Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija – ħlas ta’ Sahra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li tħallas f’sahra lill-Pulizija fil-perjodu bejn Jannar 2016 u Lulju 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-ammont li tħallas f'sahra lill-Pulizija fil-perjodu bejn Jannar 2016 u Lulju 2017 kien ta' €4,196,636.90 (Erba’ miljuni, mija u sitta u disgħin, sitt mija u sitta u tletin euro u disgħin ċenteżmu).

Dipartiment tal-Forensika – xiri ta’ apparat

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk kienx hemm xiri ta’ apparat ġdid fid-Dipartiment tal-Forensika matul is-sena 2017? Jekk dan hu minnu, jista’ jindika x’inhu dan l-apparat u x’inhu l-użu tiegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi apparat ġdid għall-użu ta' investigazzjonijiet fuq dokumenti, inxtara għad-Dipartiment tal-Forensika tal-Korp tal-Pulizija matul din is-sena. Dan inxtara biex jissostitwixxi apparat li kellu aktar minn tletin sena u li ma baqax jilħaq il-kwalitajiet neċessarji fil-laboratorju, għal dan it-tip ta' xogħol.

Korp tal-Pulizija – Taqsima tar-Relazzjonijiet mal-Komunità u l-Istampa

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk it-Taqsima tar-Relazzjonijiet mal-Komunità u l-Istampa tal-Korp tal-Pulizija neditx xi kampanji biex tinforma/teduka lill-pubbliku dwar il-prevenzjoni mill-kriminalità tul l-aħħar sentejn? Jekk fl-affermattiv, jista’ jagħti dettalji?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi t-Taqsima tar-Relazzjonijiet mal-Komunità u l-Istampa tal-Korp tal-Pulizija bl-assistenza ta' sezzjonijiet varji tal-Korp tal-Pulizija, nediet diversi kampanji biex tinforma/teduka lill-pubbliku dwar il-prevenzjoni mill-kriminalità tul l-aħħar sentejn. Dettalji ta' dawn il kampanji jidhru fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għases – titjieb fis-sitwazzjoni infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’qed isir jew x’sar matul din is-sena biex titjieb is-sitwazzjoni infrastrutturali tal-varji għases f’pajjiżna?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi matul is-sena li ninsabu fiha l-Pulizija għamlet diversi xogħlijiet infrastrutturali li jinkludu manutenzjoni, tiswijiet u modernizzar ta' diversi għases. Sar xogħol estensiv fl-Għases taż-Żejtun, ta' Birżebbuġa u ta’ Ħaż-Żabbar, li jinkludi tisbiħ u modernizzar. Sar xogħol ukoll fl-għases tar-Rabat, Għawdex, il-Mosta, Raħal Ġdid u l-Imtarfa, fejn inbnew 'Interviewing Rooms' u xogħol ta' manutenzjoni ieħor. Waqt li qed isir xogħol ta' tisbiħ u manutenzjoni l-Għassa ta' San Ġiljan sar xogħol ieħor fl-għases tal-Imsida, l-Isla, Birkirkara, Raħal Ġdid, Ħaż-Żebbug, Ħal Għaxaq u Ħal Qormi, Ħal Balzan, u l-Qawra, iż-Żurrrieq u l-Fgura fejn ix-xogħol varja minn manutenzjoni, tiswijiet u xogħol ieħor. Xogħol ieħor isir skont il-bżonn f'lokalitajiet oħra.

Bini ta’ għases ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx il-ħsieb li jinbnew xi għases ġodda matul din is-sena? Jekk iva, iddaħħlux diġà xi applikazzjonijiet simili mal-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi hemm il-ħsieb li tinbena għassa ġdida ġewwa Marsaskala. Din is-sena diġà beda l-proċess biex tlestew il-pjanti u diġà ddaħħlu l-applikazzjonijiet relatati mal-Awtorità tal-Ippjanar għal dan l-iskop. Eventwalment joħorġu t-tenders meħtieġa għal din l-għassa bil-possibilità li tkun lesta s-sena ta' wara.

