Uffiċċju tal-Prim Ministru – Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni — talbiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni — talbiet
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni — talbiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex u d-Djoċesi ta’ Għawdex – Memorandum of Understanding
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat ftit tal-jiem ilu bejn il-Ministeru għal Għawdex u d-Djoċesi ta' Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li qed inpoġġi kopja tal-Memorandum of Understanding fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nadur Għawdex — Triq it-Tiġrija - Użu ta’ dar u art
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ftehim iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u d-Djoċesi ta’ Għawdex dwar l-użu ta’ dar u art magħha fi Triq it-Tiġrija fin-Nadur Għawdex? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan il-ftehim?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m’hemm l-ebda ftehim iffirmat bejn il-Ministeru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali u d-Djoċesi ta’ Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid jekk is-sistema tal-online bookings tal-Gozo Sports Complex hijiex qed taħdem? Jekk din is-sistema qed taħdem, minn meta bdiet titħaddem? Jekk mhux qed taħdem x’inhi r-raġuni li mhux qed taħdem u meta hemm il-ħsieb li tibda titħaddem?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li s-sistema ta’ online bookings fil-Kumpless Sportiv t’Għawdex ġiet introdotta fi Frar 2017. Minn dak iż-żmien ‘l hawn sar proċess ta’ evalwazzjoni tas-sistema u din qed tiġi mtejba biex tkun aktar user friendly. Huwa ppjanat li s-sistema emendata tidħol fis-seħħ għall-aħħar t’ Ottubru 2017.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess biex titpoġġa baga akbar fix-Xlendi li magħha jkunu jistgħu jorbtu l-cruise liners? Tista' tgħid jekk dan il-proġett li ġie msemmi f'diversi budgets tal-leġislatura l-oħra, hux ser isir jew le u jekk ser isir meta mistenni li jitlesta? Jekk ġie deċiż li mhux ser isir, x’inhi r-raġuni?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qed iħejji pjan ħolistiku għax-Xlendi li jinkludi r-riġenerazzjoni ta’ dan il-post u li fih jinkludi faċilitajiet turistiċi fosthom landing place aktar adekwata biex tilqà turisti li jiġu bil-cruise liners. Dan ġie wkoll inkluż fil-Baġit 2018 fejn ukoll ingħatat allokazzjoni finanzjarja għall-ewwel fażi tal-proġett.
Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk u meta ser isir ix-xogħol ta’ resurfacing fi Sqaq Ramija f’Ħal Kirkop?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija qegħda fuq lista ta’ prioritajiet li bħala dettalji jiġu mħabbra aktar il-quddiem meta jkollna data definittiva.
Jista’ d-Deputat Prim Minisru u Ministru għas-Saħħa jgħarraf il-Kamra meta beda x-xogħol għall-bini ta’ poliklinika f’Ħal Kirkop, liema tagħmir se jkun fiha, kemm ser tiswa u meta huwa mistenni li tibda jingħata s-servizz fiha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol għall-bini ta’ poliklinika ġdida f’Ħal Kirkop beda’ dan ix-xahar stess. Dan iċ-ċentru tas-saħħa ser joffri diversi servizzi fosthom dak tat-tabib u l-infermiera, oftalmoloġija, fiżjoterapija, klinika tas-saħħa mentali, podjatrija, breast feeding u kif ukoll klinika għad-diabete’. In-nefqa kapitali mistennija tkun ta’ madwar €890,000. Dan iċ-Ċentru tas-Saħħa mistenni jibda jara l-ewwel pazjenti tiegħu fl-2018.
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hemmx pjani biex jingħata servizz ta’ Klabb 3 – 16 fl-Imqabba?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva, l-Imqabba hija waħda mil-lokalitajiet ikkunsidrati minn pjan iktar wiesgħa ta' ċentri proposti mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES).
