’ sensiela ta’ programmi ta’ taħriġ li ġew varati minn żmien għal żmien. Dan wassal f’titjib sotanzjali kif konfermat mill-istatistka maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea. Fl-2016, il-persentaġġ ta’ persuni li għandhom ikar minn 55 sena li ma jużawx l-Internet niżel għal 48%, filwaqt dawk li li jagħmlu użu min xi forma ta’ kummerċ elettroniku tela’ għall 65%.
Fost l-inzjattivi li l-iktar li għamlu differenza kien hemm taħriġ fil-ħiliet bażiċi tal-użu tal-kompjuter lil madwar 4,500 ċittadin, li parti minnhom kienu persuni li jaqgħu fil-kategorija imsemmija. Dan issarraf f’ total ta’ il fuq minn 100,000 siegħa ta’ taħriġ. ‘Leħen Diġitali’ kien kors ieħor li ħarreġ madwar 1,500 anzjan permezz tat-tablets filwaqt li madwar 500 anzjan ieħor ingħataw taħriġ dwar ix-xiri online. Taħriġ ieħor, li wkoll kien immirat primarjament għall-anzjani, kellu l-iskop biex jinkkoraġixxi l-anzjani jużaw aktar is-servizzi bankarji permezz tal-internet. Waħda mill-aħħar inizjattivi kien taħriġ fl-użu iktar produttiv tal-ismartphone li għalih attendew ‘il fuq minn 1,000 anzjan u anzjana.
Fil-fatt l-MCA se toffri sensiela ta’ taħriġ ieħor fuq l-użu tal-Internet lil madwar 2,000 persuna oħra. Dan qed isir b’ kollaborazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva.
Peress li l-Gvern għadu kemm iffirma dikjarazzjoni li tikkonferma li l-istati membri tal-Unjoni Ewropea huma kommessi li jaħdmu biex l-Ewropa ssir suq ewlieni għat-teknoloġija 5G, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex jippromwovi l-investiment u l-innovazzjoni f’din it-teknoloġija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-impenn tal-Gvern biex Malta tkun fost l-aqwa anke fis-settur tat-teknoloġija, kien ikkonfermat meta il-Gvern iffirma id-dikjarazzjoni imsemmija fil-mistoqsija magħmula mill-interpellant. Dan jikkonferma d-determinazzjoni tal-Gvern biex Malta tkun minn ta’ quddiem fil-qasam tal-innovazzjoni fit-teknoloġija tal-broadband veloċi, ultra-veloċi u “5G”.
Sa mil-bidu ta’ din is-sena, il-Gvern beda ħidma intensiva relatata ma l-investiment u l-innovazzjoni f’ teknoloġiji ġodda li jistgħu jwasslu għal tkabbir ekonomiku u titjib fil-kwalità tal-ħajja.
Ta’ min wieħed isemmi li fuq livell Ewropew, il-Presidenza Maltija rnexxiela tagħlaq kapitlu ewlieni li jarmoniżża l-banda ta’ frekwenzi msemmija bħala 700 MHz (megahertz) għal servizzi “5G”. Fost l-oħrajn, din il-banda tippermetti l-introduzzjoni ta’ servizzi innovattivi diġitali kif ukoll tiffaċilita il-ġarr ta’ traffiku ta’
broadband
fuq teknoloġiji
wireless
, liema traffiku qiegħed jiżdied b’rata mgħaġġla. Għal dan il-għan, l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (l-MCA) qed taħdem sabiex Malta tkun tista’ toffri l-aċċess għal din ir-riżorsa importanti fl-iqsar żmien possibbli.
