Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kumpanija jew l-individwu li qed tagħmel referenza għaliha l-mistoqsija ma ngħatax xogħolijiet mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u l-entitajiet li jaqgħu taħtu.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #1415 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: GLENN BEDINGFIELD To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Tista' telenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fil-perijodu msemmi l-Ministeru għal Għawdex u l-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu ma taw l-ebda xogħol u/jew kuntratti lill-Avukat imsemmi jew lid-ditta legali tiegħu.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi, ma ingħata l-ebda xogħol u/jew kuntratti lid-ditta legali u l-individwu li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament.

Belt Valletta inizjattivi

Question

B’rabta mal-Belt Valletta, jista’ l-Ministru jindika x’inhuma l-inizjattivi meqjusin urġenti u bżonnjużi għaliha? Jista’ jgħid ukoll – minbarra dawk kollha li saru s’issa – xi proġetti oħrajn għad għandha bżonn il-kapitali u/jew is-settur kulturali fi ħdanha?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Beltin jħossuhom kburin li l-Belt reġgħet qed tieħu l-attenzjoni li tixraq Belt Kapitali. Tul l-aħħar snin, membri fil-komunità Beltija bbenefikaw direttament minn proġetti kulturali li wasslet il-Fondazzjoni Valletta 2018, fosthom, Ġewwa Barra, Shake It! u Naqsam il-MUŻA. Ibbenefikaw ukoll minn interazzjoni u ħidma konġunta bejn l-istess Fondazzjoni u entitajiet kulturali, pubbliċi, privati u governattivi oħrajn li jmissu dirett mal-istess komunità. Wħud minn dawn l-għaqdiet kulturali bbenefikaw ukoll minn proġetti li tejjbu l-ispazji tagħhom. Ir-residenti tal-Belt Valletta għandhom jiġu nvoluti mill-bidu u kontinwament sabiex jiġu ndirizzati: • l-proċess ta' ġentrifikazzjoni - hija forma ta’ uġiegħ fejn il-komunità tħossha mkeċċija minn beltha; • xogħolijiet infrastrutturali meħtieġa biex titjieb l-aċċessibilità ġol-Belt u ġewwa darhom stess, l-indafa, dwal fit-toroq, sigurtà u aktar kura fiż-żoni residenzjali; • aktar spazji fejn il-komunitajiet Beltin jiltaqgħu u jkun kreattivi u parteċipattivi fil-ħajja ċivika. Hemm bżonn urġenti ta’ viżjoni ħolistika lejn din il-Belt. M’huwiex biss l-aspett kummerċjali li jfassal il-ħajja ġewwa fiha. Jeħtieġ li jiġi ndirizzat l-għatx għal spazji fejn il-ġenerazzjoni żgħażugħa tista’ tiltaqa’ u tissoċjaliżża b’mod san u sigur. Permezz t’hekk żgħażagħ beltin u dawk li jiffrekwentaw il-Belt, jinqatgħu xi ftit mill-kalamita ta’ stabbilimenti kummerċjali. Din hija realtà frott ta’ kif il-Belt kapitali qed tiġi ppjanata u rreklamata illum. Hemm bżonn ta’ opportunitajiet ġodda f’ħinhom u f’waqthom sabiex aktar persuni żgħażagħ jieħdu nteress jipparteċipaw bit-talenti tagħhom, fil-ħajja kulturali.Iż-żoni residenzjali u dawk kummerċjali għandhom jiġu rrispettati sabiex jinżamm bilanċ fil-kwalità tal-ħajja taż-żewġ partijiet kif ukoll sabiex il-propjetà residenzjali tibqa’ kemm jista’ jkun aċċessibbli għal-żgħażagħ Beltin.Il-Belt Valletta ġġorr it-titlu ta’ World Heritage City u dan għandu jiġi rrispettat speċjalment fejn jidħol id-disinn arkitettoniku fit-toroq u bjut. Binjiet li mhux jirrispettaw l-għoli stabbilit fid-disinn oriġinali tal-belt, qed ifarrak dan il-preġju li Beltna tgawdi minnu.Nemmnu li bl-opportunitajiet u riżorsi tajbin, il-komunitajiet Beltin jafu jkunu kruċjali għal proċess ta’ bidla li tħalli legat imprezzabbli lil hinn mill-2018.Il-kultura hija qafas sabiħ u ħaj ta’ sens, valur u għarfien mibni fuq snajja, ħiliet, twemmin u drawwiet li jagħti sens u identita lill-ħajja tan-nies. Jekk inħarsu lejn il-kultura biss bħala settur inkunu qed nissimplifikaw u noqtlu n-natura tal-kultura stess – natura li tmiss ma’ kull settur ieħor b’mod naturali.Hemm bżonn modi ġodda fil-mod kif nikkomunikaw dan u nħeġġu lill-komunità residenzjali sabiex tkun parti essenzjali f’interazzjoni kostruttiva bit-talenti li hi stess ilha tħaddan għal snin twal. Flimkien mal-ħidma għal titjib estetiku, hemm bżonn spazji li jimmotivaw interazzjoni soċjali f’waqtha. Irridu nħarsu lejn dawn l-ispazji bħala opportunità fejn il-komunità ttejjeb il-kwalità tal-ħajja u tiltaqa’. L-istess komunità għandha tkun imħeġġa u mogħtija setgħa parteċipattiva u kreattiva sabiex jissaħħaħ il-ġid komuni ta’ kulħadd, kemm fil-Belt Valletta u anki madwar Malta u Għawdex in ġenerali.