Freeport – spezzjonijiet fir-rigward ta’ refuelling
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet u x’passi ttieħdu min-naħa tal-awtorità responsabbli fir-rigward ta’ refuelling li jsir fil-Freeport biex jiġi evitat li jinxtered fuel fil-baħar jew x’kienu l-passi li ttieħdu f’każijiet li setgħa kien hemm fejn inxtered fuel waqt refuelling fl-istess port?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tal-Portijiet u Yachting fi ħdan l-Awtorità għat-Trasport f’Malta jimplimenta u jinforza r-Regolamenti dwar Bastimenti ta’ Tagħbijiet Perikolużi, Terminals u Faċilitajiet Marittimi u Bunkering (L.S. 499.12) u permezz ta’ dawn ir-Regolamenti, fost l-oħrajn, jirregola l-attivitajiet u l-operazzjonijiet kollha ta’ bunkering fl-ibħra territorjali u fil-portijiet Maltin. Dan jinkludi spezzjonijiet li jiġu magħmula mid-Dipartiment tal-Ispettorat tal-Port, liema Dipartiment f’din is-sena s’issa għamel 155 spezzjoni ġewwa l-Port ta’ Marsaxlokk biss fuq operazzjonijiet ta’ bunkering. Id-Direttorat huwa wkoll responsabbli, skont deċiżjoni tal-Kabinett, mit-tmexxija u l-koordinazzjoni kollha tal-operazzjonijiet għat-trażżin u għat-tindif tat-tniġġis minn żejt minn bastimenti fl-ibħra territorjali u fil-portijiet Maltin, u dan skont il-Pjan Nazzjonali ta’ Kontinġenza maħruġ, miżmum fis-seħħ u implimentat mill-istess Direttorat.
Apparti minn hekk, id-Direttorat ħareġ bħala direzzjoni l-Avviż tal-Port numru 6 tal-2015 fit-13 ta’ Ottubru tal-2015, abbażi tar-Regolamenti aktar qabel imsemmija, li jimponi fuq l-operaturi tal-braken tal-bunkering l-użu ta’ bomi (booms) msejħa all-round waqt l-operazzjonijiet tal-bunkering kollha ġewwa l-port. L-Operaturi tal-bunkering huma wkoll obbligati li jkollhom ftehim ta’ servizz on-call ma’ provditur ta’ servizz sabiex jassistihom fl-operazzjonijiet ta’ tindif kemm-il darba jkun hemm inċident ta’ tniġġis biż-żejt. Kull operatur li jonqos milli jħares dawn ir-Regolamenti u d-direzzjonijiet mogħtija jkollu l-operazzjoni tiegħu sospiża b’mod immedjat, apparti passi oħra legali li jistgħu jittieħdu, fosthom multi amministrattivi u s-sospensjoni ta’ liċenzji. Inoltre, l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tiegħu jiġu osservati għall-perijodu ta’ żmien sabiex ikun assigurat illi qiegħed iħares l-obbligi tiegħu.
Ta’ min wieħed jgħid illi l-obbligu li tittieħed azzjoni immedjata u neċessarja f’każ ta’ tniġġis f’operazzjoni ta’ bunkering hija tal-operatur tal-barkun u tal-bastiment li jkun qiegħed jirċievi l-bunkers, li għandhom wkoll l-obbligu li jirraportaw mal-ewwel lill-Awtorità. L-Awtorità qiegħda tkun aktar attenta sabiex ikun assigurat illi f’każ ta’ inċident, il-kapaċitajiet neċessarji għal azzjoni immedjata huma f’posthom sabiex it-tixrid taż-żejt ikun imrażżan u jkun irkuprat mingħajr dewmien.
Fl-aħħar nett, f’kull inċident fejn inxtered xi żejt waqt operazzjoni ta’ bunkering ġewwa l-Port ta’ Marsaxlokk li ġie rrapportat lill-Awtorità, l-Awtorità investigat ir-rapport minnufih u ħadet il-passi kollha neċessarji sabiex it-tniġġis ikun ikkontrollat u ma jkomplix jinxtered u jiġi mnaddaf kemm jista’ jkun malajr mill-persuna jew persuni responsabbli għall-istess tniġġis.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1227, jista’ l-Ministru jgħid kemm żaru ċ-Ċentru tal-Viżitaturi fiċ-Ċittadella sa minn meta infetaħ dan iċ-Ċentru?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li sa mill-ftuħ taċ-Ċentru tal-Viżitaturi fiċ-Ċittadella fil-5 ta’ Lulju 2016 sat-30 ta’ Settembru 2017 in-numru ta’ persuni li żaru ċ-Ċentru kien ta’ 279,845.
