Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija – konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21041 u jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk huwiex minnu li ma kienx hemm oġġezzjoni da parti tal-Kunsill Lokali, sabiex jiġi approvat krematorju f’Raħal Ġdid?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li min-naħa tiegħu oġġezzjona kontra din l-applikazzjoni.
Wara li ddiskuta tali materja fil-laqgħa tal-Kunsill, l-istess Kunsill qabel b’mod unanimu illi joġġezzjona kontra din l-applikazzjoni u għaldaqstant talab lill-Perit tal-Kunsill sabiex jippreżenta din l-oġġezzjoni lill-Awtorita tal-Ippjanar.
Ħal Tarxien – Proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u taz-zuntier
Question
B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li kienet saret fl-14 ta’ Mejju 2019 għall-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u taz-zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu u f’liema stadju dawn jinsabu? Jista’ jiġi indikat kemm ser tiġi l-ispiża?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Infrastructure Malta qed taħdem mal-Kunsill Lokali Ħal Tarxien u ma’ entitajiet oħrajn sabiex tfassal il-pjanijiet tekniċi għat-tisbiħ tal-Pjazza quddiem il-Knisja Parrokjali ta’ Ħal Tarxien. Fiż-żmien li ġej ser jiġi ffinalizzat id-disinn ġdid ta’ din il-pjazza sabiex jiġi diskuss ma’ dawk kollha konċernati qabel jibdew ix-xogħlijiet.
Ħal Tarxien – Proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u taz-zuntier
Question
B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li kienet saret fl-14 ta’ Mejju 2019 għall-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u taz-zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu u f’liema stadju dawn jinsabu? Jista’ jiġi indikat kemm ser tiġi l-ispiża?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Tarxien li bħalissa Infrastructure Malta qiegħdha fil-proċess li tagħmel id-disinn tal-pjazza u z-zuntier ta` quddiem il-Knisja Parrokkjali. Il-pavimentar biss ser jitħallas mill-Kunsill Lokali. L-ispiża konnessa ma’ dan il-proġett għadha qed tiġi kwantifikata.
Water Services Corporation — Sistema tal-ħruġ ta’ kontijiet tas-servizzi tal-ilma – awditjar indipendenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk qattx sar xi awditjar indipendenti tas-sistema tal-ħruġ ta’ kontijiet tas-servizzi tal-ilma forniti mill-Water Services Corporation fuq talba tal-Ministru jew tar-REWS jew ta’ xi entità regolatorja oħra mill-bidu tal-2020 s’issa? Jekk sar xi awditjar, tista’ l-Ministru tgħid meta sar dan u x’kienu r-riżultati.?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mil-bidu tas-sena 2020 s’issa ma sar l-ebda awditjar indipendenti fuq sistemi tal-ħruġ ta’ kontijiet tas-servizzi tal-ilma forniti fuq talba tal-Ministru jew tar-REWS.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vjaġġ tal-Gozo Channel telaq tard minn kif stipulat fl-iskeda kemm mill-Port taċ-Ċirkewwa kif ukoll mill-Port tal-Imġarr, matul l-aħħar 6 xhur? Jista' jgħid kemm-il vjaġġ tal-istess Gozo Channel fl-istess perjodu, kellu jagħmel ħin jistenna barra f’xi wieħed mill-portijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gozo Channel ma jżommx record tar-raġunijiet għalfejn vapur telaq tard, u kemm vapur dam jistenna barra biex daħal fil-port.
Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma Kap.545 – passi kriminali konta persuni li kisru dispożizzjoni jew regolamenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ittieħdu passi kriminali kontra persuni li setgħu kisru xi dispożizzjoni tal-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, Kap.545, jew ta’ xi regolamenti magħmulin taħt dan l-istess Att mill-bidu tal-2020 s’issa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tas-sena 2020 s’issa, intbagħtu tmienja u tletin (38) kwerela uffiċjali mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma lill-Kummissarju tal-Pulizija dwar persuni li setgħu kisru xi dispożizzjoni tal-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, jew ta’ xi regolamenti magħmulin taħt dan l-istess Att.
In-numru ta’ każijiet li dwarhom ittieħdu passi kriminali bħala konsegwenza ta’ dawn il-kwereli għandu jintalab mingħand il-Ministeru kompetenti.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħol hemm sabiex isir u meta ser isir fi Triq Birżebbugia, Tarxien?
Response (BORG, IAN)
Minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’709 toroq residenzjali u rurali, li jfisser li lestiet medja t’aktar minn erba’ toroq fil-ġimgħa. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Mill-bidu ta’ din is-sena s’Awwissu li għadda, Infrastructure Malta lestiet xogħlijiet f’123 triq residenzjali u 71 triq oħra qalb il-kampanja. Flimkien, jgħoddu mat-52 kilometru ta’ toroq aħjar, b’37 kilometru ta’ bankini ġodda u 122 kilometru ta’ katusi, pajpijiet u cables ġodda tad-distribuzzjoni tas-servizzi taħt l-art. Sabiex tlesta l-bini mill-ġdid tagħhom intużaw 91,100 tunnellata asfalt u konkos.
Fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Gerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Ġużeppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard u Triq Xintill.
Ix-xogħlijiet fit-triq indikata huma parti minn proġett li l-aġenzija qed twettaq flimkien mal-Enemalta waqt li din qed tgħaddi cables ġodda għall-elettriku f’numru ta’ toroq f’din il-lokalità. Fejn meħtieġ, Infrastructure Malta qed ittejjeb ukoll servizzi oħrajn taħt l-art u bankini qabel ma terġa’ tiksi l-wiċċ tat-triq b’diversi saffi t’asfalt.
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-proġetti li qed taħdem fuqhom l-FTS bħalissa? Tista’ tagħti deskrizzjoni żgħira ta’ kull proġett, inkluż stima u l-istadju li wasal fih il-proġett?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub hu kif muri fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex l-iskola tal-Qawra swiet kważi d-doppju ta’ dak li kien stmat li se tiswa? Fiex kienet in-nefqa żejda minn dak stmat? Żdiedu l-affarijiet li nxtraw? Intesew jiġu inklużi affarijiet fl-istadju tal-ippjanar? Għolew l-affarijiet fuq il-prezz miftiehem fit-tender? Huwa minnu li hemm affarijiet li ma sarux skont l-ispecifications tat-tender, bħal soffitti, aperturi, madum, airconditions, ditti li mhux miftiehma?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Infurmata li l-ispiża fattwali tal-Iskola Primarja tal-Qawra swiet biss 4.7% aktar mill-istima u mhux kif qed jgħid l-Onor. Interpellant fuq proġett ta' 'l fuq minn €13-il miljun, varjazzjoni bħal din hija normali.
Dan huwa Gvern li kommess ikompli jinvesti fl-iskejjel għal uliedna.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-compliance certificate tal-bini tal-Iskola tal-Qawra? Jekk dan għadu ma’ ngħatax, tista’ tgħid għaliex u kif qed topera l-iskola mingħajru?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddej il-proċess ta’ sanzjonar għall-binja tal-Iskola Primarja tal-Qawra biex jirrifletti emendi li kienu neċessarji u kumplimentari għall-iskola.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm promozzjonijiet fl-FTS mill-bidu tal-2017 sal-lum? Mil-liema grad għal-liema grad ingħatat kull promozzjoni?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li kien hemm 39 promozzjoni. It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.