Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Tista' telenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol tat xogħol lill-kumpanija kkonċernata bejn l-2007 u l-2012 għall-ammont totali ta’ €112,603.33 (VAT mhux inkluz). Dan ix-xogħol ingħata wara li nħarġet sejħa pubblika.
Leg 13 PQ #1407 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: GLENN BEDINGFIELD To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — kuntratti u xogħljiet minn kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ingħata ebda xogħol mill-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tieghu, lill-individwu jew ditta legali msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari.
Leg 13 PQ #1408 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: GLENN BEDINGFIELD To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu id-ditta legali u/jew l-individwu msemmiji ingħataw 8 direct orders mingħand il-Grand Harbour Regeneration Corporation li jammontaw għal €21,838.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi ma ngħata l-ebda xogħol u/jew kuntratti mill-Ministeru li jien responsabbli minnu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, lid-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li mill-Minsteru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-direttorat tal-Qrati tal-Ġustizzja biss għamlu użu mis-servizzi tad-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013. Dan ix-xogħol sar fis-sena 2000 fejn l-individwu li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament ġie mqabbad direttament mill--membri tal-ġudikatur bħala interpretu għal ammont ta' ħlas ta' €40.18 (Lm17.25).

Persuni li huma boarded out

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li huma boarded-out?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, n-numru ta’ persuni boarded out li jirċievu Pensjoni għall-Invalidità mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, skont l-aħħar pagament li sar f’Settembru li għadda, jammonta għal 3,679.

Proġetti kulturali relatati ma’ Valletta 2018

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu flus s’issa fi proġetti kulturali relatati ma’ Valletta 2018? Kemm artisti u persuni oħrajn li jaħdmu fil-qasam kulturali bbenefikaw minnhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li il-budget fuq 5 snin huwa ta’ 10 miljuni ta’ Ewro li minnhom hemm 0.5 miljuni ta’ Ewro ddedikati għar-riċerka. In-numru ta’ artisti li ġew involuti fil-programm huwa ta’ 921. Dawn jinkludu artisti lokali u barranin li taw sehmhom fil-programm. Dan in-numru ma jinkludiex in-numru kbir ta’ studenti minn dipartimenti differenti fl-MCAST u l-Università ta’ Malta li qegħdin jieħdu sehem bħala artisti fi proġetti varji u numru ieħor kbir ta’ parteċipanti fil-komunitajiet differenti f’Malta u f’Għawdex.

Proġetti li ser jitwettqu matul l-2018

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta’ proġetti li se jitwettqu matul l-2018? Kemm minnhom se jsiru speċifikament fil-Belt Valletta u kif inhuma mqassmin skont ir-reġjun, il-bqija,?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li b’kollox hemm 140 proġett ippjanati fl-2018. Minn dawn il-proġetti ser isiru: - 54 fil-Belt Valletta. - 6 proġetti huma ippjanati fir-reġjun Nofsinhar li jinkludu proġetti fil-Ħamrun, s-Siġġiewi, Ħal Qormi u l-Mqabba. - 7 proġetti ippjanati fir-reġjun tat-Tramuntana li jinkudu proġetti fil-Mellieħa, r-Rabat u Pembroke. - 4 proġetti ser isiru f’Għawdex fosthom, proġetti fir-Rabat, in-Nadur u l-Għarb. - 13 il-proġett, ser issiru fir-reġjun taċ-Ċentru li jinkludu proġetti fl-Msida, San Ġiljan, ġo Ħ’Attard, Tas-Sliema, Birkirkara, Ħal Lija u il-Gżira. - fil-waqt li fir-reġjun Xlokk ser isiru 9 proġetti, min barra dawk li ser isiru ġol-Belt Valletta, u fosthom hemm proġetti li ser isiru fiż-Żejtun, l-Birgu, il-Furjana, il-Kalkara, il-Marsa, u Marsascala. Hemm ukoll 13 il-proġett li ser isiru f’iżjed minn lokalita’waħda ma’ Malta u Għawdex u hemm 31 il-proġett li l-lokalita’ fejn ser isiru għadha trid tiġi kkonfermata. Hemm ukoll 3 proġetti li ma huma se jsiru fl-ebda lokalita' speċifika.