Ċentru ta’ Eċċellenza għall-Pajjiżi Żgħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu t-tħejjijiet biex f’Malta jinfetaħ Ċentru ta’ Eċċellenza għall-Pajjiżi Żgħar imwaqqaf mill-Commonwealth?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol għat-twaqqif taċ-Ċentru ta' Eċċellenza għall-pajjiżi Żgħar miexi kif pjanat u l-mira hija li dan iċ-Ċentru jiġi inawgurat għal ħabta ta’ nofs April 2018, biex jikkoinċidi mal-25 Laqgħa tal-Kapijiet ta' Gvern tal-Commonwealth li ser tkun qed tiltaqa’ ġewwa Londra.

Inizjattivi tad-diplomazija kulturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi tad-diplomazija kulturali ħa l-Ministeru tiegħu bejn Lulju 2016 u Ġunju 2017?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iniżjativi li ttieħdu mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, bejn Lulju 2016 u Ġunju 2017, kienu is-segwenti: 1. Proġetti Kulturali 2. Ftehim ta’ Ġemellaġġi 3. Ftehim Kulturali 4. Żjarat Kulturali għal Diplomatiċi Barranin f’Malta 5. Attivitajiet Kulturali waqt il-Presidenza Maltija ta’ Kunsill tal-Unjoni Ewropea 6.Xogħol tat-Taqsima għad-Diplomazija Kulturali matul il-Presidenza tal-Kunsill tal- Unjoni Ewropea 7. Attivitajiet Oħra li tellgħu b’kordinazzjoni mat-Taqsima għad-Diplomazija Kulturali

Laqgħa tal-Ambaxxaturi ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-aħħar laqgħa tal-Ambaxxaturi ta’ Malta li organizza l-Ministeru tiegħu f’Ġunju li għadda? X’kienu s-suġġetti diskussi?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant, li din is-sena, il-laqgħa tal-Ambaxxaturi ta’ Malta saret fl-Esplora Interactive Science Centre,Villa Bighi l-Kalkara bejn il-5-6 ta’ Lulju 2017. Kienu mistiedna ukoll il-Konsli Onorarji ta’ Malta għal-laqgħa li issir darba kull sentejn, b’ġurnata minnhom tkun flimkien mal-Ambaxxaturi. Din l-okkażjoni ressqet flimkien l-Ambaxxaturi u l-Konsli Onorarji sabiex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-objettivi tal-politika barranija ta’ Malta kif ukoll suġġetti ta’ rilevanza għall-Ministeru. B’mod partikolari, din il-laqgħa kienet okkazjoni għall-Ambaxxaturi u l-Konsli Onorarji sabiex jiltaqaw mal-Ministru Carmelo Abela, ftit wara il-ħatra ġdida tiegħu bħala Ministru għall-Affarijet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, kif ukoll sabiex il- parteċipanti jiġu nfurmati dwar iż-żieda tal-promozzjoni tal-kummerċ fil-qafas tax-xogħol tal-Ministeru. Matul l-ewwel ġurnata, l-Ambaxxaturi kellhom preżentazzjoni minn rappreżentanti tal-Ministeru Għall-Affarijet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, dwar ir-riżultati tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. L-Ambaxxaturi kellhom ukoll l-opportunita’ sabiex jiddiskutu ir-riforma tal-Kunsill tas-Sigurta tal-Ġnus Magħquda u is-sitwazzjoni fil-Libja, u rċevew preżentazzjoni minn Trade Malta u minn Malta Enterprise dwar il-promozzjoni tal-kummerċ u l-investiment. L-Konsli Onorarji kellhom ukoll ‘joint sessions’ mal-Ambaxxaturi fejn kellhom preżentazzjonijiet dwar: (i) Valletta 2018 – Il-kapitali Ewropea tal-kultura; (ii) l-promozzjoni ta’ Malta; (iii) is-servizzi konsolari, (iv) il-ħajja tal- Maltin li jgħixu barra minn Malta, u (v) dwar l-“Individual Investment Programme”. Rappreżentant ta’ kumpanija prominenti f’Malta li tinsab f’diversi pajjiżi barra minn xtutna tkellem ukoll dwar il-kooperazzjoni tagħhom mal-Ministeru. Wara s-suċċess tal-“Meet Your Ambassador event” is-sena li għaddiet, din is-sena l-Ambaxxaturi u l-Konsli Onorarji kellhom ukoll l-opportunita’ li jiltaqgħu ma’ rappreżentanti tal-fuq minn 30 entita’ lokali sabiex b'hekk setgħu jagħmlu kuntatti ġodda jew isaħħu kuntatti ġa eżistenti, kif ukoll jiddiskutu suġġetti ta’ interess komuni. L-Konsli Onorarji għamlu wkoll żjara ta’ kortesija lill- iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati.Aktar tard kellhom ukoll preżentazzjoniijiet dwar l-edukazzjoni terzjarja, it-tagħlim tal-Ingliż, l-għanijiet strategiċi tal-politika barranija ta’ Malta kif ukoll dwar l-opportunitajiet fis-settur marittimu f’Malta.

