Intrapriżi li bbenefikaw mill-iskema Knowledge Transfer
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema Knowledge Transfer?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li intrapiża waħda bbenifikat taħt l-iskema tal-Knowledge Transfer minn meta ġiet imnedija l-iskema fl-2016 sal-aħħar ta’ Settembru 2017.
Intrapriżi li bbenefikaw mill-iskema Investment Aid Tax Credits 2014-2020
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema Investment Aid Tax Credits 2014-2020?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 73 intrapiża bbenefikat taħt l-iskema tal-Investment Aid Tax Credits 2014 -2020 mill-2014 sal-aħħar ta’ Settembru 2017.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi miftuħin mill-Malta Enterprise biex jgħinu fl-impjieg ta’ ħaddiema ġodda?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskemi miftuħin mill-Malta Enterprise biex jgħinu fl-impjieg ta’ ħaddiema ġodda huma: Innovation Aid for SMEs; Tax Credits for R&D and Innovation; Business Associations Grant; u Trade Promotion (Schedule E). Indirettament l-iskemi tal-Micro Invest, Investment Aid Tax Credits 2014 – 2020, Micro Guarantee 2017 – 2020 u B.Start ukoll jgħinu biex jinċentivaw impjiegi ta’ ħaddiema ġodda.
Awtorità tal-Artijiet – Fondi Ewropej għall-programmi tal-informatika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Artijiet hijiex f’pożizzjoni li tibbenefika minn Fondi Ewropej għall-programmi tal-informatika?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ l-Artijiet qiegħda f’diskussjonijiet avvanzati sabiex l-investiment li għandu jsir fis-snin li ġejjin fuq programmi, sistemi u hardware tal-informatika tibbenefika għalihom minn Fondi Ewropej.
Awtorità tal-Artijiet – investiment ġdid fl-informatika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal l-investiment il-ġdid fl-informatika fl-Awtorità tal-Artijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Awtorita ħarġet sejħa għall-offerti sabiex tingaġġa konsulenti sabiex iseħħ “a high level organisation and business systems review” li minnu jiġi determinat in-nuqqasijiet u bżonnijiet tal-Awtorità fil-qasam tal-informatika. Hu maħsub li sal-aħħar tas-sena toħroġ sejħa internazzjonali sabiex jinstab dak is-software addattat għal bżonnijiet ta’ l-Awtorità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fl-Awtorità tal-Artijiet, maqsumin bejn nisa u rġiel, sal-aħħar tal-2012 u sal-aħħar tal-2016? Jista jgħid jekk dawn humiex biżżejjed u x’inhuma l-pjani għat-tliet snin li ġejjin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fl-2012 kien hemm mija u erbatax (114) rġiel u wieħed u ħamsin (51) nisa jaħdmu fl-Awtorità tal-Artijiet filwaqt li fl-2016 in-numru kien għal sebgħa u tmenin (87) rġiel u sitta’ u tletin (36) mara.
L-Awtorita għanda pjanijiet li żżid l-impjegati sabiex tkun tista’ taqdi l-funzjonijiet tagħha aħjar, b’aktar effiċjenza, kontabilita u trasparenza. Għal dan il-għan l-Awtorita għandha pjan li fuq it-tliet snin li ġejjien iżżid l-impjegati taghha. Dawn ser jiżdiedu f’kull dipartiment u direttorat minħabba n-nuqqas serju li jeżisti.
Jista’ l-Ministru jgħid xi skemi hemm miftuħin jew li għadhom m’għalqux u xi skemi biħsiebha tiftaħ l-Awtorità tal-Artijiet fil-ġejjieni? Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha files l-Awtorità tal-Artijiet u jekk dawn humiex diġitalizzati u, jekk le, hemmx ħsieb li dawn jiġu diġitalizzati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li applikazzjonijiet għall-iskemi ingħalqu kollha iżda għadhom qed jiġu proċessati. Dawn jinkludu l-iskema tal-qbiela, skema tal-garaxxijiet li kienu jinsabu fiż-żoni tal-qasam tad-djar tal-Gvern, ħwienet tal-Belt Valletta u fidi ta’ ċnus temporanji għal residenza ordinarja u villeġġjaturi. L-Awtorita fiż-żmien li ġej ser tkun qed toħroġ skemi ġodda hekk kif imħabbar fl-aħħar baġit. Dawn jinkludu skema tal-ħwienet għal Malta u Għawdex kollu u għal min għandu proprjeta’ tal-gvern b'titolu ta' ċens temporanju, fejn il-perjodu ta' ċens skada jew wasal biex jiskadi, ser toħrog skema sabiex ikollu l-perjodu ta' ċens ieħor bl-istess kundizzjonijiet taċ-ċens originali, ħlief għal ħlas ta' ċens li jrid jiġi stmat mill-ġdid.