¯viluppi fis-settur tal-komunikazzjoni, joffru numru ta’ sfidi ġodda fir-rigward ta’ implimentazzjoni u anke amministrazzjoni ta’ dawn it-teknoloġiji. Il-Gvern, bl-għajnuna tal-MCA, qed jaħdem bi sħieħ sabiex jassigura li l-qafas meħtieg biex jkunu jistgħu joperaw dawn it-teknoloġiji ġodda, ikun mwettaq fil-ħin. L-MCA qed tniedi diversi inizzjattivi biex tassigura li
radio spectrum
neċessarju għall-iżvilupp u l-investiment fit-teknoloġiji ġodda, ikunu disponibbli bl-aktar mod ġust u effiċjenti. Dan il-qafas ta’ xogħol qed isir mhux biss fir-rigward tas-700 Mhz li irreferejt għalih qabel, imma kif ukoll fuq firxa ta’
radio spectrum
bands
eżistenti oħra jew li ser jiġu iddentifikati fiż-żmien qarib għall-użu ta’ dawn it-teknoloġiji ġodda, inkluża it-teknoloġija tal-“5G”.
Għaldaqstant, l-MCA diġà nehdiet pjan ta’ ħidma biex tkun tista’ toffri frekwenzi tar-radju ġodda għal servizzi innovativi
wireless
bħal-“5G”, kemm għall-operaturi biex jipprovdu servizzi kummerċjali kif ukoll għal diversi entitajiet interessati biex jagħmlu testijiet u provi ta’ natura pre-kummerċjali. Dan għandu jiffaċilita żvilupp ta’ l-aqwa servizzi ta’ kommunikazzjoni diġitali biex jiġu offruti fis-suq lokali. L-MCA ikkonkludiet ukoll xogħol fuq qafas ta’ liċenzjar ta’ frekwenzi għat-testijiet u prova ta’ teknoloġiji ġodda u innovattivi. Matul din is-sena diversi entitajiet kemm lokali kif ukoll internazzjonali għamlu użu minn dan il-qafas biex jiżvilluppaw is-servizzi ġodda tagħhom.
Din il-ħidma ser tissokta fix-xhur li ġejjin anki permezz ta’ inizjattivi ġodda li qed jiġu studjati bil-għan li nkomplu niffaċilitaw l-iżvilupp ta’ servizzi tal-
broadband
veloċi, ultra-veloċi u “5G”.
Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni – tech startups
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’qed isir mill-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni (MCA) biex ikun hemm attività ekonomika ġdida fir-rigward ta’ tech startups?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Fl-2014 il-Gvern ħass il-ħtieġa li jdaħħal fis-seħħ emendi fil-liġi tal-MCA li fost oħrajn taw poter lil din l-Awtorità biex tippromwovi u tmexxi ’l quddiem lil Malta bħala destinazzjoni għall-utenti ta’ valur kummerċjali għoli fir-rigward tal-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni u tal-ICT. Dan ir-rwol ta’ faċilitatur għall-innovazzjoni, jikkumplimenta rwoli oħra li għandha l-Awtorità, jiġifieri dak tradizzjonali ta’ regolatur tas-settur tal-komunikazzjoni u tal-posta, kif ukoll il-mandat li għandha biex tavvanza l-kummerċ elettroniku u l-information society. Kien għalhekk li twaqqfet funzjoni ġdida fi ħdan l-istess Awtorità, dik ta’ Business and Innovation Development maħluqa appositament biex taqdi din il-funzjoni il-ġdida.
Għaldaqstant l-Awtorità imbarkat fuq programm ta’ attività li jinkludi l-inizjattivi kif elenkat hawn taħt:
1. Din is-sena ġie ippubblikat ir-riżultat ta’ studju dwar kif l-ekosistema Maltija għal negozji diġitali, partikularment
tech
startups,
tikkompara ma’ ekosistemi oħra madwar id-dinja. Dan kien riżultat ta’ kooperazzjoni bejn l-Awtorità u
Startup Genome,
aġenzija Amerikana speċjalizzata f’dan il-qasam. L-istudju wera biċ-ċar il-potenzjal li Malta għandha biex tattira aktar
tech startups
lejn xtutha
.
Il-valur tal-ekosistema Maltija huwa stmat madwar €770 miljun.