Ftehim bilaterali ffirmati ma’ pajjiżi oħra

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il ftehim bilaterali kien iffirmat ma’ pajjiżi oħra bejn Lulju 2016 u d-data meta tkun imwieġba din il-mistoqsija? X’kienu s-suġġetti ta’ dawn il-ftehim?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Lulju 2016 u d-data ta’ din it-tweġiba, is-segwenti ftehim bilaterali ġew iffirmati: Pajjiż Ftehim Data tal-Iffirmar Montenegro Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern tal-Montenegro dwar kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika 8 ta’ Lulju 2016 Greċja Ftehim sabiex l-Awtoritajiet Konsolari Griegi jirrapreżentaw lil Malta ġo Nikosia, fiċ-Ċipru Daħal fis-seħħ fis-19 ta’ Settembru 2016 permezz ta’ skambju ta’ korrespondenza diplomatika Andorra Ftehim dwar il-Ħelsien mit-Taxxa Doppja u l-Prevenzjoni tal-Evażjoni Fiskali fir-rigward tat-Taxxa fuq id-Dħul 22 ta’ Settembru 2016 Singapore Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Ministeru tat-Transport u l-Infrastruttura ta’ Malta u l-Ministeru tat-Transport ta’ Singapore 27 ta’ Settembru 2016 Ċina, Ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Ħong Kong Ftehim ta’ Servizzi tal-Ajru 5 ta’ Ottubru 2016 Maċedonja Twaqqif ta’ relazzjonijiet diplomatiċi bejn ir-Repubblika ta' Malta u r-Repubblika tal-Maċedonja 14 ta’ Ottubru 2016 Il-Federazzjoni Russa Memorandum ta’ Qbil dwar Kooperazzjoni fis-Settur tat-Turiżmu bejn il-Ministeru għat-Turiżmu tar-Repubblika ta’ Malta u l-Ministeru tal-Kultura tal-Federazzjoni Russa 15 ta’ Novembru 2016 Il- Federazzjoni Russa Ftehim bejn il Fondazzjoni Roscongress u Trade Malta 15 ta’ Novembru 2016 Rumanija Memorandum ta’ Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Reċiproka bejn l-Istitut Diplomatiku Rumen u l-Akkademja Mediterranja tal-Istudji Diplomatiċi 2 ta’ Diċembru 2016 Italja Arranġament bejn il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Kooperazzjoni Internazzjonali tar-Repubblika Taljana u l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika ta’ Malta dwar ir-rappreżentazzjoni ta’ Malta mill-awtoritajiet konsulari Taljani fl-eżaminar ta’ l-applikazzjonijiet u ħruġ ta’ viżi ‘Schengen’. 17 ta’ Diċembru 2016 Iċ-Ċina Protokol ta’ Tiġdid dwar il-Kooperazzjoni fil-Qasam ta’ Mediċina Tradizzjonali Ċiniża 20 ta’ Jannar, 2017 Kunsill għall-Kooperazzjoni tal-Golf Pjan ta’ Azzjoni Konġunt fuq Djalogu Strateġiku 30 ta’ Jannar 2017 Turkija Memorandum ta’ Kooperazjoni fl-Oqsma tax-Xjenza Medika u s-Saħħa, 17 ta’ Frar 2017 Turkija Dikjarazzjoni dwar Kooperazzjoni bejn il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali tar-Repubblika ta' Malta u l-Ministeru tal-Politika Familja u Soċjali tar-Repubblika tat-Turkija 17 ta’ Frar 2017 Republika Dominikana Dikjarazzjoni Konġunta bejn Malta u r-Repubblika Dominikana fuq it-Twaqqif ta’ Relazzjonijiet