Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #22228 Sitting 493 2021-10-06 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

FTS – Collective Agreement

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se jiġi ffinalizzat il-Collective Agreement tal-FTS?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Infurmata li d-diskussjonijiet dwar l-ewwel Ftehim Kollettiv għall-ħaddiema tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada għadhom għaddejjin u għaldaqstant għad ma hemmx data meta se jiġi ffinalizzat.
Leg 13 PQ #22229 Sitting 493 2021-10-06 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

VET, SEC U SEAC – RIŻULTATI TAL-EŻAMIJIET

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif marru l-istudenti tal-VET (Vocational Educational Training) SEC (secondary education certificate) u SEAC (secondary education applied certificate - My Journey) fis-suġġetti Agribusiness, Engineering Technology, Information Technology, Retail, Health and Social Care, Hospitality, Fashion & Textiles, Hairdressing & Beauty, u x'marki ġabu l-istudenti bħala persentaġġ tul dawn l-aħħar sentejn skola?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant.

vjolenza domestika — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu l-Qorti mill-pulizija persuni akkużati bir-reat ta’ vjolenza domestika mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi in-numru ta’ persuni li tressqu l-Qorti mill-pulizija akkużati bir-reat ta’ vjolenza domestika mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021 kien ta’ elf u ħamsa u tmenin (1085). Min dawn mitejn u erbgħa u sittin (264) kienu persuni femminili u tmien mija u wieħed u għoxrin (821) kienu maskili.

Każijiet ta’ omiċidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ omiċidji fis-snin 2018, 2019, 2020 u 2021 sal-lum, u kemm hemm minnhom li għadu ma tressaq ħadd il-qorti akkużat dwarhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi, n-numru ta’ każijiet ta’ omiċidji li seħħew fis-snin 2018, 2019, 2020 u sa l-aħħar ta’ Settembru 2021 kien ta’ tmintax (18) u dawn kollha ġew solvuti u tressqu persuni il-qorti akkużat dwarhom.

vjolenza fuq membri tal-Korp tal-Pulizija — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-Qorti akkużati bi vjolenza fuq membri tal-Korp tal-Pulzija fis-snin 2018, 2019, 2020 u 2021 sal-lum?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ persuni li tressqu l-Qorti akkużati bi vjolenza fuq membri tal-Korp tal-Pulzija fis-sena 2018 kien hemm 146, fis-sena 2019 kien hemm 119, fl-2020 kien hemm 117 u sa l-aħħar ta’ Awwissu 2021 tressqu 74 persuna. Din l- informazzjoni tikkonċerna każijiet fejn b’ xi mod il-Pulizija ma’ tħallietx tagħmel xogħola waqt il-qadi ta’ dmirijieta u tinkludi tħeddid u aggressjoni.

Korp tal-Pulizija — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija fil-31 ta’ Awwissu 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi permezz tat-trasfomazzjoni strateġika li qiegħda fis-seħħ bħalissa, minn dak li kien għaxar snin ilu, in-numru ta’ membri fil-Korp tal-Pulizija kompla jiżdied u llum hemm elfejn, mija u sitta u tletin (2136) uffiċjal. Ma’ dawn kien hemm mija u tmienja u erbgħin (148) impjegati ċivili, żieda wkoll minn dak li kien hemm ukoll fl-aħħar għaxar snin.

Każijiet ta’ traffikar ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ traffikar ta’ droga li nqabdu mill-pulizija mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi in konnessjoni ma’ każijiet ta’ traffikar ta’ droga, bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021, il-Pulizija fit-Taqsima ta’ Kontra d-Drogi esegwiet erbgħa u tmenin (84) arrest.

Traffikar ta’ droga — Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni akkużati bi traffikar ta’ droga fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Awwissu 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Awwissu 2021 it-Taqsima ta’ Kontra d-Drogi ressqu wieħed u disgħin (91) persuni akkużati bi traffikar ta’ droga.

Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) – public warning statements

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-bidu tal-2020 s’issa kemm-il darba ħareg public warning statements id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) skont l-artikolu 8 tal-Kap. 378? Jekk inħarġu tali stqarrijiet jista’ jgħid fil-konfront ta’ liema setturi nħarġu? Jista’ l-Ministru jgħid mill-bidu tal-2017 s’issa jekk qatt kienx hemm xi kontestazzjoni ta’ xi public warning statement jew informazzjoni li nħarġet skont l-artikolu 8 tal-Kap. 378? Jekk kien hemm x’kienu r-raġunijiet għall-kontestazzjoni u x’kien l-eżitu finali ta’ tali kontestazzjoni?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tal-2020 sal-lum inħarġu tlett (3) dikjarazzjonijiet ta’ avviż pubbliku marbuta mas-setturi ta’ tqegħid tal-irħam, fotografija tat-tiġijiet u xogħlijiet f’dar privata. Nikkonferma wkoll illi mill-2017 ma kien hemm l-ebda kontestazzjoni fuq avviżi pubbliċi minn kummerċjanti wara li nħareġ l-avviż pubbliku.