Korp tal-Pulizija — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk infetħux xi applikazzjonijiet biex wieħed jissieħeb mal-Korp tal-Pulizija? Jekk iva, f’liema gradi? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm xi reklutaġġi, ingaġġi u/jew promozzjonijiet li diġà saru fil-Korp tal-Pulizija matul l-2017? Jekk iva, f’liema gradi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-30 ta’ Settembru 2017, fil-Korp tal-Pulizija kien hemm l-ingaġġi u promozzjonijiet kif jidhru hawn taħt: Promozzjonijiet Numru ta’ promozzjonijiet Data Minn Kuntistabbli għar-rank ta’ Surġent 52 08.03.2017 Minn Assistent Kummissarju għall-grad ta’ Deputat Kummissarju 4 15.03.2017 Minn Surġent Maġġur tat-tieni klassi għar-rank ta’ Surġent Maġġur tal-ewwel klassi 2 24.04.2017 Minn Kuntistabbli għar-rank ta’ Surġent 16 15.05.2017 Minn Supretendent għall-grad t’Assistent Kummissarju 10 23.06.2017 Supretendent, Surġent u ex-Surġent kellhom il-promozzjoni tagħhom mogħtija b’lura, wara deċiżjoni tal-‘ Grievances Review Board’ . Ingaġġi Numru Data Riservisti 33 23.03.2017 Re-Instatements (2 Kuntistabbli) 2 26.05.2017 Re-Instatements (Surġent Maġġur u 3 Kuntistabbli) 4 16.06.2017 Rekluti ġodda 101 99 from 19.09.2017 2 from 22.09.2017 Barra minn hekk, tlieta u tletin (33) membru tal-Korp (Surġenti u Kunstistabbli) flimkien ma’ ħames (5) kandidati minn barra (38 b’kollox) temmew b’suċċess il-parti kwalifikatorja tal-kors għar-rank ta’ Spettur u mistennija jilħqu Spetturi tal-Pulizija bi Prova. F’Ottubru 2017 ser jibdew kors ta’ sena full-time fl-Università ta’ Malta fid-‘ Diploma in Policing’ . Jekk jgħaddu mill-kors, jiġu konfermati bħala Spetturi tal-Pulizija (2018).

Forzi Armati ta’ Malta – ħlas ta’ arretrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li tħallas jew għandu jitħallas bħala arretrati lill-membri tal-Forzi Armati ta' Malta bħala konsegwenza tal-885 promozzjoni - ħafna minnhom backdated - li ngħataw fil-Forzi Armati fil-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Forzi Armati ta’ Malta – żieda fil-payroll

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’żieda kien hemm fil-payroll tal-Forzi Armati ta’ Malta konsegwenza tal-885 promozzjoni li ngħataw fil-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2017 sat-2 ta’ Ġunju 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1601, l-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li ż-żieda fil-payroll, b’konsegwenza tal-promozzjonijiet li ngħataw fil-perjodu msemmi, hi ta’ €25,075, dawn jinkludu każi ta’ inġustizji li ġew riżolti fl-aħħar xhur.

Priġunieri — parole

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inmates li ħarġu mill-ħabs bil-parole mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-30 ta’ Settembru 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-30 ta’ Settembru 2017, 10 inmates ħarġu mill-ħabs bil-parole.

Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku – prestazzjoni ta’ Malta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet il-prestazzjoni ta’ Malta fejn tidħol it-traspożizzjoni tal-liġi skont it-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku tul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-informazzjoni mitluba hija skont kif qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Kif esebit fit-tabella tul dawn l-aħħar ħames snin, Malta kellha prestazzjoni eċċezzjonali fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku, kemm fejn jidhlu traspożizzjoni tal-liġijiet, kif ukoll fil-kawżi pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Fil-fatt, Malta irnexxiela żżomm perċentwal rekord ta’ inqas minn wieħed (1) fil-mija (100) meta kkumparata mal-medja tal-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea. Izjed minn hekk, fl-aħħar sentejn, Malta irnexxielha żżomm l-ewwel post tal-klassifika fost it-tmienja u għoxrin Stat Membru. Dan kollu juri li Malta timmonitorja t-traspożizzjoni fil-ħin tad-direttivi b’mod tajjeb ferm. Barra minn hekk, it-Tabella turi tnaqqis drastiku fejn jidħlu każijiet pendenti fil-qasam tas-suq uniku quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Fl-2016, Malta kellha t-tieni l-iżgħar numru ta’ każijiet relatati mas-suq uniku u cioè 5 każijiet, meta medja tal-każijiet pendent tal-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea kienet 24.

