Investigazzjoni dwar il-ħruq fl-Impjant ta’ Sant’Antnin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija WasteServ Malta Limited hijiex hi stess qiegħda twettaq investigazzjoni dwar il-ħruq estensiv li seħħ nhar it-Tnejn, 22 ta' Mejju 2017 fl-impjant ta' Sant'Antnin li huwa mmexxi mill-istess kumpanija WasteServ Malta Limited? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet din l-investigazzjoni?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħallissa l-inċident għadu suġġett għall-Inkjesta Maġisterjali.
WasteServ Malta Ltd – ħaddiema li huma fuq il-kotba ta’ kumpanija partikolari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li bħalissa qed iservu ma' diversi entitajiet, fergħat, stabbilimenti u intrapriżi, uffiċini u/jew dipartimenti tal-kumpanija WasteServ Malta Limited li fil-fatt kienu u għadhom sal-lum fuq il-kotba tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jew xi kumpanija sussidjarja tagħha? Jista' jagħti lista bid-dettalji kollha iżda mingħajr l-ismijiet tal-ħaddiema, tad-diversi postijiet fejn dawn l-istess ħaddiema qed jagħmlu xogħol u x'inhu x-xogħol partikolari li qed jagħmlu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
WasteServ Malta Ltd – ħaddiema li huma fuq il-kotba ta’ kumpanija partikolari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema li bdew iservu ma’ diversi entitajiet, fergħat, stabbilimenti u intrapriżi, uffiċini u/jew dipartimenti tal-kumpanija WasteServ Malta Limited li fil-fatt kienu u għadhom sal-lum fuq il-kotba tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jew xi kumpanija sussidjarja tagħha u dan għal matul il-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista' jagħti lista bid-dettalji kollha iżda mingħajr l-ismijiet tal-ħaddiema, tad-diversi postijiet fejn dawn l-istess ħaddiema qed jagħmlu xogħol u x'inhu x-xogħol partikolari li qed jagħmlu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
WasteServ Malta Ltd – ħaddiema li huma fuq il-kotba ta’ kumpanija partikolari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema li bdew iservu ma’ diversi entitajiet, fergħat, stabbilimenti u intrapriżi, uffiċini u/jew dipartimenti tal-kumpanija WasteServ Malta Limited li fil-fatt kienu u għadhom sal-lum fuq il-kotba tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jew xi kumpanija sussidjarja tagħha u dan għal matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti lista bid-dettalji kollha iżda mingħajr l-ismijiet tal-ħaddiema, tad-diversi postijiet fejn dawn l-istess ħaddiema qed jagħmlu xogħol u x'inhu x-xogħol partikolari li qed jagħmlu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
WasteServ Malta Ltd – ħaddiema li huma fuq il-kotba ta’ kumpanija partikolari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema li bdew iservu ma’ diversi entitajiet, fergħat, stabbilimenti u intrapriżi, uffiċini u/jew dipartimenti tal-kumpanija WasteServ Malta Limited li fil-fatt kienu u għadhom sal-lum fuq il-kotba tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jew xi kumpanija sussidjarja tagħha u dan sena b’sena matul is-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017? Jista' jagħti lista bid-dettalji kollha iżda mingħajr l-ismijiet tal-ħaddiema, tad-diversi postijiet fejn dawn l-istess ħaddiema kienu jew għadhom qed jagħmlu xogħol u x'inhu x-xogħol partikolari li kienu jew qegħdin jagħmlu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
B’referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 110, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni għall-perjodu bejn is-6 ta’ Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat li fil-perjodu msemmi ma ingħata l-ebda transfer lill-ħaddiema fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li mmexxi.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — transfers ta' ħaddiema
Question
B’referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 111, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni għall-perjodu bejn is-6 ta’ Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm transfer wieħed biss fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħi.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — transfers ta' ħaddiema
Question
B’referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 112, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni għall-perjodu bejn is-6 ta’ Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tagħti informazzjoni dwar mezzi jew mekkaniżmi ta’ kif qed jiġu protetti s-sand dunes fuq Kemmuna?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex inaddfu is-sand dunes minn skart li jintrema mill-pubbliku bħala parti mir-rutina tat-tindif tal-bajjiet. Ta’ min jgħid ukoll li sar intervent mill-Awtorità tal-Ambjent u Riżorsi biex ikunu protetti s-sand dunes fil-bajja ta’ Santa Marija f’Kemmuna, billi dawn is-sand dunes kienu mdawwra bi ħbula biex ikunu salvagwardjati l-proċessi naturali tagħhom.