2. L-Awtorità qiegħda tiżviluppa qafas ta’ politika ħolistika immirata sabiex tgħin il-gvern ikabbar ekosistema ta’
tech startups
f’Malta u kif din għanda tirrifletti f’aktar attività ekonomika.
3. Bil-parteċipazzjoni tagħha f’fora medjatiċi u
workshops
, l-Awtorità qiegħda wkoll tgħin sabiex jiżdied l-għarfien fost l-i
stakeholders
kollha dwar ir-realtajiet speċifiċi u uniċi li jiġu affaċċjati mill-i
startups
f’Malta. Dan qed isir flimkien ma’ attività li qed twassal għal aktar kuntatt u djalogu bejn l-i
stakeholders
ewlenin tal-ekonomija diġitali. Eżempju ta’ dan hija l-konferenza annwali ZEST li mhux biss tattira interessi lokali f’dan il-qasam, iżda wkoll tiġbed l-interess ta’ intraprendituri, talent, u investituri barranin minn ekosistemi stabbiliti.
4. L-Awtorità qiegħda wkoll taħdem sabiex tagħti ‘l Malta aktar viżibilità fuq livell internazzjonali. Dan qed isir permezz ta’ riżorsi promozzjonali li ġew żviluppati mil-Awtorità bl-għajnuna ta’ intrapriżi li qed jagħmlu suċċess fil-qasam diġitali. Barra minn hekk, fl-2016 l-Awtorità wkoll irrappreżentat lil Malta fil-konferenza
Web Summit
ġewwa Lisbona,
flimkien mal-MIMCOL u TradeMalta. B’mod rikorrenti, l-Awtorità qiegħda wkoll taqdi l-funzjoni ta’
focal point
għal intraprendituri u investituri b’interess li jiftħu n-negozju diġitali tagħhom jew jinvestu f’Malta.
5. Flimkien ma’ msieħba oħra inkluż l-Università, id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni u l-
Junior Achievement
Young Enterprise
, l-Awtorità qed tippromwovi l-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ Maltin. F’dar-rigward, iktar tard din is-sena l- Awtorità ser torganizza it-tielet edizzjoni tal-konferenza annwali
Budding Rockstars
immirata għal
high achievers
fl-aħħar sena sekondarja
fl-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex.
Din il-ħidma qiegħda tgħin biex f’Malta ikun hawn aktar intrapriżi diġitali, hekk imsejħa
tech startups
, li joperaw minn Malta b’ambizzjoni li jservu swieq globali.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-kirjiet mill-housing qed jirċevuhom mil-Lands? Meta raħsu l-kirjiet għal dawk li kienet għolitilhom il-kera, dawn raħsu għall-kulħadd?
Response (FALZON, MICHAEL)
In kwantu għall-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 1011.
In kwantu għat-tieni parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, l-kirjiet raħsu għal dawk l-inkwlini kollha li jgħixu fi proprjeta’ mikrija mill-Gvern u mill-Awtorita’ tad-Djar li kellhom żieda fil-kera b’mod awtomatiku skont lanqas kera stabbilita bil-liġi mill-2013 ‘l hawn u għalhekk intlaqtu mill-mi¿ura li ġiet imħabbra fl-aħħar Baġit.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba instab inbid fil-pussess ta’ priġunieri fil-ħabs mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Awwissu 2017? Jista’ jgħid meta saru dawn is-sejbiet u f’liema diviżjoni tal-ħabs saru dawn is-sejbiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi saru tliet sejbiet ta’ nbid fil-ħabs. Għal raġunijiet ta’ sigurta, mhux għaqli li jingħataw aktar dettalji. Dan l-abbuż mhuwiex tollerabli u lanqas ma hu abbuż l twettaq biss riċentament.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2018 se jkun hemm bidla totali fis-sistema tas-sigurta’ tal-ħabs. Fil-preżent qed jitqabbdu esperti fis-sigurta’.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba nstabu siringi ġewwa l-ħabs fil-perjodu bejn l-1 ta Jannar 2017 u l-31 ta’ Awwissu 2017, f’liema dati nstabu u f’liema diviżjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Awwissu 2017 instabet siringa waħda. Dan l-abbuż mhux tollerabli u lanqas ma hu abbuż li twettaq biss riċentament.