Valletta 2018

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li ntlaqtu nies minn Valletta 2018 matul l-2016 u kemm hu pproġettat li jintlaħqu matul l-2017 u fis-sena proprja (2018) meta se nkunu qegħdin niċċelebraw il-Belt Valletta bħala l-Kapitali Ewropea għall-Kultura? Jista’ jgħid ukoll liema huma l-attivitajiet bl-akbar attendenzi? Il-Fondazzjoni responsabbli kif qiegħda twassal bl-aħjar mod il-messaġġ u tikkomunika man-nies kif se jintlaqtu bl-attivitajiet varji?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li matul l-2016 huwa stmat li ntlaħqu madwar 175,000 persuna permezz tal-attivitajiet relatati mal-Valletta 2018. Huwa pproġettat li fl-2017 ser jintlaħqu 350,000 persuna u 'l fuq minn miljun persuna fl-2018. L-attivitajiet bl-ikbar udjenza jinkludu l-Valletta Pageant of the Seas, u l-Valletta Green Festival, kif ukoll festivals u attivitajiet oħra li jsiru fi spazju pubbliku. Huwa mistenni li fost l-avvenimenti bl-akbar attendenzi matul l-2018 ser ikun hemm iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Valletta 2018 (li ser issir fl-20 ta' Jannar 2018), u t-tieni edizzjoni tal-Valletta Pageant of the Seas. Il-Fondazzjoni Valletta 2018 tu¿a numru ta' mezzi sabiex twassal il-messaġġ tagħha, fosthom mezzi tal-midja tradizzjonali (primarjament it-televiżjoni, r-radju u artikli f'gazzetti lokali) u midja soċjali (inkluż Facebook, Twitter u Instagram). Il-Valletta 2018 wkoll iżżomm kuntatt ma kunsilli lokali, għaqdiet komunitarji u residenti permezz tas-sitt koordinaturi reġjonali li jaħdmu fil-qrib mar-reġjuni differenti ta' Malta u Għawdex. Ftit tal-ġranet ilu, il-Valletta 2018 ħabbret il-programm kulturali tal-2018, li permezz tiegħu il-Fondazzjoni Valletta 2018 issa tista twassal dettalji tal-proġetti u attivitajiet kollha li ser isiru matul l-2018. Dan il-programm huwa aċċessibli wkoll permezz tal-mobile app uffiċjali tal-Valletta 2018.

Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif jaħseb li nbidlet il-perċezzjoni tal-Belt Valletta fl-aħħar erba’ snin f’għajnejn il-Beltin stess u l-Maltin oħrajn? Kif qed jintlaqtu n-nies tal-Belt fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom? X’inhuma l-affarijiet li l-aktar ibbenefikaw minnhom u fejn hemm lok għal aktar ħidma?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li mir-riċerka li wettqet il-Fondazzjoni Valletta 2018 matul dawn l-aħħar snin (b'mod partikolari il-Valletta Participation Survey, li huwa survey li jinħadem b'kollaborazzjoni mal-NSO) turi li l-perċezzjoni tal-Belta Valletta qed titjieb bil-kbir hekk kif nersqu għall-2018. Fost sejbiet oħrajn, din ir-riċerka turi li: - 59.2% jaqblu ("agree mostly" jew "agree very much") li l-Belt Valletta hija belt attiva u mimlija ħajja (żieda ta' 4% fuq is-sena ta' qabel, u ta' 11% mill-2014). - 58.3% jaqblu ("agree mostly" jew "agree very much") li l-Belt Valletta hija ċentru tal-kreattività (żieda ta' 10% fuq is-sena ta' qabel). - 52.2% jaqblu ("agree mostly" jew "agree very much") li l-Belt Valletta tipprovdi kwalità tal-ħajja għolja (żieda ta' 12$ fuq is-sena ta' qabel u 20% fuq l-2014). - 81.4% jaqblu ("agree mostly" jew "agree very much") li l-Belt Valletta toffri diversità kulturali (żieda ta' 5% fuq is-sena ta' qabel). - 86% jaqblu ("agree mostly" jew "agree very much") li l-Belt Valletta qed tinbidel għall-aħjar. - 86.5% tar-residenti Beltin huma kburin bil-Valletta 2018. - 89% tar-residenti Beltin jaqblu li l-Valletta 2018 hija opportunità għal Malta Din ir-riċerka turi wkoll li l-bidliet li qed isiru ġewwa l-Belt Valletta għandhom effett posittiv fuq varji aspetti tal-ħajja, fosthom il-kreattivita', il-viżibilita' internazzjonali tal-Belt Valletta, it-turiżmu, u l-intrapriża fil-Belt.

