Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #201 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenzi minn persuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tagħha, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma’ ntalab l-ebda xogħol legali jew konsulenza mingħand l-individwu msemmija jew id-ditta legali tagħha.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — konsulenzi minn persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tagħha, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Marzu 2013 u Marzu 2017, Il-Bord tal-Koperattivi ħalas lil-individwu li isimha qiegħed jingħata seperatament l-ammont ta’ €17,424.
Leg 13 PQ #678 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Tourist arrivals

Question

Jista’ l-Ministru jaqsam it-tourist arrivals skont il-pajjiż tal-oriġini tat-turist għas-sena 2016?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li skont ċifri ppubblikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), in-numru ta’ inbound tourists skont il-pajjiż tal-oriġini għas-sena 2016, huwa: Pajjiż Ammont Awstrija 24,319 Belġju 41,759 Franza 144,804 Ġermanja 156,786 Irlanda 33,175 Italja 315,223 Libja 3,415 Olanda 52,642 Russja 16,370 Skandinavja 123,963 Spanja 55,023 Svizzera 40,504 Renju Unit 559,987 Stati Uniti tal-Amerika 26,454 Oħrajn 371,503 Total 1,965,928
Leg 13 PQ #679 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

L-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta– postijiet reġistrati li joffru private accomodation lit-turisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn postijiet reġistrati mal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta li jistgħu joffru Private Accomodation lit-turisti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu li preżentament għandha dawn il-liċenzji li jikwalifikaw bħala akkomodazzjoni privata: Malta Għawdex Postijiet għall-Btala 1761 1026 Familji Ospitanti ( host families) 962 60

Proġett ta’ Dock 1 — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu fondi fil-proġett ta’ Dock 1 u jagħti break down tal-ispiża?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba fuq il- proġett ta’ Dock 1 hija mqassma hawn taħt; In-nefqa relatata mal-proġett tal-Baċir Numru Wieħed kienet tammonta għal €5,751,187 liema ċifra ntefqet kif imnizzel hawn taħt: · Xogħolijiet (civil works) fiz-zona ta’ Dunes u t-Triq - €882,564 · Xogħolijiet fuq id-Dock Head - €53,623 · Rijabilitazzjoni tal-binja tal-Gatehouse - €515,000 · Landscaping u infrastuttura ma’ t-tul il-Baċir inkluż il-pavimentar - €4.3 miljuni

Proġett ta’ Dock 1 – Spazji riġenerati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-proġett ta’ Dock 1 u jagħti break down tal-ispazji li ġew riġenerati f’termini ta’ metri kwadri?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba fuq il- proġett ta’ Dock 1 hija mqassma hawn taħt; Il-proġett fiz-zona tal-Baċir Numru Wieħed ġewwa Bormla jikkonsisti f’medda ta’ art mal-baħar minn fejn il-Maċina, fl-Isla, li tibqa’ sejra sa l-Monument tal-31 ta’ Marzu 1979 fil-Birgu; din iz-zona tkopri komplessivament 21,060 metru kwadru. Ix- xogħolijiet kienu jinkludu: · tibdil estensiv tal-infrastruttura ġewwa z-zona kollha tal-Baċir, · tqegħid ta’ pavimentar fil-pjazzez Gavino Gulia u Paolino Vassallo u ‘concrete finishes’ tul il-Bacir , · installar ta’ ‘soft u hard landscaping’ u sistemi ta’ irrigazzjoni matul ix-Xatt ta’ Bormla, · bini ta’ struttura kbira tal-konkos magħrufa bħala Belvedere fuq il-Klabb ta’ Regatta ta’ Bormla · rijabiltazzjoni tal-binja magħrufa bħala il-‘Gatehouse’ biswit id-daħla prinċipali tal-Baċir. · It-triq min Pjazza Gavino Gulia sa ħdejn il-Knisja ta’ Santa Tere¿a ġiet iddisinjata mill-ġdid, u minbarra li ngħatat it-tarmak, l-infrastruttura partikolarment dik tas-servizzi u tal-ilma tax-xita saru mill-ġdid. L-ispazji ġodda ta’ rijabilitazzjoni individwali huma: · Il-parti mill- Maċina sa Pjazza Gavino Gulia tkopri 8,260 metru kwadru · Il -parti bejn ix-Xatt ta’ Bormla u Regatta Club Bormla fiha 6,700 metru kwadru · Il parti ta’ Xatt ir-Risq tkopri 6,100 metru kwadru.

Vetturi reġistrati barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi reġistrati barra minn Malta li bħalissa għandhom awtorizzazzjoni li jiċċirkolaw f’Malta u jaqsam din l-informazzjoni skont il-pajjiż fejn huma reġistrati?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li fit-3 ta’ Ottubru 2017 kien hawn 242 vettura li kellhom awtorizzazzjoni li jiċċirkolaw f’Malta għal perjodu ta’ tletin gurnata. L-infomazzjoni dwar il-pajjiż ta’ registrazzjoni tal-vettura mhix disponibbli u għaldaqstant ma tistax tinġabar.
Leg 13 PQ #683 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji – salarju u benefiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-salarju, allowances u spejjeż li jitħallsu lill-Arbitru huma bir-rati daqs dawk li japplikaw fil-każ ta’ Mħallef tal-Qrati Superjuri skont kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Gvern (nru 406, Ħarġa 19,565).

