Legislature:
Category:
Reset
Active:

ARMS – riċerka xjentifika dwar is-servizz tal-customer care

Question

Jista’ l-Ministru jispjega jekk l-ARMS qattx għamlet riċerka xjentifika (market research) dwar is-servizz tal-customer care?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija ARMS Ltd qabdet kumpanija privata sabiex tikkummissjona studju xjentifiku fejn jirrigwarda d-dipartiment tal- customer care u s-servizz offrut lill-klijenti tagħha. Dawn l-istudji saru, wieħed is-sena l-oħra w ieħor din is-sena.

Skema ta’ grants fuq installar ta’ sistemi fotovoltajiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm benefiċċjarji (familji) li applikaw, u li s’issa bbenefikaw, mill-iskema ta’ grants fuq installar ta’ sistemi fotovoltajiċi (ERDF PV Domestic Grant Scheme)? Kemm ġew allokati flus għall-iskema attwali u kemm s’issa ħarġu flus? X'inhu n-numru totali ta’ familji li mistennija jibbenefikaw?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa daħlu għand ir-Regolatur (REWS) 5,007 applikazzjonijiet li 3,633 minnhom ingħataw l-għotja (il-grant). Il-kumplament tal-applikazzjoni qegħdin fil-proċess. Diġa ġew allokati €9.15 miljun (grant offer) u minn dawn diġa’ tħallsu madwar €5 miljun. Aktar minn 6,000 familja huma mistennija li jibbenefikaw minn din l-iskema.

regolamenti li jirrigwardjaw it-trattament ta’ persuni gay fl-isptarijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġi żgurat li regolamenti li jirrigwardjaw it-trattament ta’ persuni gay fl-isptarijiet jiġu osservati fl-intier tagħhom u meta koppji li jkunu f’Unjoni Ċivili jingħataw drittijiet daqslikieku huma miżżewġin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kull persuna hi trattata bl-istess mod irrispettivament mill-ġeneru, orjentazzjoni sesswali jew l-istat tiegħu jew tagħha.

Ħabsin ta’ nazzjonalità barranija ta’ inqas minn 25 sena jew inqas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħabsin ta’ nazzjonalità barranija li għandhom 25 sena jew inqas?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi hemm 45 priġunier ta’ nazzjonalità barranija li għandhom 25 sena jew inqas.

Ħabs ta’ Kordin – detenuti li għadhom mhumiex sentenzjati bil-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid illum kemm hemm detenuti fil-Ħabs ta’ Kordin li għadhom mhumiex issentenzjati bil-Qorti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi n-numru ta’ detenuti mhux sentenzjati skont statistika meħuda fid-29 ta’ Settembru 2017 kien ta’ 142.

Ħabs – ċelel – flushing tat-toilets

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li għad hemm ċelel fil-ħabs li sal-lum m’għandhomx flushing u jintuża barmil ilma biex jitnaddaf it-toilet? Jekk fl-affermattiv, kemm hemm ċelel f’dan l-istat u f’liema diviżjoni qegħdin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Kif jaf tajjeb ħafna l-Onorevoli interpellant, ladarba kellu tali responsabbiltà jew simili meta kien Assistent Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern, din il-problema ilha tkarkar u ġiet iffaċċjata minn kull amministrazzjoni fl-aħħar snin. Għalkemm tipprova tingħata l-istampa li l-problema tieqaf mal-flushings, fil-verità nifhem li jeżistu problemi loġistiċi u strutturali f’dawk iċ-ċelel li jaqgħu fil-parti l-antika tal-Faċilità Korrettiva. Minbarra kwistjonijiet infrastrutturali, hemm oħrajn bħal fejn se jitpoġġew il-priġunieri waqt li jkun għaddej ix-xogħol inkwistjoni. Dan il-Gvern hu impenjat li jindirizza dawn il-problemi. Għal din ir-raġuni qed isiru l-evalwazzjonijiet ta’ kif dan jista’ jsir.

