Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti informazzjoni dwar l-inizjattiva tar-repeat prescription? Għal liema kundizzjonijiet qed isiru dawn ir-repeat prescriptions?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sistema tar-repeat prescriptions tintuża għall-mediċini preskritti għall-kontra l-mard kroniku.Għaldaqstant, pazjent jista’ jkollu riċetti preskritti bil-quddiem u ma jkunx hemm għalfejn imur għand it-tabib kull xahrejn għal riċetta ġdida.
Permezz ta’ din l-inizzjattiva t-tabib jista’ jagħmel tlett riċetti u b’hekk il-pazjent jista’ jagħmel użu minn dawn ir-riċetti sa perjodu massimu ta’ sitt xhur.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-preżent x’inhu ż-żmien ta’ stennija (waiting time) għall-echocardiogram? Hemm xi tibdil meta dan jiġi mqabbel mal-waiting time ta’ snin ilu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żmien ta’ stennija għal proċedura tal-Echocardiogram huwa ta’ ħames xhur. Ninfurmaha ukoll illi proċeduri urġenti jsiru b’mod immedjat. Dan jikkompara tajjeb maż-żmien ta' stennija ta' madwar 3 snin fi snin preċedenti.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu n-numru attwali ta’ konsulenti li qed jagħtu servizz lil pazjenti fid-Dipartiment tas-Saħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru attwali ta’ konsulenti kliniċi huwa 252 fejn ma dawn wieħed irid iżid konsulenti oħrajn fosthom dawk tas-Saħħa Pubblika.
Operazzjoni tal-katarretti – żmien attwali ta’ stennija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu ż-żmien attwali ta’ stennija għal operazzjoni tal-katarretti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żmien ta’ stennija għal operazzjoni tal-kataretti huwa madwar erbgħa xhur. Tajjeb li nfakkru illi sa ftit tas-snin ilu, taħt amministrazzjoni nazzjonalista ż-żmien ta’ stennija kien tlett snin. Din hija prova ċara ta’ kemm dan il-gvern joffri stabbilita’ u effiċjenza lill-pazjenti Maltin u Għawdxin.
Total hip replacement – żmien attwali ta’ stennija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhu ż-żmien attwali ta’ stennija għat-total hip replacement?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żmien ta’ stennija għal operazzjoni tat-total hip replacement huwa madwar 8 xhur. Tajjeb li ngħid illi sa ftit tas-snin ilu kien hemm pazjenti li kien ilhom sa 18-il-sena jistennew għal hip replacement.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li nħarġu jivvotaw mill-Ħabs ta’ Kordin u minn postijiet ta’ detenzjoni oħra għall-Elezzjoni Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2017? Jista’ jgħid f’liema distrett ittieħed kull priġunier biex jivvota?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ priġunieri li vvutaw kien ta’ 126 u dawn kienu mqassma b’dan il-mod:
Distrett 1 – 24
Distrett 2 – 15
Distrett 3 - 7
Distrett 4 – 11
Distrett 5 – 9
Distrett 6 – 14
Distrett 7 – 6
Distrett 8 – 11
Distrett 9 – 6
Distrett 10 – 5
Distrett 11 – 4
Distrett 12 – 8
Distrett 13 – 6
Ħabs – lista ta’ uffiċjali li akkumpanjaw lil detenuti tal-Ħabs — votazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-uffiċjali tal-ħabs li akkumpanjaw lid-detenuti tal-ħabs biex imorru jivvotaw fl-elezzjoni tat-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 33 Uffiċjal akkumpanjaw lid-detenuti tal-ħabs biex imorru jivvotaw fl-elezzjoni tat-3 ta’ Ġunju 2017
Jista’ l-Ministru jelenka n-nazzjonalitajiet tal-ħabsin fil-31 ta’ Awwissu 2017 u kemm kien hemm persuni minn kull nazzjonalità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba tinsab fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nota: id-data fil-qiegħ tad-dokument tindika d-29 ta’ Settembru, biss dik hija d-data ta’ meta ġie pprintjat id-dokument. Il-lista tirreferi għall-31 t’Awwissu.
Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm żgħażagħ taħt il-25 sena fil-ħabs? Kemm minnhom huma ssentenzjati u kemm minnnhom għadhom għaddejjin bi proċeduri l-Qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi nhar id-29 ta’ Settembru 2017 kien hemm total ta’ 70 priġunier żagħżugħ taħt il-25 sena, li minnhom kien hemm:
31 taħt arrrest preventiv
39 qed jiskontaw sentenza
Sussidju lil studenti Għawdxin li jistudjaw full-time f’istituzzjonijiet f’Malta
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1485, li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilha u ċjoè: B’referenza għas-sussidju li jingħata lil studenti Għawdxin li jistudjaw full-time fl-Università ta’ Malta u fl-MCAST, liema sussidju issa ġie estiż għal dawk l-istudenti Għawdxin li jattendu xi istituzzjoni privata ta’ edukazzjoni għolja f’Malta, tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ studenti Għawdxin li jattendu istituzzjonijiet privati, li applikaw u ġew approvati biex jieħdu dan is-sussidju?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li kiem hemm żewġ studenti Għawdxin li jattendu istituzzjonijiet privati, li applikaw u ġew approvati biex jieħdu dan is-sussidju.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 878, jista’ l-Ministru jgħid is-sejħa għas-servizzi li għamlet il-WasteServ fiex waslet, sabiex tibda bl-ippjanar tar-riabilitazzjoni ta’ Wied Fulija?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għas-servizzi ġiet ippublikata, evalwata u nagħtat il-kuntratt tas-servizzi.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — transfers ta' ħaddiema
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 115 jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni għall-perjodu bejn is-6 ta’ Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ ma tagħax transfers bejn is-6 u it-12 ta’ Ġunju 2017.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — transfers ta' ħaddiema
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 116 jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni għall-perjodu bejn is-6 ta’ Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda uffiċjal ma ġie trasferit minn Transport Malta.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 117 tista’ l-Ministru tagħti l-informazzjoni għall-perjodu bejn is-6 ta’ Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fil-perijodu riferut kien hemm ħaddiem wieħed li ngħata transfer u dan fuq talba tiegħu stess.
Ministeru għal Għawdex – skemi ta’ xogħol — ħaddiema
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 364 u ċjoè: Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jaħdmu fl-iskemi ta’ xogħol operati mill-Ministeru għal Għawdex? Kemm-il skema hemm u kemm hu l-ammont ta’ ħaddiema f’kull skema? Fejn huma assenjati dawn il-ħaddiema? X’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu taħt dawn l-iskemi? F’kull każ meta jispiċċa l-perjodu tal-iskema?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija dik indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of PQ Numru 1645 (Final) - Skemi ta' xogħol (002).pdf
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 366 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid minn Marzu 2013 sa Ġunju 2017 kemm ġew impjegati nies ġodda mal-Gozo Channel jew kumpanija sussidjarji tagħha? F'liema gradi ġew impjegati dawn il-ħaddiema? Tista' tgħid jekk dawn ġewx impjegati wara sejħa pubblika u f'kull każ tpoġġi kopja tas-sejħa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fil-perjodu minn Marzu 2013 sa Ġunju 2017 ġew impjegati 12-il persuna ġdida mal-Gozo Channel Co. Ltd / Gozo Channel (Operations) Ltd, mqassma kif ġej:
Second Engineer
7
Data tal-ingaġġ:
29/09/2014
01/04/2015
01/04/2015
01/03/2016
01/03/2016
20/06/2016
06/02/2017
Assistant Port Facilites Security Officer
1
04/04/2016
Inspector/Internal Control
1
04/04/2016
Clerical Assistant
3
01/08/2016
01/08/2016
01/08/2016
Tnejn mis-Second Engineers ma kienux impjegati permezz tal-ħruġ ta’ sejħa pubblika minħabba i) nuqqas ta’ Second Engineers kwalifikati u allura ddaħal wieħed fuq kuntratt definit sakemm laħqu l-kadetti Second Engineers u ii) in vista ta’ dan in-nuqqas ta’ riżorsi, ġiet adoperata proċedura sabiex jiddaħħal ex-ħaddiem tal-Kumpanija fuq bażi definittiva.
Gozo Channel — kuntratti ta' servizzi ma' kuntratturi privata
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 367 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid il-kumpanija Gozo Channel jew sussidjarji tagħha kemm għandha kuntratti ta' servizzi ma' kuntratturi privati? Tista' telenka dawn il-kuntratti wieħed wieħed u tgħid x'servizzi qed jiġu provduti minn dawn il-kumpaniji u liema huma l-kumpaniji? F'kull każ kif intgħażlu u kemm qed jitħallsu dawn il-kumpaniji kull xahar għas-servizzi offruti minnhom? F'kull każ kemm-il ħaddiem qed tipprovdi kull kumpanija lil Gozo Channel u f'liema oqsma?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra
(
Korrezzjoni: Ara Dokument PL 667 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 47 nhar l-Erbgħa, 1 ta' Novembru 2017)
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 365, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f’Għawdex fl-iskema ta’ Xogħol fil-Komunità? Fejn huma assenjati dawn il-ħaddiema u x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-istess ħaddiema? Jista’ jgħid għal kull każ ta’ kull ħaddiem, meta beda jaħdem f’din l-iskema? Jista' jgħid jekk poġġiex l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra kif wiegħed li se jagħmel fir-risposta tiegħu mogħtija fit-3 ta' Lulju 2017?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fl-10 ta' Lulju 2017, f'seduta numru 15.