Sptar Mentali – fondi minn European Fund for Strategic Investments
Question
Peress li f'Marzu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ħabbar li ser jinġiebu fondi mill-European Fund for Strategic Investments biex jiġi ffinanzjat l-Isptar Mentali li hemm il-ħsieb li jinbena fl-Isptar Mater Dei, jista’ jgħid jekk dawn il-fondi nġabrux? X'persentaġġ irid joħroġ il-gvern biex jagħmel tajjeb għan-nefqa? Jekk ma jinġabux il-fondi x'inhi l-alternattiva?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment għas-Saħħa qiegħed jistħarreġ sorsi differenti ta' finanzjar għal sptar mentali ġdid, inkluż sorsi Ewropej.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-miżuri li l-Ministeru qiegħed jieħu biex jagħmel tajjeb għal fatt li fil-ġejjieni l-livell tal-baħar Malti għandu jogħla aktar minn metru? X'inhu l-pjan? Min qed jieħu ħsieb? X'koordinazzjoni qed isir ma' Ministeri oħra dwar dan il-fatt? Art li hi fil-baxx bħal Imsida u postijiet oħra, kif se jiġu mħarrsa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa mill-ewwel kommunikazzjoni li Malta għamlet mal-UNFCCC, il-fatt li fil-ġejjieni l-livell tal-baħar madwar Malta għandu jogħla ġie identifikat bħala wieħed minn numru ta’ riskji li Malta tista’ taffaċja bħala effett tat-tibdil fil-klima. Kif jidher fl-istess kommunikazzjonijiet, jingħad ukoll li dan il-proċess huwa wieħed li jieħu fit-tul u li l-estimi dwar l-għoli fil-livelli tal-ibħra għandhom jiġu interpretati b’attenzzjoni kbira.
Bħala Ministeru, inbeda u qed ikompli għaddej il-proċess tal-
Low Carbon Development Strategy
li minbarra li se titħejja strateġija nazzjonali biex l-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna jindirizza l-isfida tat-tibdil fil-klima, ser tinkludi wkoll l-addatament għall-impatti li ġġib magħha t-tibdil fil-klima, fosthom l-għoli fil-livell tal-baħar fil-ġejjieni. Din l-istess strateġija ser thares ‘il bogħod u ser ikollha viżjoni fit-tul. F’dan l-istadju, diġa saru numru ta’ konsultazzjonijiet li kienu anke miftuħa għall-pubbliku. Għal dan il-għan twaqqaf ukoll kumitat interministerjali li jinkludi rappreżentanti mill-Ministeru tat-Trasport, l-Infrastruttura u Progetti Kapitali, dak tal-Energija, kif ukoll Immanigjar tal-Ilma. Diversi għaqdiet ambjentali wkoll esprimew l-opinjonijiet tagħhom fil-fażi inizjali tat-tfassil ta’ din l-istrateġija.
Is-Sustainable Development Goals (SDG) huma 17-il għan li għandhom jagħmlu tajjeb sas-sena 2030. Jista’ l-Ministru jgħid x'qiegħed jagħmel il-Ministeru biex iwitti t-triq dwar dawn is-SDG? Kif qiegħda timplentahom Malta u fejn wasalna?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta għadha fl-istadji bikrija ta 'l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miri u bħalissa qegħda tadotta ‘bottom up approach’ sabiex tagħti aktar viżibilità lill-SDG’s fl-istrutturi tal-Gvern fl-amminstrazzjoni pubblika u wkoll fis-soċjetà in ġenerali.
L-SDG’s huma mkejlin b’sett ta’ indikaturi li huma stabbiliti minn Nazzjonijiet Uniti. Ir-Rapport
‘SDG Index & Dashboards – A Global Report
’ li kien ippublikat f’Lulju tal-2016 ipoġġi lil Malta fit-32 post meta ikkumparat mal-pajjiżi l-oħrajn tad-dinja. L-istess rapport li ġie ppublikat f’Lulju tal-2017, jikkonferma lil Malta fit-22 post. Dan juri li Malta qegħda fit-triq it-tajba fil-kisbiet sabiex jintlaħqu il-miri tal-SDG’s sal-2030.
Aktar informazzjoni dwar x’qiegħed jsir f’Malta fuq l-Iżvilupp Sostenibbli jinsabu fir-rapporti ta’ ħidma għas-snin 2015 u 2016 li tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kumitati “The Guardian of Future Generations” u “Sustainable Development Network”
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed imexxi l-kumitat “The Guardian of Future Generations” u s-“Sustainable Development Network”? Jista’ jgħid xi twettaq s’issa u x'rapporti tħejjew fl-ewwel tliet snin ta' tmexxija 2012-2015 u f'dak t'issa 2015-2018?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat ‘The Guardian of Future Generations’ għandu bħala Chairman lis- Sur Maurice Mizzi. Il-‘Guardian of Future Generations’ taħt it-tmexxija ta' s-Sur Maurice Mizzi ilu jiltaqa’ minn April 2017 hekk kif kien ġie mniedi uffiċjalment mill-Ministeru tiegħi f’Jannar 2017. Minn dak in-nhar 'l hawn saru diversi laqgħat u anke sar proċess ta' konsultazzjoni ma’ l-ogħla awtoritajiet eżekuttivi kollha fis-settur governattiv bil-għan li l-Guardian ikollu stampa indikattiva tal-mod kif il-Ministeri kollha qegħdin jimplimentaw policies li jinkludu s-sostenibilità fl-operat tagħhom.