Diplomatiċi 23 Frar 2017 Indja Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Indjan fuq Tiġdid tal-Ftehim fuq is-Servizzi ta’ l-Ajru 16 March 2017 Kuwajt Ftehim ta’ koperazzjoni ekonomika u teknika bejn Malta u l-Kuwajt Dan il-ftehim kien oriġinalment iffirmat fl-2012 u daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Marzu 2017 Kuwajt Ftehim fuq il-Kultura w l-Arti 19 ta’Marzu 2017 Ukrajna Memorandum ta’ Qbil dwar Kooperazzjoni Bilaterali bejn il-Ministeri għall-Affarijiet Barranin taż-żewg pajjizi 16 ta’ Mejju 2017 Ukrajna Memorandum bejn il-Ministeru għaż-Żgħażagħ u l-Isport tal-Ukrajna u l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ta’ Malta dwar Kooperazzjoni fil-qasam taż-Żgħażagħ, u fil-qasam tal-Kultura Fiżika u l-Isport 16 ta’ Mejju 2017 Ukrajna Memorandum ta’ Qbil dwar Kooperazzjoni fil-qasam tal-Edukazzjoni Għolja 16 ta’ Mejju 2017 Ċile Memorandum ta’ Ftehim dwar Konsultazzjoni Bilaterali bejn Malta u ċ-Ċile. 17 ta’ Lulju 2017 Ghana Ftehim dwar konsultazzjonijiet politiċi bejn il-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tar- Repubblika ta’ Malta u tar-Repubblika tal-Ghana 26 ta’ Lulju 2017 Ghana Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn TradeMalta u l-Assoċjazzjoni tal-Industriji tal-Ghana. 27 ta’ Lulju 2017 Ghana Ftehim ta’ koperazzjoni bejn il-Kamra tal-Kummerċ ta’ Malta u l-Kamra tal-Kummerċ tal-Ghana 27 ta’ Lulju 2017. Polonja Ftehim bejn ir-Repubblika ta’Malta u r-Repubblika tal- Polonja għar-rappreżentanza tal-viża f’Tehran, l-Iran. 29 ta’ Settembru 2017 Botswana Ftehim fuq il-ħelsien mit-taxxa doppja bejn ir- Repubblika ta’ Malta u ir-Repubblika tal-Botswana 2 ta’ Ottubru 2017 Is-Sri Lanka Ftehim ta’ Protokoll bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka sabiex jiġi implimentat Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka dwar ir-Riammissjoni ta’ Persuni li qegħdin Joqgħodu mingħajr Permess. 5 ta’ Ottubru 2017 Cook Islands Dikjarazzjoni Konġunta bejn Malta u l-Cook Islands fuq it-Twaqqif ta’ Relazzjonijiet Diplomatiċi 6 ta’ Ottubru 2017 Papua New Guinea Dikjarazzjoni Konġunta bejn Malta u Papua New Guinea fuq it-Twaqqif ta’ Relazzjonijiet Diplomatiċi 6 ta’ Ottubru 2017 Minbarra dawn il- ftehim bilaterali ta’ min wieħed jgħid li kien hemm wkoll ftehin ta’ natura multilaterali: · Fis-7 ta’ Ġunju 2017 ġie ffirmat strument multilaterali mal- Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD). · Fis-26 ta’ Lulju 2017, Malta ddepożitat l-Istrument ta’ Ratifikazzjoni marbut mal- Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA). · Fil-5 ta’ Ottubru 2017, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ iffirma t- Tieni Dikjarazzjoni tal-Oċeani (‘ Because of the Oceans Declaration’ ), fil-marġini tal-konferenza Our Oceans, an Ocean for Life Conference li seħħ Malta fil-5 u 6 ta’ Ottubru 2017.