Għal raġunijiet ta’ sigurtà, mhux għaqli li jingħataw dettalji dwar f’liema diviżjoni din instabet.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2018 se jun hemm bidla totali fis-sistema tas-sigurta’ tal-ħabs. Fil-preżent qed jitqabbdu esperti fis-sigurta’.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ sejba ta’ kokaina kien hemm fil-ħabs? Jista’ l Ministru jgħid kemm-il każ ta’ sejba ta’ kokaina kien hemm ġewwa l-ħabs fil-perjodu bejn l-1 ta Jannar 2017 u l-31 ta’ Awwissu 2017? Jista’ jipprovdi d-dati ta’ dawn is-sejbiet u f’liema diviżjoni saru dawn is-sejbiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm każ wieħed fejn instabet sustanza suspettata droga kokaina. Għal raġunijiet ta’ sigurtà, mhux għaqli li jingħataw dettalji dwar f’liema diviżjoni din instabet.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant illi dan l-abbuż mhux xi ħaġa riċenti imma ilu għaddej għal għexieren ta’ snin.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2018 se jun hemm bidla totali fis-sistema tas-sigurta’ tal-ħabs. Fil-preżent qed jitqabbdu esperti fis-sigurta’.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri fil-ħabs li sarulhom testijiet għad-droga fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Awwissu 2017? Jista’ jgħid kemm priġunieri li fuqhom sar it-test għad-droga rriżultaw fil-pożittiv wara dawn it-testijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Awwissu 2017 saru 1262 test fuq priġunieri li minnhom kien hemm 66 test li rriżultaw fil-pożittiv.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru sejbiet ta’ drogi sintetiċi ġewwa l-ħabs, fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Awwissu 2017? F’liema dati saru dawn is-sejbiet u f’liema diviżjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Jannar sal-31 t’Awwissu kien hemm 32 każ fejn instabet sustanza suspettata droga sintetika.
Għal raġunijiet ta’ sigurtà, mhux għaqli li jingħataw aktar dettalji.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant illi dan l-abbuż mhux xi ħaġa riċenti imma ilu għaddej għal għexieren ta’ snin.
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2018 se jun hemm bidla totali fis-sistema tas-sigurta’ tal-ħabs. Fil-preżent qed jitqabbdu esperti fis-sigurta’.
Tqattigħ ta’ blat fi plot fl-abitat – ħsejjes tal-inġenji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tqattigħ ta' blat fi plot fl-abitat li jsiru b'inġenji li jagħmlu ħsejjes kbar (hymac) humiex kontrollati li jkunu jistgħu jaħdmu f'ħinijiet inkluż fis-sigħat ta’ wara nofsinhar? Jekk plot tkun imdawwra bi djar residenzjali, jeżistu provvedimenti biex jipproteġu lil terzi persuni li jkunu jaħdmu bix-shift u jkunu jridu jistrieħu fil-ħinijiet ta’ wara nofsinhar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fil-każijiet fejn hemm tqattigħ ta’ blat fi plottijiet fl-abitat li jsiru b’inġenji li jagħmlu l-ħsejjes, il-Pulizija hija gwidata bil-Provvedimenti tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 552.09 rigward Regolamenti dwar l-Immaniġjar Ambjentali tas-siti ta’ kostruzzjoni li jinkludu l-ħinijiet permessibbli sabiex isir xogħol ta’ kostruzzjoni, fost provvidementi oħra. Dawn il-provvedimenti huma applikabbli għall- kwalunkwe xogħol li jiġġenera ħsejjes. Il-Pulizija tieħu azzjoni skont il-liġi meta jkun hemm rapporti ta’ ksur ta’ provvidementi ta’ din il-leġizlazzjoni. Kopja tal-leġizlazzjoni msemmija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-qorti fuq moħqrija tal-annimali tul is-snin 2015, 2016 u 2017 s’issa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba. Fost il-każijiet li għalihom tressqu l-Qorti kien hemm nuqqas ta’ microchipping, annimali misjuba f’kundizzjonijiet mhux xierqa kif ukoll ġlied tas-sriedaq.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet maħtura bħala avukat għall-Awtorità tal-Artijiet u jekk dan sarx wara sejħa pubblika? Jekk le għaliex?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed titħallas il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għas-servizz li qiegħda tagħti lill-Awtorità tal-Artijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk jaqbilx li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li kienet waqqfet Awtorità għandhiex tinħatar avukat għall-istess Awtorità li kienet waqqfet, ftit biss wara li tkun tilfet postha fil-Parlament, u jekk ma jaqbilx, jista’ jgħid hux se jagħti ordni sabiex din il-ħatra tal-persuna tiġi revokata?