Ċertifikat tal-eżami tal-matrikola

Question

Fid-dawl ta’ statistika ppubblikata reċentement li 34% persuni jgħaddu mill-eżami tal-Matrikola, jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra liema miżuri u inizjattivi qed jittieħdu biex aktar studenti jiksbu dan iċ-ċertifikat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li f’Mejju/Ġunju 2017 resqu għall-eżamijiet f’livell Intermediate u/jew Advance 4,019-il student, li minnhom 1,399 ġabu l-Matriculation Certificate (34%) f’din is-sessjoni tal-eżamijiet. Numru ta’ studenti mill-4,019 li qagħdu għal dawn l-eżamijiet għamlu hekk f’suġġett wieħed jew aktar sabiex jgħaqqdu l-Matriculation Certificate li kienu bdewh f’sessjoni ta’ qabel. Numru ta’ studenti oħra qagħdu għas-sessjoni ta’ Settembru 2017 u għaqqdu l-Matriculation Certificate. Student jista jgħaqqad il-Matriculation Certificate fuq perjodu ta’ ħames snin mill-ewwel darba li joqgħod għall-eżamijiet. Il-kumitat li għamel l-analiżi u ħareġ ir-rapport dwar it-Tagħlim fil-Post Sekondarja se jkun qiegħed jitlaqqa’ sabiex jagħmel rakkomandazzjoni f’dan is-settur. Barra minn hekk, tajjeb infakkru li wara l-pubblikazzjoni tar-rapport mill-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Post Sekondarju imsejjaħ mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, fil-futur qrib dan l-istess grupp ser ikun qed jevalwa l-feedback u jaħdem fuq rakkomandazzjonijiet li għad irid ikunu maqbula.

