Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #1702 Sitting 26 2017-10-11 Oral · Final From: STEFAN ZRINZO AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – problema ta’ nuqqas ta’ gwidi fis-settur tat-turiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS), fid-dawl ta' swieq ġodda fis-settur tat-turiżmu qed jindirizza l-problema ta’ nuqqas ta’ gwidi fis-settur tat-turiżmu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) li qed isir sforz kbir biex jinfetħu opportunitajiet lil dawk li jixtiequ jsiru gwidi fis-settur turistiku. Fis-sena akkademika 2015/16 in-numru ta’ studenti li kienu qed jistudjaw għall-gwida kien ta’ 35, filwaqt li s-sena akkademika li bdiet issa, 2017/18 in-numru ta’ studenti tela’ għal 52, jiġifieri żieda ta’ 48%. Dan sar billi l-kors part time li kien jiftaħ kull 3 snin issa qiegħed jiftaħ kull sena. Bħalissa hemm 20 student full-time u 32 student part-time.
Leg 13 PQ #1703 Sitting 26 2017-10-11 Oral · Final From: STEFAN ZRINZO AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – Gwidi: Swieq ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jsir biex swieq ġodda turistiċi, bħal dak Ċiniż, ikunu moqdijin fil-futur?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) li fis-sena 2018 se jigradwaw l-ewwel 8 gwidi li jitkellmu bil-lingwa Ċiniża. Dawn ser ikunu ferm bżonnjużi biex dan is-suq ikun moqdi aħjar.
Leg 13 PQ #1704 Sitting 26 2017-10-11 Oral · Final From: STEFAN ZRINZO AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS u entitajiet barranin – Memorandum of Understanding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm mid-diversi Memorandum Of Understanding (MOUs) li ġew iffirmati bejn l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) u entitajiet barranin u/jew lokali ffirmati li ġew iffirmati fl-aħħar erba’ snin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) li sar ħafna xogħol u ħafna mill-MOUs iffirmati issa qed jagħtu r-riżultati mixtieqa. MOU ma’ Haage-Helia University of Applied Science, Fillandja – ġew iffirmat żewġ ftehimiet. Wieħed li qed jara 17-il akkademiku javvanzaw fil-livell akkademiku tagħhom għal benefiċċju tal-istudenti tal-ITS. U permezz tal-ftehim l-ieħor f’Settembru 2017 infetaħ l-ewwel degree f’Malta fl- International Hospitality Management . Għal dan il-kors inkitbu 27 b’mod dirett u 30 billi qed jagħmlu HND li hija ekwivalenti għall-ewwel sena ta’ dan id- degree . MOU mal-Istitut Paul Bocouse ta’ Lyon fi Franza – ftehim li permezz tiegħu f’Settembru 2017 infetaħ l-ewwel f’Malta Degree in Culinary Arts . Għalih daħlu 69 student. MOU ma’ DAN Europe (Divers Alert Nertwork Europe) – ftehim li permezz tiegħu ħloqna ISDSM (International School of Diving Safety & Medicine) li hija bbażata fil-Qala Għawdex. L-għan huwa li jiġu mħajjra studenti barranin u kif ukoll Maltin li jixtiequ jkomplu l-istudji tagħhom fis-settur tad- Diving Safety u Diving Medicine . Fis-sajf li għadda kellna l-ewwel grupp ta’ studenti internazzjonali li għamlu l- internship tagħhom u l-pass li jmiss huwa li jiġi akkreditat kors li jkun jista’ jibda fis-sena 2018. MOU mal-Universita’ ta’ Malta – ftehim li permezz tiegħu f’Settembru 2017 infetaħ l-ewwel Degree in Gastromomy f’Malta. Għalih daħlu 6 studenti.
Leg 13 PQ #1705 Sitting 26 2017-10-11 Oral · Final From: STEFAN ZRINZO AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Qala Għawdex – ITS – użu tal-Campus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiġi utilizzat aħjar il-campus tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) fil-Qala Għawdex u xi pjani hemm għall-futur?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sar sforz enormi biex il-kampus tal-ITS ġewwa Għawdex ikun utiliżżat aħjar. Apparti li ppruvajna nħajjru studenti Għawdxin jidħlu fl-industrija turistika, ġew introdotti modi ġodda ta’ kif dan il-kampus ikun ta’ benefiċċju kemm għall-ITS kif ukoll għal Għawdex. Fl-2016 kellna l-ewwel grupp ta’ studenti Għawdxin jistudjaw fil- Foundation Level . Huwa ta’ pjaċir ngħid li l-maġġoranza tagħhom komplew javvanzaw u issa qegħdin jistudjaw fis- Certification Level f’Għawdex stess. Ġie ffirmat ukoll ftehim mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fejn studenti tal-Form 4 li qed jistudjaw l-Ospitalita’ fl-iskejjel sekondarji t’Għawdex, jagħmlu s-sessjonijiet prattiċi tagħhom fil-kampus tal-ITS ġewwa l-Qala. Ipparteċipajna ukoll fi Skola Sajf biex nibdew inħajjru studenti, anke minn eta’ żgħira, jidħlu fis-settur turistiku. Sar ukoll ftehim ma’ DAN Europe (Divers Alert Nertwork Europe) li permezz tiegħu ħloqna ISDSM (International School of Diving Safety & Medicine) li hija bba¿ata fil-Qala Għawdex. L-għan huwa li jiġu mħajjra studenti barranin u kif ukoll Maltin li jixtiequ jkomplu l-istudji tagħhom fis-settur tad- Diving Safety u Diving Medicine .
Leg 13 PQ #1712 Sitting 26 2017-10-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – toroq resurfaced