Fil-frattemp il-membri kollha tal-
Guardian
flimkien maċ-Chairman issottomettew l-offerta ta' riżenja tagħhom hekk kif tħabbar il-Gvern il-ġdid wara t-tlieta (3) ta' Gunju 2017, sakemm l-istess
Guardian
ġie rijattivat f'Lulju 2017. Mat-tħabbira tal-Gvern ġdid, il-Ministeru għal-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tidbil fil-Klima ukoll reġa’ ta spinta lin-
network
tal-Punti Fokali ta’ l-Iżvilupp Sostenibbli fil-Ministeri governativi hekk sabiex ikun hemm iktar support ta informazzjoni u governanza bejn il-Gvern u il-
Guardian of Future Generations
. Madanakollu bhalissa qed jiġi kkunsidrat kif ser nerġgħu nagħtu spinta lis-
Sustainable Development Network
li fil-governanza tal-Iżvilupp Sostenibbli għandu rwol li jiġbor il-perspetivva tas-soċjetà ċivili ġewwa Malta ħalli b’hekk inkunu qed nikkonsolidaw il-perspetivvi kemm tal-Governattivi, tal-soċjetà ċivili kif ukoll dik tal-ġenerazzjonijiet futuri.
Bejn 2012 u 2015, il-‘
Guardian of Future Generations’
wettaq diversi eżerċizzji ta’ konsultazzjoni ma’ diversi Ministeri kif ukoll mal-Punti Fokali ta' Żvilupp Sostenibbli biex jiġbor informazzjoni relatata ma’ diversi temi li jikkonċernaw żvilupp sostenibbli.
Matul dan iż-żmien il-Gwardjan staqsa dwar:-
· Miżuri li qed jiġu kkunsidrati, ippjanati jew implimentati fl-oqsma tas-saħħa, pensjonijiet, edukazzjoni u benefiċċji soċjali, kif ukoll fil-qafas fiskali, bil-ħsieb li jiġi evalwat sa fejn dawn jikkostitwixxu soluzzjonijiet finanzjarjament sostenibbli li x'aktarx jissalvagwardjaw l-interessi tal-ġenerazzjonijiet futuri ta’ Malta.
· Programmi li qed jiġu kkunsidrati, ippjanati jew implimentati madwar il-Gvern bħala parti minn strateġija ta’ integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi;
· Il-mod kif il-Ministeri, Dipartimenti u entitajiet relevanti - kif ukoll l-impjegati individwali nvoluti fil-formulazzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli.
ERA – Miżuri biex tipproteġi u tħares lir-residenti li jogħqodu f’light industry
Question
Residenzi li darhom hi f'żoni industrijali għandhom jiġu mħarsa minn kontaminazzjoni tal-arja minħabba sprays, trab industrijali, exhaust, ħsejjes ta' makkinarji eċċ.? Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri qed tieħu l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) biex tipproteġi u tħares l-interessi ta' residenti li joqogħdu f'żoni fejn hemm light industry? Jekk l-ERA għada ma bdietx tieħu dawn il-miżuri, meta ser tibda timplementa dan il-pjan li jħares il-wellbeing tal-familji Maltin u Għawdxin?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Peress huwa fatt li t-temperatura tal-baħar Mediterran qed togħla u l-baħar qed jisħon fejn diġà bdew jinħassu problemi li qed jaffettwaw lill-ħlejjaq tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-Ministeru, kemm lokali kif ukoll internazzjonali, dwar din l-isfida u x'miżuri qed jittieħdu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-riċerka qegħda turi li t-temperatura tal-baħar fil-Mediterran qed tiżdied, madanakollu riċerka dwar x’impatti ser ikollha din iż-żieda fit-temperatura fuq il-ħlejjaq tal-baħar hija limitata biex isservi ta’ bażi għall-miżuri speċifiċi minn dan il-lat. Huwa għalhekk li fil-fora kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali partikolarment fil-livel tal-IPCC (Intergovermental Panel on Climate Change), Malta tisħaq bis-sħiħ dwar l-importanza tar-riċerka fis-settur marittimu minħabba l-impatti soċjo-ekonomiċi li dan iġib miegħu. Fil-fatt anke waqt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja (Jan – Ġun 2017) fejn ġew diskussi kif it-tibdil fil-klima u l-ambjent jagħmlu mpatt fuq is-settur marittimu, Malta appoġġjat żieda fir-riċerka u emfasizzat l-importanza tar-riżultati bħala gwida għat-tfassil tal-politika ambjentali.