Żjarat uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ żjarat uffiċjali li għamel barra minn Malta bejn Ġunju 2017 u d-data ta’ meta titwieġeb din il-mistoqsija? X’laqgħat kellu l-Ministru f’kull żjara?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Intrerpellant li bejn Ġunju 2017 u d-data ta’ din it-tweġiba il-lista ta’ żjarat uffiċjali tal- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ huma elenkati: Lussemburgu Fid- 19 ta’ Ġunju 2017 , il-Ministru Abela attenda l-Kunsill tal-Affarijiet Barranin li ltaqa ġewwa l-Lussemburgu. F’dan il-Kunsill, ġew diskussi diversi temi, fosthom l-Istrateġija Globali tal-UE, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO, is-sitwazzjoni ġewwa l-Iraq, l-immigrazzjoni irregolari u t-tensjonijiet bejn il-pajjiżi tal-Golf Għarbi. Fil-marġini ta’ din il-laqgħa, il-Ministru Abela kellu wkoll laqgħa bilaterali mas-Segretarju tal-Istat tar-Renju Unit, Boris Johnson. Qabel il-laqgħa tal-Kunsill, il-Ministru Abela attenda breakfast meeting li kien organizzat mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Latvija u l-Islovakkia sabiex jiġi diskuss il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ġeorġja. Mikheil Janelidze, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ġeorġja, kien ukoll preżenti għal din il-laqgħa. Kroazja F’ 1 ta’ Lulju 2017 , il-Ministru Abela attenda l-Forum ta’ Dubrovnik u ltaqa’ mad-Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Kroazja, l-E.T Marija Pejcinovic Buric. Italja Il-Ministru attenda Konferenza Ministerjali dwar il-migrazzjoni f'Ruma fis- 6 ta’ Lulju 2017. Awstrija Fil- 11 ta’ Lulju 2017 , Il-Ministru attenda għall-‘Laqgħa Informali’ għall-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-OSCE f’Mauerbach, l-Awstrija. Il-Ministru tenna li wasal iż-żmien li r-relazzjoni tal-OSCE mal-Mediterran tmur lil’ hinn minn xbieha ta’ pjattaforma istituzzjonali u ssir aktar tanġibbli, f’sura li tinħass mill-popli li jgawdu minnha. Matul din il-laqgħa l-Ministru kellu wkoll diskussjonijiet bilaterali mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Taljan, Angelino Alfano, rigward il-proposta ta’ Malta sabiex jinħatar Rappreżentant Speċjali tal-OSCE għall-Mediterran. Ġermanja Fl- 14 ta’ Lulju 2017 , l-On. Carmelo Abela, ipparteċipa f’Konferenza dwar Il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) ġewwa Berlin bħala parti minn panel ta’ diskussjoni. Belġju Fis- 17 ta’ Lulju 2017 , il-Ministru Abela attenda l-Kunsill tal-Affarijiet Barranin li ltaqa ġewwa Brussell. Matul din il-laqgħa ġew diskussi l-Istrateġija Globali tal-UE, is-sitwazzjoni fil-Libya, is-sitwazzjoni fil-Korea ta’ Fuq u l-immigrazzjoni irregolari. Stati Uniti Il-Ministru attenda l-Forum Politiku ta' Livell Għoli (HLPF) dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fi New York bejn is- 17 u d-19 ta' Lulju 2017 . Matul din il-laqgħa, il-Ministru ta diskors nazzjonali fejn ipprovda rendikont tax-xogħol li sar matul il-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u nforma dwar l-isforzi ta' Malta biex timplimenta l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli (SDGs). Ghana Bejn is-26 u 28 ta’ Lulju 2017 , il-Ministru Carmelo Abela akkumpanja l-President ta’ Malta, l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, f’Żjara Statali fil-Ghana. Matul din iż-Żjara, il-Ministru Abela kellu laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Integrazzjoni Reġjonali, Shirley Ayorkor Botchwey, fejn intlaħaq ftehim biex tinżamm fix-xhur li ġejjin it-tieni laqgħa tal-Kummissjoni Konġunta Permanenti. Il-Ministru