Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21979, tista’ l-Ministru tagħti n-nefqa ta' reklami fuq it-televiżjoni mill-2017 sal-lum maqsuma sena b'sena n-nefqa ta' reklami fuq it-televiżjoni u mhux l-ammont globali biss ta' kull entità?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni rikjesta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjantià Attiva — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21981, jista' l-Ministru jagħti n-nefqa ta' reklami fuq it-televiżjoni mill-2017 sal-lum maqsuma sena b'sena u mhux l-ammont globali biss ta' kull entita?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Politika Nazzjonali ppubblikata

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21989 u 22049 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21913, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-Politika Nazzjonali l-ġdida ta' pajjiżna tad-Droga?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onoroveli interpellanta li kien hemm progress fil-ġbir ta’ informazzjoni, minkejja dan il-proċess għadu mhux konkluż. Għaldaqstant tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Pazjenti morda bil-kanċer – sick leave – għajnuna mill-Gvern

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fil-każijiet ta’ pazjenti morda bil-kanċer, hijiex tingħata l-għajnuna li kienet imwiegħda fil-budget tal-2019 lill-pazjenti tal-kanċer f’każ li minħabba l-kura li jkunu qed jieħdu fit-tul, bħalma hi l-chemo, dawn il-pazjenti jispiċċalhom is-sick leave? Il-wegħda tal-2019 kienet tgħid li l-Gvern ser jagħmel tajjeb għas-sick leave hu, għal ħaddiema li jispiċċalhom is-sick leave.

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Skemi ta’ għajnuna finanzjarja għall-manutenzjoni tal-bjar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid: 1. Kemm-il skema hemm tal-waterservice maħsuba biex joffru għajnuna finanzjarja għall-manutenzjoni tal-bjar?, 2. Kemm-il applikazzjoni daħlet għal kull skema rispettiva?, 3. Kemm-il applikazzjoni ġiet approvata minn meta fetħu dawn l-iskemi? u 4. Kemm-il applikazzjoni baqa’ pendenti sal-ġurnata tal-lum f’kull skema rispettiva?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema tar-Restawr ta’ Bjar Domestiċi hi amministrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) u mhux mill-WaterService. Nassumi li qed tirreferi għall-istess waħda. Jekk iva, din l-iskema hija estiża sal-aħħar tas-sena. B’kollox ir-Regolatur irċieva total ta’ 565 applikazzjoni. Ġew approvati 226 applikazzjoni b’valur ta’ €183,278 u m’hemmx applikazzjonijiet pendenti..

Spezzjonijiet fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22367, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid x’nuqqasijiet ġew innutati minn dawn l-ispezzjonijiet f’dawn id-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul it-3,252 spezzjoni ġew innutati nuqqasijiet rigward l-ambjent jew l-infrastruttura li jinkludu problemi strutturali fil-binja, ħsarat fil-makkinarji bħal lift u airconditioners u nuqqas ta’ aċċessibilità. Apparti minn hekk, nuqqasijiet li ġew innutati ukoll kienu fil-kwalita’ tal-kura b’mod partikolari fejn jidħlu l-bżonnijiet tar-resident kif ukoll l-immaniġġjar tas-servizzi relatat mal-kontroll tal-infezzjonijiet waqt il-pandemija kif ukoll l-għażla ta’ attivitajiet organiżżati li jirrispettaw il-protokolli fi żmien il-pandemija.

Lista ta’ persuni li ħadu sehem fi programmi ta’ ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u programmi oħra fuq TVM

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22297 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u programmi oħra li ġew imxandra fuq l-istazzjon TVM matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Għal kull waħda mill-persuni, jista' l-Ministru jgħid f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Lista ta’ persuni li ħadu sehem fi programmi ta’ ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u programmi oħra fuq TVM 2

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22298 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u programmi oħra li ġew imxandra fuq l-istazzjon TVM 2 matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Għal kull waħda mill-persuni, jista' l-Ministru jgħid f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Lista ta’ persuni li ħadu sehem fi programmi ta’ ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u programmi oħra fuq Radju Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22299 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u programmi oħra li ġew imxandra fuq l-istazzjon Radju Malta matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Għal kull waħda mill-persuni, jista' l-Ministru jgħid f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi, ma kienux jixxandru programmi ta’ diskussjoni ta’ ġrajjiet kurrenti fuq Radju Malta.
Leg 13 PQ #22420 Sitting 494 2021-10-11 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Rendikont tan-nefqa marbuta mal-attività dwar konsultazzjoni pubblika dwar il-Baġit 2022

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22300 u jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-attività li matulha tnediet il-konsultazzjoni pubblika dwar il-Baġit għas-sena 2022 u li saret nhar it-Tlieta 14 ta' Settembru 2021? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija attività?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-aħħar laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika saret fil-5 t’Ottubru u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #22421 Sitting 494 2021-10-11 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Rendikont ta’ nefqa fuq konsultazzjoni pubblika dwar il-Baġit 2022 f’Ħaż-Żabbar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22301 u jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-attività ta' konsultazzjoni pubblika dwar il-Baġit għas-sena 2022 u li saret ġewwa Ħaż-Żabbar nhar il-Ħamis 16 ta' Settembru 2021? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija attività?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-aħħar laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika saret fil-5 t’Ottubru u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #22422 Sitting 494 2021-10-11 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Rendikont ta’ nefqa fuq konsultazzjoni pubblika dwar il-Baġit 2022 f’Ħal Balzan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22302 u jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-attività ta' konsultazzjoni pubblika dwar il-Baġit għas-sena 2022 u li saret ġewwa Ħal Balzan nhar l-Erbgħa 22 ta' Settembru 2021? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija attività?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-aħħar laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika saret fil-5 t’Ottubru u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Struttura perikoluża – każ ta’ familja

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq struttura perikoluża?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li t-tiswijiet meħtieġa diġà tlestew kollha. Madankollu sar kuntatt mal-inkwilini u ġie miftiehem li għandha ssir spezzjoni minn uffiċċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar biex jaraw ix-xogħol li sar.