Attwalment, l-istrateġija nazzjonali fuq il-Biodiversità (
Biodiversity Strategy
) tagħraf il-limitazzjonijiet fid-
data
li jwasslu għal nuqqas ta’ analiżi dwar il-vulnerabbilità tal-ispeċi, għalhekk tixpruna riċerka akkademika fuq dan is-suġġett. Minbarra dan, l-istrateġija ttenni li l-pjanijiet ta’ immaniġjar tas-siti protetti għandhom jinkludu l-impatti relatati mat-tibdil fil-klima bħala riskji tanġibbli. Dawn il-pjanijiet għaż-żoni marittimi protetti ġew mfassla u qegħdin f’stadju ta’ konsultazzjoni pubblika. Aktar żoni ser jingħataw l-
istatus
ta’ protezzjoni propju għal dan il-għan. Nixtieq ukoll inżid li bħalissa għaddej monitoraġġ intensiv fl-ibħra Maltin biex niġbru
data
robusta għall-implimentazzjoni tal-
Marine Strategy Framework Directive
, grazzi għall-fondi mill-Unjoni Ewropea. Eżerċizzji bħal dawn ikomplu jipprovdulna bażi li fuqha nieħdu azzjoni neċessarja għall-protezzjoni tal-ibħra tagħna.
Peress li skont statistika tal-NSO (163/2017) matul l-2016 Malta ġġenerat biss 5.6% tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, jista’ l-Ministru jgħid kif Malta se tlaħħaq mal-miri stabbiliti mill-Unjoni Ewropea sal-2020 fil-ftit snin li baqa’ biex dan isir?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta għandha l-mira li tilħaq 10% f’dak li hi enerġija rinnovabbli sal-2020 u dan jinkludi mhux biss elettriku, li għalih qiegħda ssir referenza fil-mistoqsija, iżda s-sorsi kollha ta’ enerġija rinnovabbli li flimkien huwa stmat li jlaħhqu 6% sal-aħħar tas-sena 2016. Dan intlaħaq b’tagħmir li qiegħed jiġġenera elettriku jew sħana minn sorsi rinnovabbli kif ukoll b’bijokarburanti fil-konsum tad-diżil. B’hekk Malta se tkun qabżet il-mira ndikata lilha fid-Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (2009/28/KE) għas-snin 2015-2016, cio’e’ ta 4.5%.
Il-Gvern se jkompli jaħdem biex jilħaq il-mira Nazzjonali ta’ 10% tal-enerġija ġġenerata minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fis-sena 2020 b’żieda ta’ mill-anqas 1% fis-sena hekk kif ġie ppjanat fin-
National Renewable Energy Action Plan
(
endorsed
mill-Kummissjoni Ewropea). Dan qiegħed jagħmlu billi jkompli l-ħidma b’numru ta’ inzjattivi fis-settur, fosthom b’numru ta’ skemi għal sapport ta’ teknoloġiji solari rinnovabbli (fosthom għal panelli fotovoltajiċi u
solar water heaters
) li huma mmirati għal-familji u l-intrapriżi. Barra minn hekk wara l-pubblikazzjoni tas-
solar farm policy
, fil-ġimgħat li ġejjin, il-Gvern se jniedi skema ġdida għal sistemi fotovoltajċi b’kapaċita’ ta’ mhux inqas minn 1
Megawatt peak
.
Ħal Saflieni – Ipoġew – qtugħ fil-provvista tad-dawl
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-14 ta' Lulju 2017, kien hemm qtugħ fil provvista tad-dawl ġewwa l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni? Jista' jikkonferma li dan il-qtugħ ġara waqt li kien għaddej tour, u li l-istaff ta' Heritage Malta ma kenux jafu kif jerġgħu jixegħlu d-dawl peress li hu pprogrammat? Jista' jikkonferma li l-persuna inkarigata minn dan is-sit ma kenitx disponibbli biex tagħti l-għajnuna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.