Abela ltaqa’ wkoll mal-Ministru għall-Kummerċ u l-Industrija, Alan Kyerematen, fejn ġie diskuss kif ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn Malta u l-Ghana jistgħu jitjiebu. Matul iż-Żjara Statali, ġew iffirmati Ftehim dwar konsultazzjonijiet politiċi bejn il-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tar- Repubblika ta’ Malta u tar-Repubblika tal-Ghana, Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn TradeMalta u l-Assoċjazzjoni tal-Industriji tal-Ghana, u Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Kmamar tal-Kummerċ ta’ Malta u tal-Ghana Belġju Fl- 1 ta 'Awwissu 2017 waqt żjara fil-Belġju, l-On. Carmelo Abela irrappreżenta lil Malta f'avveniment organizzat mill-gvern tar-Renju Unit biex jikkommemora 100 sena minn Passchendaele, magħrufa bħala It-Tielet Battalja ta' Ypres. Slovenja Fl- 4 u 5 ta’ Settembru 2017 il-Ministru Carmelo Abela, ġie mistieden jipparteċipa fil Bled Strategic Forum fis-Slovenja. Il-Ministru Abela ltaqa’ ukoll mas- Segretarju Ġenerali tal-Unjoni għall-Mediterran fil-marġini tal-Forum, u kellhu laqgħat bilaterali mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Indja, il-Montenegro, u l-Maċedonja, kif ukoll mad-Deputat Sottosegretarju tal-Istat tal-Istati Uniti tal-Amerika, u l-Ambaxxatur tal-Iżrael għall-Malta. Estonja Fis-7 u 8 Settembru 2017 – Il- Ministru pparteċipa f’laqgħa informali tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, fejn fost bosta temi ġew diskussi l-implementazzjoni tal-pjan ta’ difiża (mal-Ministri tad-Difiża tal-Unjoni Ewropea), kif ukoll is-sitwazzjoni fil-Korea ta’ Fuq u l-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani. Saret ukoll laqgħa bilaterali mal-Ministru ta-Affarijiet Barranin tal-Polonja, fejn ġie diskuss ir-relazzjonijiet bilaterali. Fil- 11 ta’ Settembru 2017 l-Ministru pparteċipa f’laqgħa informali tal-‘Ministri Responsabbli għall-Iżvilupp’ li saret f'Tallinn. Matul din il-laqgħa, ġew diskussi numru ta’ suġġetti, fosthom l-Impenn ma’ Pajjiżi aktar avvanzati fl-Iżvilupp, ir-Rabta bejn l-Għajnuna Umanitarja u l-Għajnuna għall-Iżvilupp, l-Użu Diġitali għall-Iżvilupp, u l-Pjan ta' Investiment Estern. Stati Uniti Il-Ministru attenda l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda ġewwa New York, mis- 17 sal-24 ta’ Settembru 2017 . Matul din is-sessjoni, il-Ministru Abela akkumpanja lil-Prim Ministru f’laqgħat bilaterali li seħħew mal-kapijiet ta’ Stat tal-Gujana, l-Kosovo u l-Liberja, mal-Prim Ministru tal-Maċedonja kif ukoll mas-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda. Il-Ministru kellu wkoll laqgħat bilaterali mal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tat-Tuneżija, l-Andorra, s-San Marino u l-Libja kif wkoll mal-Ministru tas-Sajd, Opportunitajiet Indaqs, u Kooperazzjoni Nordika tad-Danimarka, u s-Segretarju Ġenerali tal- Kunsill għall-Kooperazzjoni tal-Golf. Il-Ministru Abela ltaqa mas-Segretraju Ġenerali tal-Commonwealth kif ukoll ippresjeda l-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Commonwealth peress li Malta preżentament għada Chair in Office tal-Commonwealth. Polonja 28/29 ta’ Settembru 2017 . Fuq stedina mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Polonja, l-E.T. Witold Waszczykowski, il-Ministru Carmelo Abela għamel żjara ritorn lejn Varsavja nhar it-28 ta’ Settembru għal-taħdidiet bilaterali mal-Ministru Waszczykowski, fejn ġew diskussi r-relazzjonijiet bilaterali u kwistjonijiet reġjonali u Ewropej, u fejn ġie ffirmat il-Ftehim fuq Rappre¿entazjoni għall-ħruġ ta’ Viżi għal Malta mill-Ambaxxata Pollakka ġewwa Tehran, l-Iran.