Implimentazzjoni tar-regolament UE 2017/2394

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21163, jista’ l-Ministru jagħti update tal-istatus tal-miżuri meħuda jew li kellhhom jittieħdu biex jiġu effettivament implimentati l-miżuri ta’ infurzar fir-rigward tad-Direttivi u Regolamenti tal-UE kif elenkati fl-anness mar-Regolament UE 2017/2394?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ infurzar fir-rigward tad-Direttivi u Regolamenti tal-UE kif elenkati fl-anness mar-Regolament UE 2017/2394, safejn jirrigwardjaw l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur saret permezz tal-promulgazzjoni tal-Att XLIV tal-2021 (Att biex jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 378 u liġijiet oħra, u sabiex jagħmel dispożizzjonijiet anċillari u konsegwenzjali għalihom) li daħal fis-seħħ fil-31 ta’ Awissu, 2021 permezz tal-Avviż Legali 338 tal-2021. Fir-rigward tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu qed jiġu mħejjija l-emendi fil-leġiżlazzjoni tagħha.
Leg 13 PQ #22254 Sitting 493 2021-10-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Pjazza San Franġisk — funtana

Question

Rigward il-funtana li kien hemm ġewwa Pjazza San Franġisk jista’ l-Ministru jgħid fejn hemm il-ħsieb li titpoġġa l-istess funtana issa li tneħħiet minn Pjazza San Franġisk? Meta mistennija tkun fil-post ġdid tagħha din il-funtana?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numri 20054.

Vaċċini lill-pajjiżi esteri

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta' vaċċini li ġew mogħtija minn Malta lill-pajjiżi esteri u lil-liema pajjiżi ngħataw? Xi pjanijiet hemm sabiex jingħataw aktar vaċċini lill-pajjiżi oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa Malta għamlet għotja ta’ 40,000 vaċċin lill-Libja u bħalissa qegħdin naħdmu fuq għotja ta 30,000 vaċċin ieħor lill-Eġittu.

Bord tal-Kera — kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rikorsi fil-Bord tal-Kera, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, bejn l-1 ta' Ġunju 2021 u t-30 ta' Settembru 2021, għal żieda fil-kera ta' qabel l-1 ta' Ġunju 2021? Quddiem kemm-il maġistrat ġew assenjati dawn l-kawżi ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta mill-1 ta’ Ġunju 2021 sat-30 ta’ Settembru 2021 daħlu 466 rikors ġdid fuq awment (test tal-mezzi). Ir-rikorsi fil-Bord li jirregola kienu jitqassmu fuq erba’ Maġistrati, ida b’deċiżjoni, tal-Prim Imħallef, li inħarġet f’Lulju 2021, dawn bdew jitqassmu fuq żewg Maġistrati mill-ġodda u se jibqgħu hekk sal-31 ta’ Dicembru 2021. F’Għawdex, quddiem il-Bord li jirregola l-Kera għal Għawdex u Kemmuna ġew ipprezentati 21 Rikors mill-1 ta’ Ġunju 2021 sal-aħħar ta’ Settembru 2021. Dawn ir-rikorsi ġew kollha assenjati Magistrat.