Każijiet ta’ avviżi ta’ Tqegħid fil-Mora, Opinjoni, Motivata u Tressiq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mill-Kummissjoni Ewropea

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm każi ta’ avviżi ta’ Tqegħid fil-Mora, Opinjoni Motivata u Tressiq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mill-Kummissjoni Ewropea mill-2004 sal-lum? Kemm kienu dawk il-każi li ngħalqu mill-Kummissjoni fl-istess perjodu?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-informazzjoni mitluba hija skont kif qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qasam Finanzjarju tal-Unjoni (MFF) – preparamenti tal-Gvern

Question

Peress li waħda mill-aktar diskussjonijiet importanti li se jkollha l-Unjoni fis-sena u s-snin li ġejjin, apparti Brexit, se tkun fuq il-qafas finanzjarju tal-Unjoni (MFF) għal wara l-2020 u ladarba n-negozjati dwar dan il-qafas jibdew minn ħafna qabel, tista’ l-Ministru telabora dwar il-preparamenti fi ħdan il-Gvern biex iħejji ruħu għall-hekk imsejjaħ post-2020 MFF, anke fid-dawl tal-fatt li ħiereġ it-tieni l-akbar kontributur tal-Baġit Ewropew, ir-Renju Unit?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin il-preparamenti interministerjali, biex nifformulaw il-pożizzjoni tal-Gvern Malta fuq il-‘post-2020 MFF’. Fost l-oħrajn qed isiru eżerċizzji dwar xenarji differenti u l-impatt tagħhom fuq Malta. Bħala Stat Membru tal-Unjoni aħna nemmnu li, fid-dawl tas-serje ta' kriżijiet li laqtu l-UE f'dawn l-aħħar snin, prinċipalment fir-rigward tal-kriżi ta' migrazzjoni u sigurtà, il-baġit tal-UE wara l-2020 għandu jipprijoritizza b'mod raġonevoli rispons adegwat għal dawn l-isfidi. Irid ikollu jinkorpora fih flessibilita’ li tagħti l-Unjoni lok biex tieħu azzjoni meta jfaqqgħu kriżijiet mhux mistenniha. Il-Proposta tal-Kummissjoni Ewropeja għall hekk imsejjaħ Post-2020 MFF hi ppjanata li tkun lesta f’Mejju tal-2018. L-għan ewlieni tagħna f’dan ir-rigward hu li ma jkunx hemm xokk fil-pożizzjoni netta ta’ Malta u li l-Baġit Ewropew ikompli iservi ta’ strument katalitiku fuq ir-rittmu ekonomiku ta’ Malta.

Network Ewropew tal-Gass — diskussjonijiet

Question

Fl-Unjoni Ewropea bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex l-ebda stat membru ma jkun iżolat min-network Ewropew tal-gass, tista’ l-Ministru tagħti aktar informazzjoni dwar x’qed jagħmel il-Gvern Malti biex imexxi ’l quddiem din il-politika maqbula fil-livell Ewropew u biex iwettaq dak li hu mistenni mill-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qed jaħdem sabiex jinbena pipeline tal-gass bejn Malta u Gela, ġewwa Sqallija, li mistenni jitlesta sa sena 2024. Dan l-proġett mistenni jiswa madwar €320 miljun u ser ikun intitolat għall-fondi Ewropej wara li dan qed ikun ikkunsidrat bħala progett ta’ interess komuni għall-Ewropa. Il-Gvern jara dan il-proġett bħala pass importanti ħafna għall-izvilupp u t-titjib tal-infrastruttura ta’ pajjizna. Il-Gvern Malti beda jaħdem fuq il-proċess hekk kif applika formalment għall-permessi kemm f’Malta kif ukoll fl-Italja.

Riġenerazzjoni tal-Belt Valletta – Fondi Ewropej

Question

Peress li skont il-manifest elettorali tal-2017, li bih ġie elett il-Gvern, hemm madwar €24 miljun mill-Fondi Ewropej li se jintużaw għar-riġenerazzjoni tal-Belt Valletta, tista’ l-Ministru tagħti rendikont ta’ kif se jintefqu dawn il-fondi u x’tip ta’ proġetti biħsiebu jwettaq il-Gvern fil-parti t’isfel tal-Belt Valletta?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-flus ser imorru għall-investiment infrastrutturali indirizzat lejn tlett oqsma: · fl-assi kulturali; · f’titjib fil-bini ta’ housing soċjali pubbliku; u, · fi spazji miftuħa għal komunita.

Ġonna tal-Argotti – xogħlijiet ta’ tisbiħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi progress sar fix-xogħlijiet tat-tisbiħ fil-Ġonna tal-Argotti, u meta hu maħsub li dawn se jitlestew?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isiru xogħlijiet ta’ restawr tal-ħitan ta’ mad-dawra tal-ġnien, il-funtana tad-denfil, is-sur ta’ Notre Dame u s-sur ta’ San Filippu. Qed isir ukoll xogħol ta’ tisbiħ li jinkludi tqegħid ta’ pavimentar ġdid, tinbena latrina pubblika minnflok dik eżistenti, isiru sistemi ġodda ta’ dawl elettriku u sistema ta’ tisqija. Huwa maħsub li dawn ix-xogħlijiet jitlestew sal-aħħar ta’ din is-sena. Wara, jibda x-xogħol ta’ soft landscaping biex minn ġnien pubbliku jiġi trasformat fi ġnien botaniku.