Studenti li jkomplu jistudjaw

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma kemm kien il-persentaġġ ta’ studenti li komplew jistudjaw fis-snin 2011, 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif muri fit-tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bini ta' skejjel u xogħlijiet ta' manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra, liema huma dawk l-iskejjel li nbnew u nfetħu bejn is-sena 2013 u s-sena 2016 u f’liema skejjel saru xogħlijiet ta’ manutenzjoni estensivi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni dwar bini ta' skejjel u xogħlijiet ta' manutenzjoni maġġuri li saru bejn is-sena 2013 u s-sena 2016 mill-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta' Għada (FTS). Infurmat ukoll li saru xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni f’dawn l-iskejjel: · Skola Sekondarja fil-Kulleġġ Santa Klara f'Pembroke - Xoghol ta' partitioning u tibdil ta' bibien. · Ċentru ta' Agri-Business fil-Kulleġġ Maria Regina fil-Mosta - Restawr ta' razzett antik li ġie mibdul f'ċentru tal- Agri-Business li jifforma parti mill-iskola. · Tarxien Middle School - Tibdil ta' aperturi kif ukoll xogħol ta' kisi u tibjid tal-faċċati ta' barra. · Tarxien Primary School - Tibdil ta' aperturi kif ukoll xogħol ta' kisi u tibjid tal-faċċati ta' barra. · Blata l-Bajda Middle School - Tibdil ta' bibien interni, laboratorji ġodda ghax-xjenza u l- home economics , kif ukoll tibdil ta' toilets għall-istudenti. · Attard Primary School - Tibdil ta' aperturi kif ukoll xogħol ta' kisi u tibjid tal-faċċati ta' barra.
Leg 13 PQ #1508 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – proġett ta’ Qorti ġdida

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra u tgħid xi twettaq s'issa fuq il-proġett ta' Qorti ġdida f'Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Intrpellant jagħmel referenza għall-PQ 1639 tad-9 t'Ottubru 2017.

Malta Enterprise – proġetti f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid il-Malta Enterprise kemm irnexxielha ġġib lejn Għawdex proġetti li jagħmlu sens u li mhumiex imfixkla mil-limitazzjonijiet tal-gżira matul is-snin 2016 u 2017?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi, l-Korporazzjoni approvat 12 il-proġett minn impredituri Għawdxin.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – Holter bi ħsara

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk l-apparat li jintuża biex jiġi interpretat ir-riżultat tal-Holter, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, ilu bil-ħsara għal madwar dawn l-aħħar sitt xhur? Jekk fl-affermattiv, jista’ jieħu passi biex dan l-apparat jittranġa kemm jista' jkun malajr? Jista' jgħid ukoll kemm hemm pazjenti minn Għawdex jistennew biex jagħmlu l-Holter test?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-isptar Ġenerali t’Għawdex qatt ma kellu apparat biex jiġu nterpretati il-Holter Recordings.

Żurrieq – Blue Grotto Avenue – traffic lights

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra meta ser jiġu stallati traffic lights fi Blue Grotto Avenue fiż-Żurrieq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed tħares lejn il-possibiltajiet sabiex jiġu nstallati traffic lights fi Blue Grotto Avenue fiż-Żurrieq, malajr kemm jista’ jkun.

Transport Malta – toroq rurali li għalihom intalbu Fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra liema huma t-toroq rurali li għalihom intalbu Fondi Ewropej minn Transport Malta u liema ġew approvati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ toroq li tifforma parti mill-applikazzjoni ta’ Transport Malta għal Fondi Ewropej qieghda fi stadju ta’ evalwazzjoni u l-approvazzjoni mistennija li tasal lejn l-aħħar ta’ din is-sena.