Siġġiewi – charging point

Question

Tista' l-Ministru tispjega x'inhi r-raġuni li l-konsumaturi ta' sidien ta' karozzi elettriċi qegħdin jiġu mċaħħda milli jagħmlu użu miċ-charging pillar li hemm installat fil-Pjazza tas-Siġġiewi quddiem il-Kunsill Lokali, minkejja li din ilha nstallata x-xhur?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsumaturi ta' sidien ta' karozzi elettriċi jistgħu jibqgħu jagħmlu użu mis-sett eżistenti ta’ 50 pilastru tal-iċċarġjar imqassamin madwar Malta u Għawdex flimkien mas-6 pilastri ‘Free of Charge’. Sadanittant, il-Ministeru jinsab fil-proċess li jintroduċi sett ġdid ta’ 130 Charging Pillars li mhux biss joffru servizz ahjar meta mqabbel mal-infrastruttura eżistenti iżda se jkun qed jintroduċi wkoll chargers med-fast u fast. Is-sistema kollha ħolistika mhux sempliċiment is-servizz ta’ l-infrastruttura se titnieda fil-ġimgħat li ġejjin.

Lino Spiteri Foundation — għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet ta’ għajnuna l-Lino Spiteri Foundation biex persuni b’diżabilità jidħlu fid-dinja tax-xogħol, mill-2015 sa 2020, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-2016 sa 2020, il-Lino Spiteri Foundation (LSF) provdiet numru ta’ servizzi u sapport biex tiffaċilità d-dħul ta’ persuni b’dizabilità fid-dinja tax-xogħol. · Saru 13,790 laqgħa ma’ persuni b’diżabilità. Matul dawn il-laqgħat jittieħed il-profil tal-persuni b’diżabilità li qed ifittxu xogħol u jitfassal Pjan ta’ Azzjoni addattat u b’miri li jwassal lill-persuna tidħol fid-dinja tax-xogħol. Dawn il-miri jinkludu taħrig, parteċipazzjoni fi skemi u attivitajiet oħra. 2016 2017 2018 2019 2020 Total 1,812 2,364 2,815 2,810 3,989 13,790 · 821 persuna b’di¿abilità ibbenifikat minn 9,177 istanza ta’ servizz ta’ ‘ job-coaching ’ kif muri fit-tabelli t’hawn taħt. 2016 2017 2018 2019 2020 Total 138 169 183 192 139 821 2016 2017 2018 2019 2020 Total 628 1,663 1,858 2,067 2,961 9,177 · Ikkomunikat u/jew saru laqgħat ma’ aktar minn 3,600 ‘ employer ’ fis-settur privat bl-għan li jinkoraġġixxu l-impjiegi ta’ persuni b’di¿abilità u jipprovdu s-sapport neċessarju lil min iħaddem. 2016 2017 2018 2019 2020 Total 695 675 868 831 540 3,609 · 130 persuna b’dizabilità pparteċipat fil-programm Headstart amministrat mill-LSF. 2016 2017 2018 2019 2020 Total 31 27 31 23 18 130 Flimkien ma dawn is-servizzi, l-LSF tuza wkoll l-iskemi u taħriġ amministrati minn Jobsplus li persuni b’dizabilità jew min iħaddimhom huma eliġibbli għalihom. Il-LSF tikkoordina ma’ Jobsplus u min iħaddem biex tiffacilità l-proċess. Dawn jinkludu: Il-programm ta’ Sheltered Employment Training u il-Pre-Employment Training li huma parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, L-iskema Bridging the Gap li toffri opportunità ta’ esperjenza fuq il-post tax-xogħol (work exposure) lill-persuni b’dizabilità għal numru ta’ ġimgħat (skont il-bzonn). L-Iskema t’Aċċess għall-Impjiegi (A2E) li tipprovdi sussidju ta’ €156.50 fil-ġimgħa sa Settembru 2023, għal kull persuna b'dizabilità ġdida f’impjieg. Kif indikat fit-tabella t’hawn taħt mill-2016 sal-2020, kien hemm 1,081 persuna b’dizabilità minn fost dawk li uzaw is-servizzi pprovduti mill-Fondazzjoni u oħrajn minn Jobsplus li daħlu fid-dinja tax-xogħol. 2016 2017 2018 2019 2020 Total 267 212 138 234 230 1,081 Dan kollu ikkontribwixxa biex in-numru ta’ persuni b’dizabilità zdied b’1,654 f’dan il-perjodu.

Rapport tan-National Productivity Board

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Rapport tan-National Productivity Board

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Rapport tan-National Productivity Board

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Rapport tan-National Productivity Board

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Rapport tan-National Productivity Board

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.