Question

Għal dawn is-segwenti toroq: i) It-triq bejn ir-Rabat u s-Sannat; ii) Triq Għajn Qatet Rabat; iii) Triq San Leonardu Rabat/Xewkija; iv) Triq tal-Għajn Fontana; v) Triq il-Vajringa, Rabat; vi) Triq ta’ Sdieri/Triq ta’ Pinu, Għarb; vii) Triq il-Kapuċċini, Rabat; viii) Triq Għajn Abdul, Santa Luċija, Kerċem; ix) Triq is-Salina, Marsalforn, Żebbuġ; x) Triq il-Mitħna, Xewkija; xi) Triq Ninu Cremona, Rabat; xii) Triq il-Qbajjar, Marsalforn, Żebbuġ; xiii) Triq tal-Ħanaq, in-Nadur; u xiv) Triq ta' Ċenċ, Sannat, Għawdex fejn fl-aħħar erba' snin u nofs sar xogħol ta' re-surfacing jew xogħol ieħor relatat mill-Ministeru għal Għawdex, tista' l-Ministru tgħid kemm sewa' x-xogħol fuq kull waħda minn dawn it-toroq, mil-liema kuntrattur twettaq u sarx b'direct order jew wara tender? a) Min kien il-Perit nkarigat mix-xogħlijiet? b) Għal kull xogħol, tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertfikat tal-Perit li juri li x-xogħol sar tajjeb u skont it- tender ? c) Tgħid jekk sarux testijiet tat-tarmak għal kull triq, minn min saru u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikat li juri li saru dawn it-testijiet u r-riżultati tal-istess testijiet?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

MCCAA – lmenti dwar kanċellament mir-Ryanair ta’ ċertu flights

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) irċevitx xi lmenti fid-dawl tal-kanċellament arbitrarju ta’ ċertu flights da parti tar-Ryanair li tħabbar riċentament? Jekk irċeviet xi lmenti, kemm kienu u x’passi qed jittieħdu biex jiġu mħarsa d-drittijiet tal-konsumaturi kkonċernati?

Response (BONNICI, OWEN)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li s'issa l-uniċi titjiriet li ġew ikkanċellata fir-rigward tat-titjiriet ta’ Ryanair u li missew lil Malta, kienu tnejn - Pisa Malta u Malta Pisa rispettivament fl-10 ta’ Settembru 2017. Kien hemm tliet talbiet għal assistenza li kienu jikkonċernaw seba’ passiġġiera fejn l-Awtorita’ ggwidat lil dawn il-passiġġiera dwar x’għandhom jagħmlu. Dan skont il-proċedura uffiċjali wżata mill-istati membri kollha skont ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet. L-Awtorità qiegħda kontinwament titfa’ fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha, informazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġiera f’dan ir-rigward, kif ukoll l-listi ppublikati minn Ryanair dwar titjiriet li jkunu ser jiġu kkanċellati. Barra minn hekk, l-Awtorità, bħala Awtorità kompetenti taħt ir-Regoment (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperarazzjoni bejn l-Awtorijiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi, qiegħda wkoll issegwi, mal-istati membri l-oħra, l-andament ta’ din il-problema li qed taffettwa tant konsumaturi ġewwa l-Ewropa, kif ukoll iżżomm ruħha nfurmata dwar x’qed jiġri fi stati membri oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – kariga ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u b’mod partikolari, x’kariga jew funzjoni tokkupa fil-Ministeru u/jew f’xi entità kwalunkwe li taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Ministeru? Jista’ jgħid x’salarju, allowances, perkaċċi u kundizzjonijiet għandha u għal kemm żmien ġiet appuntata?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — konsulenzi minn persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tagħha, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li wara Marzu 2013 ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma tat xogħol legali jew talbet konsulenza mill-persuna kkonċernata jew mid-ditta legali tagħha.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — konsulenzi minn persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tagħha, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uniku servizzi li ġew mitluba jew xogħol li ngħata lil persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament huma mill-ARMS u l-Enemalta plc. Il-persuna jew id-ditta legali tagħha kella żewġ kuntratti mal-kumpanija ARMS bl-ewwel wieħed ikun mis-16 t’April 2014 sal-15 t’April 2016 u t-tieni kuntratt kien mid-19 ta’ Settembru 2016 sat-18 ta’ Settembru 2017. Kemm damu dawn iż-żewġ kuntratti in vigore , ma sar l-ebda l-ħlas lill-persuna jew id-ditta legali msemmija. L-Enemalta plc ħallset is-somma ta’ €762.71 mit-13 ta’ Marzu 2013 sas-16 ta’ Settembru 2015 lill persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għas-servizz tagħha bħala membru tat- Tender Sub Committee .