Vjal l-Indipendenza u Triq Wied Babu proċess ta’ esproprjazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra meta ser jiġi ffinalizzat il-proċess ta’ esproprjazzjoni biex Vjal l-Indipendenza u Triq Wied Babu jingħaqdu flimkien u dan meta dan il-proġett ilu indikat fil-lista ta’ schemed roads għal snin twal?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess għall-esproprju jinsab ghaddej.
Leg 13 PQ #1541 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: ROSIANNE CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Strateġija tal-Gvern fejn jidħol il-kummerċ elettroniku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed tiġi aġġornata l-istrateġija li għandu l-Gvern fejn jidħol il-kummerċ elettroniku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Fl-2014, il-Gvern adotta strateġija nazzjonali tal-kummerċ elettroniku li qed tiġi imwettqa mill- Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (l-MCA) bħala l-entità li tirregola dan is-settur. Minħabba l-fatt li l-kummerċ elettroniku huwa settur dinamiku ħafna minnu nnifsu, l-iżviluppi identifikati fl-Istrateġija jiġu riveduti u aġġornati kull sena, waqt li d-direzzjoni strateġika minnha nnifisha tiġi aġġornata kull sentejn. Il-proposti li fuqhom hija mibnija r-reviżjoni ġew imfassla minn grupp ta’ esperti magħmul minn diversi speċjalisti mill-industrija tat-teknoloġija diġitali u tal-kummerċ elettroniku. L-MCA ikkonsultat ukoll ma’ bosta stakeholders oħra sabiex tiġbor l-opinjonijiet u rakommandazzjonijiet ta’ dawn għal eserċizzju iżjed komprensiv. Din ir-reviżjoni teżamina l-istat kurrenti tal-implimentazzjoni tal-istrateġija u tindika l-passi li jmiss sabiex ikompli jissaħħaħ is-settur tal-kummerċ elettroniku f’Malta. Dawn huma minbnija fuq sisien imfassla li jħarsu biex dan ikun settur kreattiv, innovattiv, kollaborattiv, u flessibbli. L-erba’ pilastri li fuqhom hija mibnija l-Istrateġija huma: 1. li tkompli tiġġenera l-fiduċja fil-kummerċ elettroniku; 2. li tittrasforma l-intrapriżi ż-żgħar u tgħinhom sabiex huma wkoll jibdew jiffurmaw parti mid-dinja diġitali; 3. li Malta ssir kompetitur globali tal-kummerc elettroniku; u 4. li tgħolli l-livell tal-użu diġital tal-intrapriżi medji. Fost il-bosta miżuri li ġew proposti fir-Reviżjoni, l-Awtorità stabilixxiet żewġ inizjattivi parikulari, li fuqhom qiegħda taħdem bħalissa, sabiex il-miri ta’ dawn il-pilastri jiġu milħuqa u sabiex tagħti imbuttatura lin-negozji ż-żgħar u tiftħilhom iktar bibien għal opportunitajiet ġodda. Waħda minn dawn l-inizjattivi tirreferi għal programm ta’ taħriġ fuq il-kummerċ elettroniku li se jkun ipprovdut fuq pjattaforma onlajn. Dan il-programm ser ikun iffinanzjat minn fondi Ewropej. It-taħrig ser imiss ma’ bosta suġġetti differenti li għandhom xj’jaqsmu mal-kummerċ elettroniku, u ser ikun miftuħ għall-pubbliku ġenerali. Madanakollu, l-għan tal-MCA huwa li tilħaq lill-intrapriżi ż-żgħar u medji sabiex permezz ta’ dan it-taħrig, dawn ikunu kapaċi jirrikonoxxu l-benefiċċji tal-kummerċ elettroniku u jkunu mgħammra bl-għodod neċessarji sabiex jittrasformaw l-operat tagħhom għal wieħed diġitali. Il-programm ser ikun wieħed akkreditat u mqassam fuq medda ta’ ftit xhur. Il-fatt li dan it-taħrig ser ikun pprovdut onlajn jagħmel il-kors iktar aċċessibbli u flessibbli, żewġ benefiċċji ewlenin tad-dinja diġitali li l-MCA taspira li tippromwovi permezz ta’ din l-inizjattiva. Proġett ieħor li fuqu qiegħda taħdem l-MCA huwa l-Fast Trak, li ser jinvolvi sessjonijiet ta’ taħrig qosra fuq l-użu tal-midja soċjali fil-qasam tan-negozju. It-taħrig huwa mmirat lejn il-bejjiegħa ta’ negozji żgħar, bl-għan li fi ftit sigħat, dawn jagħrfu l-importana u l-vantaġġi ta’ presenza onlajn għal business tagħhom u jitgħallmu kif għandhom jagħmlu użu tajjeb minn dawn l-għodod diġitali. Apparti minn hekk, l-għan hu li wara dan il-kors, il-parteċipanti jkunu kapaċi jidentifikaw il-benefiċċji numerużi li jġib miegħu l-użu tal-midja soċjali, inklużi l-faċilitazzjoni tal-komunikazzjoni bejn il-bejjieġħ u l-klijent, promozzjoni iktar b’saħħitha tal-prodotti, mezz ta’ kif wieħed jista’ jidentifika x’inhuma jagħmlu l-kompetituri tiegħu f’dak is-settur partikulari, u kif il-midja soċjali tagħmilha faċli għall-klijenti sabiex isibu negozju partikulari, u b’hekk, tiġġenera iktar qliegħ għan-negozju. Permezz ta’ dawn l-inizjattivi l-Awtorita’ hija kommessa li tkompli tkabbar dan is-settur u toħloq opportunijatiet ġodda għan-negozji.