Ħabs — psikoloġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm psikoloġi li huma ngaġġati sabiex jassistu lill-persuni li jinsabu fil-ħabs?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Fil-preżent il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed tħaddem 4 Psychology Assistants full time taħt is-superviżjoni ta’ Principal Forensic Psychologist li tagħti numru ta’ sigħat ta’ servizz. Flimkien ma’ dawn il-Faċilità timpjega wkoll Psychology Assistant, part-time, b’warrant ta’ counsellor. Fil-preżent għaddej ukoll proċess ta’ reklutaġġ ta’ iktar Psychology Assistants. Il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qiegħda wkoll fi ftehim mad-Dipartiment tas-Saħħa fejn żewġ Psikoloġi minn dan id-dipartiment jagħtu numru ta’ sigħat ta’ servizz lill-Faċilità.
Leg 13 PQ #1624 Sitting 26 2017-10-11 Oral · Final From: GLENN BEDINGFIELD To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Kottonera — Lukandi u akkomodazzjoni turistika

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm lukandi jew postijiet ta' akkomodazzjoni turistika li huma reġistrati u li qed joperaw fit-tlitt ibliet tal-Kottonera (Bormla, l-Isla u l-Birgu)? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal lukandi jew postijiet ta' akkomodazzjoni turistika fl-istess tlitt ibliet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li preżentement għandha dawn il-liċenzji li jikkwalifikaw bħala akkomodazzjoni turistika fit-tlitt ibliet tal-Kottonera: Akkomodazzjoni Birgu Bormla Isla Lukandi 0 0 0 Guesthouses 1 2 0 Hostels 0 0 0 Holiday Furnished Premises (postijiet għal btala) 18 13 11 Host Families (ma’ familji ospitanti) 0 4 4 L-Awtorità preżentament qegħdha tipproċessa numru t’applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni turistika fit-tlitt ibliet – 14-il applikazzjoni għal Guesthouses u applikazzjoni waħda għal Hostel.

Proċeduri dwar l-iskandu ta’ xiri taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-proċeduri li kienu nbdew fis-snin li għaddew b'rabta mal-iskandlu tax-xiri taż-żejt? Ma jaħsibx il-Ministru li dawn il-kawżi qed idumu wisq biex jinqatgħu? Jista' jgħid jekk wara l-investigazzjonijiet li saru, hemmx aktar proċeduri kriminali x'jittieħdu kontra persuni oħrajn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-każijiet li għalihom l-Onor. Membru qed jirreferi u li għadhom pendenti huma ħamsa b’kollox. Fi tlieta minnhom it-terminu tal-kumpilazzjoni jinstab sospiż minħabba pendenzi fi proċeduri ta’ ittri rogatorji li ġew eżegwiti minn Malta fil-kors tal-proċeduri. Apparti minn hekk fil-każijiet kollha hemm il-ħtieġa li uħud mill-persuni akkużati jixhdu kontra persuni akkużati oħra u għalhekk l-ewwel irid jintemm il-każ ta’ min hemm bżonn li jixhed kontra ħaddieħor. Jien ma nieqaf qatt nissolleċita lill-awtoritaritajiet relevanti li jespedixxu l-proċeduri f'kull każ. Dwar investigazzjonijiet ulterjuri, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din id-domanda lill-Ministru koncernat.

L-Imqabba – Sqaq l-Isptar għal Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija – triq asfaltata

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 820, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ispezzjoni li kellha ssir saritx, u meta se jkunu qegħdin isiru x-xogħlijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Familja, Drittijeit tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — transfers ta' ħaddiema

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 118 jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni għall-perjodu bejn is-6 ta’ Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu msemmi saru 5 trasferimenti.

Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – persuni li jagħmlu użu mis-servizz ta’ Handyman

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizz tal-Handyman fil-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, sena b'sena u lokalità b'lokalità minn Jannar 2011 sa Settembru 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, d-Dipartiment għall-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Komunita’ m’għandux informazzjoni kif mitlub, mqassma skont l-lokalitajiet sas-sena 2014. L-informazzjoni mitluba minnu mis-sena 2015 sas-sena 2017 hija kif ġej: NAXXAR SAN PAWL IL-BAĦAR MELLIEĦA 2015 6 43 7 2016 16 74 4 2017 19 66 3

Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – persuni li jagħmlu użu mis-servizz ta’ Home Help

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizz tal-Home Help fil-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, sena b'sena u lokalità b'lokalità minn Jannar 2011 sa Settembru 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, n-numru ta’ persuni (households) li kienu qed jirċievu s-servizz ta’ Għajnuna fid-Dar (Home Help Service), fil-lokalitajiet u fis-snin indikati huwa kif ġej: Naxxar San Pawl il-Baħar Mellieħa 2011 44 22 22 2012 48 25 28 2013 50 33 36 2014 56 35 44 2015 62 39 50 2016 64 39 50 2017 (sa Settembru) 68 38 51

Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – persuni li jagħmlu użu mis-servizz ta’ Telecare

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizz tat-Telecarefil-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, sena b'sena u lokalità b'lokalità minn Jannar 2011 sa Settembru 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, n-numru ta’ persuni li kienu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizz tat-Telecare fil-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar, sena b’sena u lokalita’ b’lokalita’ minn Jannar 2011 sa Settembru 2017 huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt: Lokalita 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 Mellieħa 121 126 122 122 136 138 136 Naxxar 140 147 139 138 135 133 133 San Pawl il-Baħar 252 259 240 244 249 251 242

Il-Mellieħa – Triq in-Nases/Triq il-Fortizza, Triq il-Kbira u Triq l-Iżbark tal-Franċiżi – applikazzjoni għal lukanda ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fid-daħla tal-Mellieħa (Triq in-Nases/Triq il-Fortizza, Triq il-Kbira u Triq l-Iżbark tal-Franċiżi) hemmx applikazzjoni sabiex tinbena lukanda ġdida? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti sottomessi lill-awtoritajiet konċernati dwar il-bini ta’ din il-lukanda?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni PA5909/17 ġiet sottomessa bi proposta ta’ bini ġdid għal lukanda, ħwienet kummerċjali u apartamenti fuq livelli ta’ parkeġġ taħt l-art. Wara proċess ta’ konsultazzjoni preliminari, l-Awtorità tal Ippjanar ħarġet screening letter fit- tmintax ta’ Settembru 2017 u qegħda tistenna aktar informazzjoni u studji biex ikompli il-proċess ghall-validazzjoni tal-applikazzjoni. Id-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #1690 Sitting 26 2017-10-11 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Mellieħa – Triq in-Nases/Triq il-Fortizza, Triq il-Kbira u Triq l-Iżbark tal-Franċiżi) – applikazzjoni għal lukanda ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fid-daħla tal-Mellieħa (Triq in-Nases/Triq il-Fortizza, Triq il-Kbira u Triq l-Iżbark tal-Franċiżi) hemmx applikazzjoni sabiex tinbena lukanda ġdida? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti sottomessi lill-awtoritajiet konċernati dwar il-bini ta’ din il-lukanda?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu li ġiet irreġistrata applikazzjoni sabiex tinbena lukanda ġdida ta’ tlett stilel fid-daħla tal-Mellieħa. Rigward il-pjanti sottomessi nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel it-talba tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa — lukandi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' lukandi li kellhom liċenzja/permessi fil-konfini tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar (Buġibba/Qawra) sena b'sena, lokalità b'lokalità bejn Jannar 2010 u Settembru 2017?

Response (BORG, IAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella tat-total ta’ dawn l-applikazzjonijiet maqsumin skont il-kunsill u s-sena tad-deċiżjoni.