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — konsulenzi minn persuna

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk xi entità fid-dekasteru tagħha tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tagħha, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ma’ ntalab l-ebda xogħol legali jew konsulenza mingħand il-persuna msemmija jew id-ditta legali tagħha.
Leg 13 PQ #206 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — konsulenzi minn persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tagħha, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-entitajiet fid-dekasteru tal-Finanzi ma taw l-ebda xogħol legali jew talbu konsulenzi mill-persuna konċernata jew mid-ditta legali tagħha wara Marzu 2013.
Leg 13 PQ #207 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — konsulenzi minn persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tagħha, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna / kumpanija msemmija ingħatat xogħol ta’ konsulenza kif indikat fit-tabella hawn taħt: Dipartiment/Entita' Sena Valur/Ħlas tax-Xoghol € Malta Film Commission 2017 €480 GHRC 2017 €5,200

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — konsulenzi minn persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tagħha, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ma ngħatat l-ebda xoghol legali jew konsulenza minn xi Dipartiment jew entita tal-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali minn Marzu 2013 sal-lum.
Leg 13 PQ #684 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxa – trusts reġistrati barra minn Malta li huma ddikjarati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn trusts reġistrati barra minn Malta li huma ddikjarati mad-Dipartimenti tat-Taxxa fejn is-settlor huwa Malti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #685 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxa – foundations reġistrati barra minn Malta li huma ddikjarati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn foundations reġistrati barra minn Malta u ddikjarati mad-Dipartimenti tat-Taxxa fejn il-benefiċjarju huwa Malti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li foundations reġistrati barra minn Malta u fejn il-benefiċjarju huwa Malti m’humiex obbligati li jirreġistraw mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni. L-obbligu tar-reġistrazzjoni huwa marbut ma’ dħul taxxabli hawn Malta.
Leg 13 PQ #686 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Taxpayers reġistrati bħala self employed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala self-employed?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ taxpayers reġistrati bħala self-employed huwa 27,523 (Id-data hija meħuda mill-informazzjoni li d-dipartiment għandu għas-sena bażi 2015).
Leg 13 PQ #687 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Taxpayers reġistrati bħala self employed li ddikjaraw qligħ ta’ aktar minn €10,000

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala self-employed li fis-sena bażi 2014 iddikjaraw qligħ ta’ aktar minn €10,000?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għas-sena bażi 2014 kien hawn 11,239 individwi li ddikjaraw dħul minn negozju u sengħa ta’ aktar minn €10,000 u dan kemm fuq bażi part-time jew full-time. Persuni li għadhom ma bagħtux il-formola tat-taxxa għas-sena relattiva huma esklużi.
Leg 13 PQ #688 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Taxpayers reġistrati bħala self employed li ddikjaraw qligħ ta’ aktar minn €10,000

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala self-employed li fis-sena bażi 2015 iddikjaraw qligħ ta’ aktar minn €10,000?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għas-sena bażi 2015 kien hawn 11,565 individwi li ddikjaraw dħul minn negozju u sengħa ta’ aktar minn €10,000 u dan kemm fuq bażi part-time jew full-time. Persuni li għadhom ma bagħtux il-formola tat-taxxa għas-sena relattiva huma esklużi.
Leg 13 PQ #689 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Taxpayers reġistrati bħala kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala kumpaniji?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Investigazzjoni dwar il-ħruq fl-Impjant ta’ Sant’Antnin

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 609, jista’ l-Ministru jgħid liema awtoritajiet, istituzzjonijiet jew korpi qegħdin jinvestigaw il-ħruq estensiv li seħħ nhar it-Tnejn, 22 ta' Mejju 2017 fl-impjant ta' Sant'Antnin li huwa mmexxi mill-kumpanija WasteServ Malta Limited?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħallissa l-inċident għadu suġġett għall-Inkjesta Maġisterjali.