Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #240 Sitting 35 2017-10-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant sa Awwissu 2017 hu kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Energy and Water Agency nefqet €830 (VAT eskluż) f’April 2017. L-ARMS nefqet €286.00 (VAT eskluż) sal-aħħar ta’ Ġunju 2017 għal-kampanja tal- E Billing li bdiet fl-istess xahar. In-nefqa tal-Enemed mill-2016 sal-aħħar ta’ Settembru 2017 kienet hekk: Xahar Nefqa (VAT eskluż) Awwissu 2016 €318.60 Frar 2017 €566.67 Marzu 2017 €538.26 April 2017 €92.98 Ġunju 2017 €298.06 Lulju 2017 €396.81 Awwissu 2017 €338.13 Settembru 2017 €286.35 Fir-Rigward tal-Enemalta l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-kumpanija u l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tagħha, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa tal-Ministeru għall-promotions fuq Twitter, Facebook u social media oħra tul il-perjodu kkonċernat kienet tammonta għal €59,163.41 Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li €57,616.92 minnhom huma marbuta man-nefqa li għamel il-Gvern ċentrali f’dak li jikkonċerna l-Presidenza Maltija għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja 2017.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — defibrillator

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx defibrillators fil-bini tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Madankollu, nixtieq nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kienet ingħatat fil-leġiżlatura li għaddiet għall-mistoqsija parlamentari 32498 dwar defibrillators fl-iskejjel.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — defibrillator

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemed għandha defibrillator f’dawn il-faċilitajiet: Ras Ħanzir, Ħas Saptan, fl-Ajruport (In to Plane Operations), Wied Dalam, fl-Instalazzjoni tal-31 ta’ Marzu ġewwa Birżebbuġia u ġewwa d-‘’Dolphin Facility’’ ġewwa Marsaxlokk. Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma għandu ‘’ defibrillator ’’ wieħed li qiegħed ġewwa l-uffiċini tagħhom fil-Marsa. L-Enemalta plc għandha żewġ Automated External Defibrillators li qiegħdin fid-daħla tal-Bini Amministrattiv tal-Kumpanija fil-Marsa u ieħor li jinsab fil-kamra tal- First Aid ġewwa d-Delimara Power Station.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — defibrillator

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li ma hemm l-ebda defribillator fid-dipartimenti w l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru.
Leg 13 PQ #897 Sitting 35 2017-10-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — defibrillator

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu ma hemm ebda defibrillator.
Leg 13 PQ #898 Sitting 35 2017-10-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — defibrillator

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat li dawn l-entitajiet għandhom Defibrillator: · Mediterranean Conference Centre – 1 · Malta Tourism Authority – 8* · Air Malta – 17 + 1 training kit · Malta Freeport Corporation Ltd – 1 Id-defibrillators tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu jinstabu fil-kliniċi fuq il-bajjiet u jkunu miftuħin bejn 1000hrs u 1800 hrs kuljum bejn Ġunju u Settembru.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — defibrillator

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi hemm Defibrillator f’dawn il-postijiet: Wieħed fl-għassa ta’ Ħal Luqa fil-Korp tal-Pulizija Wieħed fiċ-Ċentru ta’ Ħal Safi fis-Servizz ta’ Detenzjoni Tlieta fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi: - wieħed fil-Faċilità ta’ Kordin - wieħed fil-Faċilità tal-CORRs l-Imtaħleb, u - wieħed fil-Forensic Unit ġewwa l-Isptar ta’ Mount Carmel Sitta fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili: - wieħed ġewwa l-Kamra tal-Kontroll ta’ Kandja - wieħed fl-Istazzjon ta’ Għawdex - wieħed fl-istazzjon tax-Xemxija - wieħed fl-istazzjon ta’ Kordin - wieħed fl-istazzjon ta’ Ħal Far, u - wieħed fis-Sezzjoni Marittima Ħmistax fil-Forzi Armati ta’ Malta: - tnejn f’Sant’Anton Palace/Kitchen Garden (OPR). (1 Regt) - wieħed fl-MIA. (1 Regt) - tnejn fil-Medical Infirmary. (Luqa Bks) - wieħed fit-Training School. (4 Regt) - tnejn fir-Rescue Section. (Air Wing) - tnejn fil-Guard Room. (Air Wing) - tnejn abbord is-Search & Rescue boats. (Maritime Squadron) - tnejn abbord il-Patrol Boats P51 and P52. (Maritime Squadron), u - wieħed abbord il-Patrol Boat P61. (Maritime Squadron)

WasteServ – skart tal-kostruzzjoni pproċessat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ skart tal-kostruzzjoni ġiet ipproċessata mill-kumpanija WasteServ Malta Limited kemm mis-Civic Amenity Sites kif ukoll direttament mill-industrija, mill-1 ta’ Jannar 2015 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u maqsuma sena b’sena?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

WasteServ – tyres irriċiklati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ tyres ġew irriċiklati mill-kumpanija WasteServ Malta Limited mill-1 ta’ Jannar 2015 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u maqsuma sena b’sena?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

WasteServ – karta rriċiklata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ karta ġiet irriċiklata mill-kumpanija WasteServ Malta Limited mill-1 ta’ Jannar 2015 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid sena b’sena x’tip ta’ karta kienet u kemm kien hemm minn kull tip ta’ karta mill-1 ta’ Jannar 2015 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

WasteServ – metall rriċiklat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ metall ġie rriċiklat mill-kumpanija WasteServ Malta Limited mill-1 ta’ Jannar 2015 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid sena b’sena x’tip ta’ mettall kien u kemm kien hemm minn kull tip ta’ metall mill-1 ta’ Jannar 2015 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

WasteServ – plastik irriċiklat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ plastik ġiet irriċiklata mill-kumpanija WasteServ Malta Limited mill-1 ta’ Jannar 2015 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid sena b’sena x’tip ta’ plastik kien u kemm kien hemm minn kull tip ta’ plastik mill-1 ta’ Jannar 2015 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

WasterServ – fly ash iġġenerat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ fly ash iġġenerat il-kumpanija WasteServ Malta Limited mill-1 ta’ Jannar 2015 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Heritage Malta — L-Imdina – Mużew tal-Istorja Naturali fil-Palazz Vilhena

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi ħsieb għandha Heritage Malta għall-Mużew tal-Istorja Naturali ġewwa l-Palazz Vilhena fl-Imdina?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Mużew tal-Istorja Naturali jservi ta' Muzew tal-Istorja Naturali naturalment.

Heritage Malta – Tas-Silġ — proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta' Heritage Malta fis-sit ta' Tas-Silġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li wara li tlestew il-preparamenti tekniċi kollha, ġiet sottomessa applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar.

Heritage Malta – sejħa għal Head – Conservation

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta ma ħarġitx sejħa għal Head - Conservation? Jista' jgħid għaliex Heritage Malta ħasset il-ħtieġa li din it-taqsima ferm importanti fi ħdan l-Aġenzija, mhux qed tingħata l-importanza tant mistħoqqha? Jista' jgħid min bħalissa qed jassumi r-responsabilità ta’ din is-sezzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li r-responsabilità ta’ din il-kariga qed tinġarr mis-CEO u għalhekk qed tingħata l-importanza kollha meħtiega.