Sejħiet għal fondi Ewropej li jiffukaw fuq l-inklużjoni soċjali
Question
Tista’ l-Ministru tindika liema sejħiet għal fondi Ewropej se jkunu qegħdin jiffukaw fuq l-inklużjoni soċjali?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li fi żmien li ġej l-Awtorita’ ta’ Ġestjoni ser tkun qed tiftaħ sejħiet oħra li jindirizzaw l-inklużjoni soċjali permezz tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE). Dawn is-sejħiet li ser ikunu miftuħa għall-imsieħba soċjali w entitajiet non-governativi, ser ikunu qed jilqgħu proposti għall-proġetti żgħar.
Tlettax-il proġett li jammonta għal aktar minn €40 miljun mill-FSE diġa ġew approvati fl-2017.
Fond ieħor li jindirizza l-bżonnijiet bażiċi permezz ta’ distribuzzjoni ta’ l-ikel huwa l-FEAD li għalih hemm allokat €4.6 miljun. Kull sena isiru tliet distribuzzjonijiet lil dawk il-familji eliġibli.
Kemm hu n-numru ta’ ħaddiema li ngħataw taħriġ li kien iffinanzjat minn fondi Ewropej, u taħt liema programm ingħata?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li għall-programm għall-perjodu 2007-2013 kien hemm ‘l fuq minn 63,000 parteċipant li attendew għal korsijiet differenti taħt il-Fond Soċjali Ewropew kif ukoll taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Dan in-numru jinkludi numru ta’ ħaddiema li attendew għal aktar minn kors wieħed.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol biex titwaqqa’ ċ-ċumnija ta’ Delimara?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol preparatorju biex jinbeda t-twaqqiegħ taċ-ċumnija diġa beda fil-jiem li għaddew. Il-pjan huwa li ċ-ċumnija tal-konkos tibda titwaqqa’ fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla wara li jiżżarmaw iċ-ċmieni tal-ħadid li hemm ġo fiha.
Jista’ l-Ministru jispjega għalxiex se jintuża l-bini li l-Enemalta qiegħda tibni f’Rikażli, viċin Smart City?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-bini msemmi f’Rikażli ser jibda jintuża bħala Ċentru tad-Distribuzzjoni. Fil-fatt f’dan il-bini, f’Ottubru ħa jiġu nstallati tliet 22.5MVA transformers, 33kV u 11kV switchgear units flimkien ma’ sistemi ta’ protezzjoni oħra bil-pjan li jitlesta sal-aħħar t’ April 2018.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-paga medja f’pajjiżna, sena b’sena, mill-2008 sal-2016?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni dwar il-paga medja fost l-impjegati qed tiġi provduta fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata ta’ impjieg, employment rate, maqsuma f’total, irġiel u nisa għal Malta u Għawdex, sena b’sena, mill-2008 sa Ġunju 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-rata tal-impjiegi, kalkulata għal persuni ta’ bejn il-15 u 64 sena, qed tiġi provduta fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ għalliema, LSAs, kapijiet ta’ skejjel, assistenti kapijiet, staff klerikali, staff tal-manutenzjoni u dak tat-tindif f’kull skola statali fil-bidu tas-sena skolastika 2017-2018?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub dwar in-numru ta’ impjegati fil-bidu tas-sena skolastika 2017-2018 fil-gradi msemmija, f’kull skola statali, huwa skont kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Korrezzjoni: Ara dokument PL 718 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 54 tat-Tnejn, 20 ta' Novembru 2017)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ cleaners/purtinari li ġew impjegati mid-Direttorati bejn Marzu 2013 u Awwissu 2017? Jista’ jgħid ukoll fejn qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom dawn il-ħaddiema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bejn Marzu 2013 u Awwissu 2017 ġew impjegati sbatax (17)-il persuna fil-grad ta’ cleaners/purtinari. Tnejn minnhom irriżenjaw f’dan il-perjodu. Il-ħmistax (15)-il persuna l-oħra qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom kif jidher hawn taħt:
NruKulleġġ/skola/sezzjoni
1St. Theresa College - Primary - Lija
1St. Theresa College - Secondary - Santa Venera
2Maria Regina College - Primary - Mellieħa
1St. Thomas More College - Primary - Tarxien
1St. Benedict College - Primary - Safi
1St. Nicholas College - Primary - Attard
1St. Ignatius College - Primary - Qormi
1St. Ignatius College - Primary - Siġġiewi
2St. Ignatius College - Primary - Żebbuġ
2St. Thomas More College - Secondary - Ħamrun
1Lifelong Learning Centre - Msida
1Mikiel Anton Vassalli College - VPA - Johan Strauss School of Music - Ħamrun
Implimentazzjoni tal-inizjattiva My Journey — proċess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess fl-implimentazzjoni tal-inizjattiva My Journey? Jista’ jgħid ukoll min qed jieħu ħsieb l-implimentazzjoni? F’liema skejjel se tiġi introdotta din l-inizjattiva l-ewwel u jekk hux għaddejjin diskussjonijiet mal-iskejjel tal-knisja u indipendenti biex anki huma jintroduċu tali inizjattiva?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tħejjijiet dwar l-inizjativa My Journey għaddejjin ġmielhom. Saru żjarat fl-iskejjel sekondarji kollha tal-istat minn tim ta’ tekniċi sabiex jiġu identifikati spazji u laboratorji fejn jistgħu jiġu mgħallma s-suġġetti vokazzjonali u applikati. Saru taħdidiet mal-Prinċipali tal-Kulleġġi, il-Kapijiet tal-iskejjel sekonardji kollha u ġew identfikati liema suġġetti vokazzjonali u applikati se jiġu mgħallma f’kull skola, mis-sena skolastika 2019-2020 ‘l quddiem.
Inkisbu fondi Ewropej sabiex ikunu jistgħu jinxtraw parti mir-riżorsi meħtieġa għall-klassijiet/laboratorji. Tħejjew l-ewwel tenders u fil-ġimgħat li ġejjin se jiġu ppubblikati mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Qiegħdin isiru taħdidiet ma’ setturi differenti tal-industrija, inklużi lukandi ta’ ħames stilel, auditing firms, kumpaniji tekniċi u oħrajn sabiex ikun żgurat li l-Learning Outcomes tal-programmi vokazzjonali u applikati huma relevanti għall-industrija.
Mill-2017-2018 se jibdew proġetti pilota fejn numru ta’ studenti jkollhom esperjenzi varji fl-industrija. Se nibdew mill-Hospitality.
Saru intervisti u ġew magħżula Uffiċjali Edukattivi f’kull wieħed mis-suġġetti vokazzjonali li qegħdin jiġu mgħallma, jiġifieri l-Ospitalità, l-Agribusiness, il-Health & Social Care, it-Teknoloġija tal-Informatika u t-Teknoloġija tal-Inġinerija.
Qegħdin isiru tħejjijiet sabiex il-kapijiet tal-iskejjel sekondarji kif ukoll l-uffiċjali edukattivi tas-suġġetti vokazzjonali jingħataw esperjenzi f’Malta u barra minn Malta f’dan il-qasam.
Qegħdin isiru laqgħat ukoll mal-Iskejjel tal-Knisja dwar il-proġett ta’ My Journey.
Din il-ħidma qiegħda tiġi kkordinata mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti bil-koperazzjoni tad-Direttorat responsabbli mit-Tagħlim u l-Assessjar, mid-Direttorat għar-Riżorsi Edukattivi u Loġistika, mid-Dipartiment responsabbli mill-Istrateġija u s-Sapport, kif ukoll mill-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta’ Għada (FTS).
Studenti li qed igawdu mill-inizjattiva ta’ one tablet per child
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika dwar in-numru ta’ studenti li qed igawdu mill-inizjattiva one tablet per child matul is-sena skolastika 2017-2018? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ għalliema u LSAs li ngħataw taħriġ matul is-Sajf 2017 in vista ta’ din l-inizjattiva?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti ġodda fir-Raba’ Sena li se jgawdu mill-inizjattiva one tablet per child matul is-sena skolastika 2017-2018 huwa ta’ 4,432. Ma’ dawn hemm 4,387 tablet li tqassmu s-sena l-oħra u li allura għas-sena skolastika 2017-2018 se jkunu fil-Ħames Sena .
In-numru ta’ għalliema u LSAs li ngħataw taħriġ matul is-Sajf 2017 in vista ta’ din l-inizjattiva huwa ta’ 511.