L-Awtorità għandha madwar 250,000 file li ftit minnhom huma diġitalizzati. L-Awtorità qed tagħmel eżerċizzju sabiex jibda proġett li jiġu diġitalizzati l-files kollha tal-Awtorità.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhu attrezzat id-Dipartiment tal-Inforzar fl-Awtorità tal-Artijiet, il-funzjonijiet ta’ dan id-dipartiment u xi pjani hemm biex ittejjeb ħidmietu u r-riżorsi allokati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament is-sezzjoni ta’ l-infurzar hija komposta minn ħames uffiċjali, inkluż Direttur. L-Awtorità qiegħda timpennja ruħha sabiex issaħħaħ is-sezzjoni tal-infurzar biex tkun tista taqdi l-funzjonijiet tal-infurzar b’aktar effiċjenza. Għal dan il-għan L-Awtorità’ qiegħda fil-proċess li tingaġġa numru ta’ uffiċjali oħra, uħud minnhom klerikali, fi ħdan is-sezzjoni. Fost il-funzjonijiet ta’ din is-sezzjoni hemm li jara li jitħarsu l-permessi kollha maħrugarelatati mal-Awtorità tal-Artijiet, għal Malta u Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskema ta’ rinnovar tal-bjar domestiċi (Cisterns Scheme) għadhiex miftuħa u min jista’ jibbenefika minnha?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-iskema hija miftuħa u jistgħu japplikaw għaliha dawk il-persuni li jixtiequ jagħmlu xi tiswijiet fil-bir diġà eżistenti. Din l-iskema titħaddem mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma bil-għan li jinkoraġġixxu aktar il-ħażna u l-użu tal-ilma tax-xita fis-settur domestiku. In-nefqa eliġibbli tinkludi tiswijiet ta ' bjar u installazzjoni ta' sistemi għall-użu ta’ ilma li mhux tajjeb għax-xorb. L-iskema hi ffinanzjata minn fondi nazzjonali, u tapplika għal individwi privati għall-użu fil-proprjetajiet residenzjali tagħhom. L-applikanti jistgħu jibbenefikaw sa €1,000.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi għall-użu ta’ enerġija b’effiċjenza li wieħed jista’ jutilizza meta jkun qed jibni daru?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li barra mill-iskema ta’ rinovar tal-bjar domestiċi hemm ukoll skemi għal Roof Insulation u Double Glazing kif ukoll għal installazzjoni ta’ Solar Water Heaters.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, taħt il-Ministeru tiegħu, hemmx il-ħsieb li jinħolqu skemi ġodda li minnhom igawdu l-familji b’mod ġenerali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-jiem li għaddew ġiet imnedija skema ġdida tal- “Heat Pump Water Heater” li l-familji jistgħu jużaw biex isaħħnu l-ilma fejn dawn il- heaters huma aktar effiċjenti mill-geysers normali.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Awwissu 2017 kien hemm każijiet ta’ tfajliet taħt l-età ta’ 16-il sena li spiċċaw fis-sezzjoni tan-nisa fil-ħabs stante li ma kienx hemm post għalihom fil-Faċilità YOURS?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi żewġ tfajliet taħt l-età ta’ 16-il sena ġew allokati f’diviżjoni separata mill-priġunieri l-oħra ġewwa Kordin sakemm intbagħtu l-YOURS.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżti mid-Dipartiment tas-Sanità ġewwa l-kċina tal-ħabs matul din is-sena 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma sarux viżti (spezzjonijiet) mid-Dipartiment tas-Sanità ġewwa l-kċina tal-ħabs matul din is-sena 2017.
Ta’ min isemmi li hemm pjan biex issir kċina ġdida u diġa tfasslu l-pjanti, inġiebu l-permessi u tlestew id-dokumenti neċessarji għat-tfassil tat-tender.
Għaddejjin laqgħat mal-I.T.S. ħalli l-pjan tal-Ministeru li mhux biss ikun hemm kċina, imma tkun strutturata b’mod li jsir tagħlim fis-settur tal-catering lill-
inmates
ħalli meta joħorġu mill-ħabs ikollhom il-kwalifiki meħtieġa biex isibu mpjieg.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li kien hemm każijiet ta’ self harm minn ħabsin fil-ħabs tul din is-sena 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Mill-bidu ta’ din is-sena jirriżulta li kien hemm 74 każ ta’ self harm minn ħabsin. Fost dawn ma kienx hemm każijiet ta’ ġrieħi inflitti ta’ natura gravi.
Dipartiment tal-Probation u l-Parole – probation officers
Question
Jista’ l Ministru jgħid kemm hemm probation officers fil-mument li huma ingaġġati mad-Dipartiment tal-Probation u l-Parole fi ħdan il-Ministeru tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’kollox fid-Dipartiment tal-Probation u l-Parole hemm 4 Senior Probation Officers u 18-il Probation Officer.
Dipartiment tal-Probation u Parole – Victim liaison officers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Victim Liaison Officers fid-Dipartiment tal Probation u l-Parole fi ħdan il-Ministeru tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Probation u l-Parole jimpjega Victim Liaison Officer waħda hekk kif tirrikjedi l-Liġi tal-Ġustizzja Riparatriċi Kap 516.
Peress li matul il-leġiżlatura li għaddiet, il-Gvern investa qattigħ fil-Biċċerija, kemm f’makkinarju kif ukoll f’infrastruttura, jista’ l-Ministru jindika dan l-investiment kemm sarraf f’titjib fil-kwalità tal-prodott?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nikkonferma lill-Onor. Interpellant li l-investiment li sar fil-Biċċerija fil-fatt wassal għal titjib sostanzjali fil-kwalità tal-laħam li joħroġ mill-biċċerija. Bi pjaċir ngħid li l-prodott tal-laħam Malti huwa ta’ kwalità tajba daqs, anzi ħafna drabi aħjar, minn laħam impurtat.
Il-karkassi kollha llum jiġu
dressed
skont
standards
Ewropej. Il-laħam kollu huwa ggradat skont il-kwalità u l-ammont ta’ xaħam li fihom. Il-livell ta’ iġene tjieb ukoll, b’riżultati mit-testijiet juru li b’mod konsistenti jintlaħaq livell tajjeb ħafna ta’ iġene, u għalhekk jitnaqqas b’mod sostanzjali r-riskju ta’ kontaminazzjoni tal-karkassi.