Port tal-Imġarr — Pontoon

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pontoon ġdid tlestew fil-Port tal-Imġarr, Għawdex u xi proċedura ser tintuża sabiex jiġu allokati ?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta twaqqfet sabiex twettaq il-pjan fit-tul tal-Gvern li pajji¿na jagħmel qab¿a kbira ’l quddiem fil-kwalità tal-infrastruttura ewlenija tal-pajji¿. Dan l-impenn ma jinkludix biss it-titjib tas-sistemi tat-toroq, iżda wkoll l-infrastruttura marittima fi xtutna. Fil-fatt, fil-bidu tal-2019 l-aġenzija ħadet f’idejha t-tmexxija tal-ħidma infrastrutturali li kienet twettaq Transport Malta fil-portijiet u x-xtut f’Malta u Għawdex. Fil-gżira Għawdixja, Infrastructure Malta tejbet il-faċilitajiet tas-sajjieda Għawdxin fil-Port tal-Imġarr. Dan il-proġett b’investiment ta’ €6 miljun b’fondi tal-Unjoni Ewropea kien jinkludi t-tħammil ta’ parti minn qiegħ il-baħar fil-port tal-Imġarr li għal snin twal tħalliet timtela b’ħama u materjal ieħor, kif ukoll il-bini mill-ġdid tal-mollijiet fil-Menqa tal-Port, l-inħawi li ju¿aw is-sajjieda. L-aġenzija nstallat erba’ puntuni ġodda u faċilitajiet oħrajn għal aċċessibilità aħjar, aktar sigurtà u iżjed spazji ġodda fejn is-sajjieda jistgħu jorbtu d-dgħajjes u l-laneċ tagħhom għall-kenn tal-Port. B’organizzazzjoni aħjar tal-puntuni ġodda se jiżdiedu madwar 90 post ġdid għall-irmiġġ tad-dgħajjes ta’ sajjieda li ilhom snin twal jistennew li jingħataw spazju fejn jorbtu b’mod sigur l-opri tal-baħar li jaqilgħu l-għixien tagħhom minnhom. Il-proġett jinkludi wkoll faċilitajiet ġodda fejn is-sajjieda jkunu jistgħu jisseparaw u jarmu l-iskart li jiġi ġġenerat mill-ħidma tagħhom. B’hekk, dawn l-inħawi jkunu jistgħu jinżammu aktar indaf. Il-proġett se jgħin biex iż-żona tal-Menqa fill-Port tal-Imġarr tkun organizzata aħjar, u biex tidher isbaħ ukoll. Infrastructure Malta diġà għamlet ukoll xogħlijiet oħrajn mal-kosta Għawdxija, fosthom il-bini tal-moll għall-Fast Ferry, tiswijiet ta’ strutturi f’Imġarr ix-Xini u nbena wkoll mill-ġdid il-moll fil-Bajja ta’ Santa Marija, f’Kemmuna. Proġett ieħor li qed ikun ippjanat huwa l-bini mill-ġdid tat-tarf tal-mollijiet fejn jittrakka l-vapur t’Għawdex magħrufin bħala Jetty 2 u Jetty 3. Il-valur ta’ dan il-proġett huwa stmat li se jammonta għal madwar €1 miljun (VAT mhux inkluż). Minn naħa tal-Awtorita’ tat-Trasport, l-proċedura li se tiġi addatta għall-allokazzjoni ta’ dgħajjes fuq il-pontoons se tkun waħda ta’ priorita’ għal dawk li huma dgħajjes tas-sajjieda full time u part-time, dawk li kellhom irmiġġ preċedenti u li ġew temporanjament imċaqalqa minn posthom waqt ix-xogħlijiet u dgħajjes oħra li se jiġu allokati skond l-applikazzjoni u l-każ partikolari. Għad-diskrezzjoni tal-Awtorita’ kemm il-darba jkun hemm positjiet vakanti u disponibbli.

Vaċċini kontra l-Covid-19 li skadew

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta' vaċċini kontra l-Covid-19 li ma ntużawx peress li kienu skadew ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kienx hemm vaċċini kontra l-Covid-19 li ma ntużawx peress li kienu skadew.

Vaċċini ta' kontra l-Covid-19

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ingħataw vaċċini kontra l-Covid-19, xahar xahar sa l-aħħar ta' Settembru u t-tip ta' vaċċin li ngħata?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena ngħataw 233,384 dożi tal-vaċċin Vaxzevria, 43,412 mill-Moderna, 547,531 mill-Comirnaty u 33,923 dożi tal-vaċċin Johnson & Johnson. In-numru ta’ dożi li ngħataw bħala booster huma inklużi.
Leg 13 PQ #22352 Sitting 493 2021-10-06 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — ħaddiema self-employed

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema impjegati self-employed sabiex jagħtu servizz lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, sena b'sena mill-2010 'l hawn u x'inhi n-natura tal-ingaġġ tagħhom? Kemm hu t-tul ta' dawn il-kuntratti ta' ingaġġ u r-rimunerazzjoni li tingħata għal dawn l-ingaġġi? Kemm minn dawn il-ħaddiema jagħtu servizz f'Malta u kemm minnhom f'Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma l-Onor. interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Rapport tan-National Productivity Board

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Rapport tan-National Productivity Board

Question

Jista’ d-Deputat Prrim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Rapport tan-National Productivity Board

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.