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex tinbena skola primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex? Jista' jgħid fejn se tinbena u meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq l-istess skola? Meta hu mistenni li din l-iskola tilqa' l-ewwel studenti fiha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qiegħed isir ix-xogħol preparatorju fuq il-proġett ta' Skola Primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex. Qed jiġu evalwati diversi siti għal din l-iskola primarja, possibbilment fil-kumpless ta’ skejjel fir-Rabat stess. Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin, iżda l-iskola mistennija tiftaħ f'Settembru 2019.
Ir-Rabat (Għawdex) — Xogħlijiet fuq taraġ mill-Bus Terminus sa Pjazza San Franġisk
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm sewa s’issa x-xogħol fuq it-taraġ, li mill-Bus Terminus iwassal sa Pjazza San Franġisk? Tista' tinkludi f’din l-ispiża l-prezz li tħallas biex inxtrat l-art fejn sar dan it-taraġ? Tista' tgħid jekk l-offerti biex isir ix-xogħol li fadal, inħarġux u jekk iva ngħatawx? Jekk le, x’inhi r-raġuni? Kemm hu stmat li fadal spejjeż biex dan il-proġett ikun lest u meta hu mistenni li jitlesta?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-valur li tħallas għall-art fejn sar il-proġett huwa ta’ €717,500, filwaqt li l-ispiża għax-xogħol ta’ kostruzzjoni tammonta għal €326,770.12
Is-sejħa għall-offerti għax-xogħol ta’ Inġinerija Elettrika u Mekkanika nħarġet u ġiet mogħtija għal valur ta’ €202,111.02. Bħal ma diġa tennejt fir-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1496, l-offerta tal-
finishes
ser terġa tinħareġ minħabba li l-uniku kuntrattur li kellu l-offerta
within budget
ġie skwalifikat.
Il-perjodu tat-tkomplija jiddependi mill-eżitu tas-sejħa għal offerti għal xogħol ta’ finishes li ser tinħareġ mill-ġdid.
Triq li twassal minn San Lawrenz sad-Dwejra — tarmak
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta hu mistenni li t-triq li twassal minn San Lawrenz sad-Dwejra titlesta billi tingħata l-wiċċ ta' tarmak li fadal jingħata? Kemm sewa x-xogħol fuq din it-triq sal-lum u kemm hu mistenni li jiswa x-xogħol li fadal?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li x-xogħol fuq it-triq imsemmija mistenni li jitkompla dalwaqt u mistenni li jkun lest fl-ewwel kwart tas-sena 2018. Sa issa l-pagamenti li saru in konnessjoni ma’ din l-istess triq ammontaw għal €207,794.08
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx persons of trust fl-isptarijiet ta’ Malta? Jekk iva, min huma? Jista’ jgħid x’irwol għandhom u lil min jirrapportaw?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 7 impjegati illi jaħdmu fl-isptarijiet bħala persons of trust. 4 minn dawn jaħdmu fl-isptar Mater Dei u 3 fl-isptar Monte Carmeli.