Studenti li jkompli l-istudji tagħhom wara l-età ta’ 16-il sena

Question

Jista’ l-Ministru kkonċernat, jgħarraf lil din il-Kamra, liema inizjattivi u miżuri qed jittieħdu biex aktar studenti jkomplu l-istudji tagħhom wara l-età ta’ 16-il sena u dan fid-dawl li statistika ppubblikata reċentement uriet li 12.1% tal-istudenti f’pajjiżna jkomplu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Skont ‘it-Tracer Study’ li s-Servizz Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskejjel (NSSS) fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u Xogħol, jagħmel kull sena ma’ studenti li jkunu spiċċaw il-11-il sena (Form 5), il-persentaġġ ta’ studenti li komplew bl-istudji tagħhom wara l-età ta’ 16-il sena fit-tmiem tas-sena skolastika 2014/15 (studju li qiegħed fil-proċess ta’ pubblikazzjoni) huwa ta’ 89%. Dan ħareġ mill-istħarriġ li sar f’April 2016. Tabella nru 1 tirrappreżenta l-popolazzjoni u l-persentaġġ tal-parteċipazzjoni f’dan l-istħarriġ. Table 1: Number/percentage response by school type SCHOOL POPULATION RESPONDENTS % State 2393 2209 92 Church 1480 1461 99 Independent 444 436 98 Total 4317 4106 95 Minn 95% (4106) tal-istudenti li pparteċipaw, 89% (3662) komplew bl-istudji tagħhom kif irrappreżentat f’tabella nru 2. Table 2: Trends in respondents’ career choices EDUCATION WORK OTHERS Total % Total % Total % 2015 3662 89 238 6 206 5 Niġbed l-attenzjoni li dan il-persentaġġ ta’ 89% huwa ferm ogħla minn dak ta’ 12.1% speċifikat f’din il-mistoqsija parlamentari. Ma kienx speċifikat is-sors minn fejn inġabret l-istatistika ta’ 12.1%, għalhekk l-NSSS iħoss li għandu jipproċedi bit-tweġiba ta’ din il-mistoqsija parlamentari abbażi tal-istatistika miġbura f’dan l-istħarriġ annwali, i.e. it-‘Tracer Study’. Qegħdin jittieħdu numru ta’ miżuri sabiex jitħeġġu l-istudenti jkomplu jistudjaw wara l-eta ta’ 16-il sena. Primarjament qiegħdin naraw li dak li l-istudenti jkunu qiegħdin jitgħallmu fl-iskola sekondarja jkun relevanti, interessanti u li jwassal għal iktar tagħlim. F’kull Kulleġġ tal-Istat hemm is-Servizz ta’ Gwida għall-Karrieri (Career Guidance) li jgħinu lill-istudenti sabiex jaħsbu dwar il-karriera futura tagħhom u jiġu mħeġġa sabiex jipproċedu b’xi kors akkademiku jew vokazzjonali wara li jispiċċaw il-Form 5. Dan is-servizz jorganizza l-career exposure experience (CEE) - esperjenza ta’ ġimgħa fuq post tax-xogħol, għall-istudenti ta’ Form 4, il-Walk-In Service kif jispiċċaw il-Form 5 – servizz one-to-one fejn il-career advisor jiggwida lill-istudent b’mod individwali dwar l-għażla fejn se jkompli jistudja wara l-Form 5, il-Career Portfolio li jibda minn Form 3 li tħajjar lill-istudent jibda jaħseb dwar x’ser jagħmel wara l-Form 5, jibda jagħraf il-ħiliet u l-kompetenzi tiegħu u jinvolvi ruħu f’inizjattivi li jkabbru l-portfolio tiegħu sabiex isir aktar konxju dwar id-dinja tax-xogħol, flimkien ma’ żjajjar ta’ orjentazzjoni f’diversi setturi u postijiet tax-xogħol. Isiru inizjattivi wkoll ta’ fieri tal-karrieri kemm fuq bażi ta’ Kulleġġ kif ukoll fuq bażi nazzjonali, bħall-fiera I Choose li ssir għal studenti li spiċċaw il-Form 5 u għal dawk li qegħdin f’livell post-sekondarju u għall-ġenituri tagħhom. Qegħdin isiru tħejjijiet sabiex f’Settembru 2019, jitnieda l-proġett My Journey, li bih l-istudenti jingħataw aktar għażliet ta’ suġġetti vokazzjonali u applikati. Twaqqfu l-iskola ALP f’Raħal il-Ġdid, l-iskola GEM 16+ fil-Gzira li flimkien ma’ skejjel oħra post-sekondarji qegħdin joffru firxa wiesa’ ta’ tagħlim għall-istudenti. Qegħdin isiru programmi ta’ tagħlim fl-iskejjel sabiex joffru lil student b’diffikultajjiet fit-tagħlim kif ukoll studenti b’talent, ikomplu bl-istudji tagħhom wara s-sekondarja. Fl-MCAST u fl-ITS twaqqfu korsijiet ta’ Foundation sabiex iħeġġu student jkomplu bit-tagħlim fil-livell li jistgħu jaħdmu għalih. Dan minbarra d-diversi programmi oħra akkreditati li jiġu pprovduti sew mid-Direttorati għall-Edukazzjoni f’isem il-Ministeru u l-Istat kif ukoll mill- Privat. Din il-ħidma kollettiva qiegħda ssir sabiex jiżdiedu l-opportunitajiet, f’kull qasam, għall-aktar studju għall-istudenti wara tmiem is-sekondarja b’rabta sħiħa mal-kunċett ta’ tagħlim tul il-ħajja.