Użu ta’ trasport tal-iskejjel li jkun supervised

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il student applika għall-użu tat-trasport tal-iskejjel li jkun supervised, kemm-il student qed jagħmlu użu minn dan it-tip ta’ trasport, kemm-il skola qiegħda tiġi moqdija bi trasport li jkun supervised u kemm-il supervisor huwa ingaġġat jew qed jagħti dan is-servizz?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nifhem li l-Onor. Interpellant qed tirreferi għall-applikazzjoni tat-trasport tal-iskola li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi (DES) ħareġ f'April li għadda. Infurmat li għal din l-applikazzjoni onlajn applikaw 8,869 student biex jagħmlu użu mit-trasport. Infurmat ukoll li din l-applikazzjoni, li kopja tagħha qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, ma tispeċifikax li t-trasport ser ikun b’superviżjoni. Attwalment 12,372 student jagħmlu użu mit-trasport provdut. It-trasport kollu tal-ħames Resource Centres huwa supervised minħabba d-diffikultajiet ta’ mobilità u kundizzjonijiet li għandhom l-istudenti. Hemm rotot oħra tal-mainstream fejn hemm supervisor individwali ma’ studenti li huma statemented.

Għalliema shared

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il għalliem qiegħed shared bejn skola u oħra, f’liema sena jgħallmu u s-suġġetti li jgħallmu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fit-12 ta’ Ottubru kien hemm 129 għalliem li huma shared bejn skola u oħra. Dawn jinkludu 25 għalliem li huma shared bejn żewġ skejjel li qegħdin fl-istess kumpless, bħal Ħandaq Sekondarja u Ħandaq Middle School. L-għalliema jgħallmu snin varji u s-suġġetti li jgħallmu huma kif ġej: Suġġett Numru ta' Għalliema Accounts 3 Agribusiness (VET) 2 Arabic 7 Art 7 Biology 2 Business Studies 1 Chemistry 3 Classical Studies 1 Computer Studies 3 Design & Technology 4 Drama 2 Engineering Technology (VET) 4 Ethics 15 European Studies 1 French 3 Geography 5 German 4 Graphical Communication 1 Health & Social Care (VET) 2 History 4 Home Economics 8 ICT 4 Integrated Science 1 Italian 2 Maltese 2 Maths 1 Music 10 Nurture Group Teacher 5 PE 4 Personal Social Career Development (PSCD) 3 Philosophy 1 Religion 4 Social Studies 4 Spanish 5 Theatre Studies 1

Skejjel — Għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il għalliem għandu nieqes u mil-liema skejjel u f’liema suġġett jew sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Jiena konvint li l-Onor. Interpellant tapprezza li dan huwa proċess ongoing u l-figura ta’ nuqqas ta’ għalliema tvarja kontinwament. Infurmat li fit-12 ta’ Ottubru kien hemm nieqsa 19-il għalliem full-time u 4 part-time. Dawn huma maqsuma kif gej: Peripatetic: Għalliema li jagħmlu lezzjonijiet ta’ suġġetti partikulari fil-Primarja 2 Mużika 1 PSCD Resource Centre: 4 għalliema li huma class teachers (simili għal tal-Primarja) 3 ICT 1 Xjenza 1 Design & Technology Sekondarja: 1 Għarbi 2 Xjenza 1 PSCD 2 għalliema part-time (jew wieħed shared) għal Computer Studies 1 għalliem part-time għal ICT 1 għalliem part-time għal Mużika 1 Customer Care 1 Multimedia 1 Welding

Awtorità tat-Trasport – sitwazzjoni tal-Pont tal-Mistra

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Awtorità tat-Trasport tirrimedja b'urġenza s-sitwazzjoni tal-Pont tal-Mistra li kompliet tiddeterjora speċjalment wara l-maltemp li seħħ fl-aħħar jiem peress li kull ġurnata li tgħaddi kull min jagħmel użu minn dan il-pont qed jinnota li l-periklu qed dejjem jiżdied?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddej xogħol ta’ tindif fuq il-pont bħala parti minn programm ta’ analizi u manteniment tal-istruttura li qed torganizza Transport Malta. Il-post qed jiġi spezzjonat minn esperti.