Awtorità tal-Ippjanar – azzjoni biex titneħħa struttura tal-ħadid u electronic billboard

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 744 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid ir-raġuni għalfejn l-Awtorità tal-Ippjanar naqset milli tieħu azzjoni diretta biex titneħħa struttura tal-ħadid u electronic billboard li jinsabu installati quddiem kumpless li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u dan minkejja li l-istess Awtorità tal-Ippjanar ċaħdet applikazzjoni biex dan l-iżvilupp illegali jiġi sanzjonat u ħarġet avviż ta' infurzar li għandu n-numru ta' referenza EC/00340/13?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-twegibha diġa mogħtija fuq PQ 935 f’seduta 22 - 03/10/17.
Leg 13 PQ #974 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni mniżżla fil-lista ta' tliet persuni nominati mill-Avukat Ġenerali u li minnhom l-istess Ministru għażel persuna biex isservi bħala membru tal-Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) skont dak li jipprovdi l-Artikolu 19 tal-Att kontra Money Laundering (Kap. 373 tal-Liġijiet ta' Malta) u dan għal kull darba illi saret l-għażla matul il-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministru għall-Finanzi aġixxa skond kif titlob il-liġi u ppublika l-ħatra tal-Bord tal-Gvernaturi tat-Taqsima tal-Financial Intelligence Analysis Unit fil-Gazzetta tal-Gvern. Kull informazzjoni oħra titqies bħala kunfidenzjali.
Leg 13 PQ #975 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni mniżżla fil-lista ta' tliet persuni nominati mill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali u li minnhom l-istess Ministru għażel persuna biex isservi bħala membru tal-Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) skont dak li jipprovdi l-Artikolu 19 tal-Att kontra Money Laundering (Kap. 373 tal-Liġijiet ta' Malta) u dan għal kull darba illi saret l-għażla matul il-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministru għall-Finanzi aġixxa skond kif titlob il-liġi u ppublika l-ħatra tal-Bord tal-Gvernaturi tat-Taqsima tal-Financial Intelligence Analysis Unit fil-Gazzetta tal-Gvern. Kull informazzjoni oħra titqies bħala kunfidenzjali.
Leg 13 PQ #976 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni mniżżla fil-lista ta' tliet persuni nominati miċ-Chairman tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta u li minnhom l-istess Ministru għażel persuna biex isservi bħala membru tal-Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) skont dak li jipprovdi l-Artikolu 19 tal-Att kontra Money Laundering (Kap. 373 tal-Liġijiet ta' Malta) u dan għal kull darba illi saret l-għażla matul il-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministru għall-Finanzi aġixxa skond kif titlob il-liġi u ppublika l-ħatra tal-Bord tal-Gvernaturi tat-Taqsima tal-Financial Intelligence Analysis Unit fil-Gazzetta tal-Gvern. Kull informazzjoni oħra titqies bħala kunfidenzjali.
Leg 13 PQ #977 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni mniżżla fil-lista ta' tliet persuni nominati mill-Kummissarju tal-Pulizija u li minnhom l-istess Ministru għażel persuna biex isservi bħala membru tal-Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) skont dak li jipprovdi l-Artikolu 19 tal-Att kontra Money Laundering (Kap. 373 tal-Liġijiet ta' Malta) u dan għal kull darba illi saret l-għażla matul il-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministru għall-Finanzi aġixxa skond kif titlob il-liġi u ppublika l-ħatra tal-Bord tal-Gvernaturi tat-Taqsima tal-Financial Intelligence Analysis Unit fil-Gazzetta tal-Gvern. Kull informazzjoni oħra titqies bħala kunfidenzjali.
Leg 13 PQ #978 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja – talba għal ħatra ta’ membri addizzjonali fuq il-Bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) talbux jaħtar membru jew membri addizzjonali tal-Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) skont dak li jipprovdi l-Artikolu 19 tal-Att kontra Money Laundering (Kap. 373 tal-Liġijiet ta' Malta) u dan matul il-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid min kienet jew kienu l-persuna jew persuni magħżul jew magħżula?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l- Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) m’għamel ebda talba għal membru jew membri addizzjonali.
Leg 13 PQ #1051 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — transfers ta' ħaddiema

Question

B’referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 104, jista’ l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni għall-perjodu bejn is-6 ta’ Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm transfer wiehed biss fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħi.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — transfers ta' ħaddiema

Question

B’referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 105, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni għall-perjodu bejn is-6 ta’ Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-6 ta’ Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017 ma kien hemm l-ebda trasferiment ta’ ħaddiema mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — transfers ta' ħaddiema

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 106, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni għall-perjodu bejn is-6 ta’ Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi ċ-ċaqlieq ta' Uffiċjali Pubbliċi mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fil-perjodu mitlub. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li fl-istess perjodu ma kienx hemm ċaqlieq ta' impjegati minn entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — transfers ta' ħaddiema

Question

B’referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 107, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni għall-perjodu bejn is-6 ta’ Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li kien hemm żewġ trasferimenti fl-Engineering Resources Ltd. fuq talba tal-istess impjegati. Fir-Rigward tal-Enemalta l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-kumpanija u l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija. Fid-Dipartimenti u l-Entitajiet l-oħra li hemm taħt id-dekasteru tiegħi ma kien hemm l-ebda trasferiment.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — transfers ta' ħaddiema

Question

B’referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 108, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni għall-perjodu bejn is-6 ta’ Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-6 ta' Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017 ma ngħata l-ebda transfer lill-ħaddiema fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jiffurmaw parti mill-ministeru li mmexxi.
Leg 13 PQ #1060 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — transfers ta' ħaddiema

Question

B’referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 109, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni għall-perjodu bejn is-6 ta’ Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ngħata ebda transfer mill-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu fil-perjodu msemmi.