Persuni mressqa l-Qorti akkużati li qegħdin fil-pajjiż mingħajr il-permessi meħtieġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti akkużati li kienu fil-pajjiż mingħajr il-permessi meħtieġa skont il-liġi fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Awwissu 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi persuni ta pajjizi terzi li jkunu Malta minghajr il-permessi mehtiega, ma jitressqux il-Qorti, peress li dan mhux reat kriminali skond il-provedimenti tal-Att 23 li jemenda il Kap 217 dwar l-Immigrazzjoni. Madankollu persuni ta' pajjizi terzi li jinstabu minghajr il-permessi mehtiega, tinhargilhom ordni tat-tnehhija biex dawn il-persuni jitnehhew minn Malta.
Leg 13 PQ #1502 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Testijiet siżmiċi dwar il-bini ta’ mina bejn Malta u Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra u tgħid jekk it-testijiet siżmiċi, dwar bini ta' mina bejn iż-żewġ gżejjer, li saru mill-Università ta' Malta u Transport Malta ġewx konklużi? Jekk fl-affermattiv tista' tagħti informazzjoni dwar dawn ir-riżultati?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat
Leg 13 PQ #1503 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Konnessjoni permanenti bejn Malta u Għawdex

Question

B'referenza għad-Diskors tal-Baġit għas-sena 2017 fejn f'paġna 89 ingħad li " Fl-istess ħin sar progress sostanzjali fuq il-konnessjoni permanenti bejn Malta u Għawdex. Kmieni fl-2017 għandhom isiru eżamijiet ġeoloġiċi biex b'dan it-tagħrif se nkunu nistgħu nibnu mudell ġeoloġiku ta' taħt qiegħ il-bahar “ Tista' l-Ministru tgħid jekk dawn l-eżamijiet sarux u jekk fl-affermattiv tgħid x'kienu dawn ir-riżultati?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat
Leg 13 PQ #1504 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Sub seabed tunnel – sejħa ta’ design, build and operate

Question

Dwar il-proposta ta' konnessjoni permanenti bejn iż-żewġ gżejjer tista' l-Ministru tgħid jekk inħarġitx l-ewwel fażi tas-sejħa pubblika ta' design, build and operate għal sub seabed tunnel ?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat
Leg 13 PQ #1505 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Proċess ta’ devoluzzjoni ta’ ċerti responsabilitajiet għall-gżira ta’ Għawdex – ħruġ ta’ white paper

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gvern għadux bil-ħsieb li joħroġ white paper li permezz tagħha jingħata bidu għall-proċess ta' konsultazzjoni dwar id-devoluzzjoni ta' ċerti responsabilitajiet għall-gżira ta' Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Manifest Elettorali għal din il-leġiżlatura hemm diversi eżerċizzji li jridu jsiru. Għadu kemm ġie ffinalizzat l-abbozz, ‘Integrated Territorial Development Strategy For Gozo’, li dalwaqt tibda l-konsultazzzjoni pubblika dwaru.
Leg 13 PQ #1506 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – proġetti tal-Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal

Question

Peress li fid-Diskors tal-Baġit għas-sena 2014 kien intqal li wara li l-Gvern kien ħareġ sejħa għall-espressjoni ta' interess għall-iżvilupp ta’ Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal f'Għawdex u anke li r-risposta għal din is-sejħa kienet inkoraġġanti ħafna, u sena wara, fid-Diskors tal-Baġit għas-sena 2015, kien intqal li l-proċess għal cruise liner terminal kif ukoll għall-Marina f'Għawdex kien miexi u kien anke ġie fi tmiemu l-proċess ta' Request for Proposal għall-konsultazzjoni u peress li fid-Diskors tal-Baġit għas-sena 2016 u 2017 ma ssemma’ xejn dwar dawn il-proġetti, tista' l-Ministru tgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li dawn il-proġetti jsiru? Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-raġuni li wasslet biex dawn il-proġetti jitwaqqfu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Il-Gvern jinkoraġġixxi kull tip ta' investiment li jkun vijabli mill-latt kummerċjali, aċċettabli mill-partijiet involuti u wkoll propizju fiċ-ċirkustanzi. Il-proġett tal-Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal f’Ghawdex ma twaqqafx, iżda għadhom għaddejjin in-negozjati sabiex jintlaħaq ftehim mal-Proponent li ġie magħżul wara proċess sħiħ ta' Request for Proposals.