Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #905 Sitting 39 2017-10-23 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — defibrillator

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fil-Kumpless Sportiv fir-Rabat Għawdex, wieħed mill-postijiet fis-Servizz Pubbliku li jaqa’ fid-dekasteru tiegħi hemm Defibrillator. Ta’ min jgħid ukoll li fid-daħla prinċipali taċ-Ċittadella se jkun installat Defibrillator fl-4 ta’ Diċembru 2017.

Barrieri f’pajjiżna – skart tal-kostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn barrieri f’pajjiżna li fihom bħalissa qiegħed jintefa’ skart mill-industrija tal-kostruzzjoni? Jista’ jgħid liema huma u f’liema lokalitajiet jinsabu dawn il-barrieri?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Is-Siġġiewi – Triq il-Kilpa – bini ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Awtorità għat-Trasport f’Malta qed tippjana li tlesti x-xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid ta’ Triq il-Kilpa fis-Siġġiewi? Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħlijiet li qegħdin isiru f’din it-triq u tal-ispiża għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isir ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ din it-triq li jinkludi x-xogħol fuq is-servizzi ġodda (ilma u drenaġġ). Ix-xogħol kollu se jiswa madwar nofs miljun ewro u hu ppjanat li jitlesta sa l-aħħar ta’ Novembru.

Is-Siġġiewi – Triq is-Siġġiewi — tappieri

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ tappieri (manholes) li jinsabu fi Triq is-Siġġiewi fil-parti li tinsab fil-konfini tal-lokalità tas-Siġġiewi? Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-użu ta’ dawn it-tappieri u min hu responsabbli għalihom? Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex dawn it-tappieri ma jibqgħux jinqalgħu minn posthom kull meta tagħmel ix-xita b’periklu kbir għas-sewwieqa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ tappieri (manholes) li jinsabu fi Triq is-Siġġiewi fil-parti li tinsab fil-konfini tal-lokalità tas-Siġġiewi huma ta’ tnejn u tletin (32), tnax (12) il-tappiera jaqghu taħt ir-responsabilita’ tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-ilma (Sezzjoni tad-Drenaġġ), għoxrin (20) oħra jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta, tas-sistema ta’ l-ilma tax-xita u tal-GO plc. Meta jinqalgħu dawn it-tappieri, Transport Malta permezz tal-Emergenza tneħħi l-periklu u tinforma’ lill-entita’ konċernata biex jittieħdu passi meħtieġa. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL 646 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 45 tat-Tnejn, 30 ta' Ottubru 2017)

Is-Siġġiewi – Triq is-Siġġiewi — tappieri

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ tappieri (manholes) li għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fi Triq is-Siġġiewi fil-parti li tinsab fil-konfini tal-lokalità tas-Siġġiewi? Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex dawn it-tappieri ma jibqgħux jinqalgħu minn posthom kull meta tagħmel ix-xita b’periklu kbir għas-sewwieqa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha tlettax –il tappiera tad-drenaġġ fi triq imsemmija u li hija obbligata li tara li kull lokalita’ ikollha servizz eċċelenti u infrastruttura tajba biex problemi simili jiġu evitati u jkomplu jonqsu l-inkonvenjenti tar-residenti u n-negozji. Bħalissa hemm diversi xogħolijiet għaddejin f’diversi lokalitajiet biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tkompli tipprovdi servizz aħjar lir-residenti u n-negozji kollha ta’ kull lokalita’.

Is-Siġġiewi – Triq is-Siġġiewi — tappieri

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ tappieri (manholes) li għandha l-kumpanija Enemalta plc fi Triq is-Siġġiewi fil-parti li tinsab fil-konfini tal-lokalità tas-Siġġiewi? Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex dawn it-tappieri ma jibqgħux jinqalgħu minn posthom kull meta tagħmel ix-xita b’periklu kbir għas-sewwieqa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta m’għandha l-ebda tappiera (manhole) fi triq imsemmija.

Gran Castello Historical House – isem mibdul

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-isem tal-Gran Castello Historical House ġie mibdul diversi drabi filwaqt li ftit li xejn ma ġie ammeljorat ġewwa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li dak li kien imsejjaħ Mużew tal-Folklor fiċ-Ċittadella ta’ Għawdex biddel ismu għal Gran Castello Historic House sabiex jirrifletti l-bidliet li saru fih bħala parti mill-proġett taċ-Ċittadella ko-finanzjat mill-ERDF. Apparti x-xogħol infrastrutturali u konservazzjoni estensiva tal-kollezzjoni, nistieden lill-Onor Interpellant sabiex imur jara b’għajnejh it-tibdil li sar f’dan il-mużew, li jinkludi esperjenza ġdida li tiffoka fuq il-kwartieri domestiċi permezz ta’ oġġetti ġodda għall-wiri, diskussjoni ta’ temi differenti, u għadd ta’ għodda ta’ interpretazzjoni ġodda fosthom tnax-il produzzjoni awdjo-viżiva.

Heritage Malta – ħaddiema fi grad maniġerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex xi ħaddiema ta' Heritage Malta fi grad maniġerjali u li jkollhom jużaw il-karozza personali tagħhom fuq xogħol b'mod kontinwu qed jingħataw fuel allowance bħall-ħaddiema oħra fl-istess grad li ftit li xejn għandhom bżonn l-użu tal-karozza personali tagħhom fuq xogħol? Ma jaħsibx li din hija inġustizzja?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-grad maniġerjali ta’ Heritage Malta huwa marbut ma’ dak ta’ Skala 4 tas-Servizz Pubbliku, u huwa ta’ kulħadd l-istess.

Kollezzjoni Nazzjonali – proċess ta’ Diġitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tad-diġitazzjoni tal-Kollezzjoni Nazzjonali fi ħdan Heritage Malta? Jista' jgħid kemm-il biċċa saret s’issa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li il-proċess tad-diġitazzjoni tal-Kollezzjoni Nazzjonali għaddej b’ritmu tajjeb u huwa wiehed kontinwu. S’ issa saru 21,785 biċċa.

Heritage Malta – ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem kellha Heritage Malta fit-30 ta' Ġunju 2017? Jista' jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema kienu impjegati diretti ta' Heritage Malta, fuq secondment jew mal-RSSL? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu nisa, il-grad tagħhom kif ukoll il-livell tal-edukazzjoni li jħaddnu?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Heritage Malta – direct orders

Question

Jista' l-Ministru jelenka kull direct order li Heritage Malta tat fis-sena 2016 s’issa? Jista’ jgħid għaliex ingħataw dawn id-direct orders, il-valuri totali tagħhom, ix-xogħol involut u kemm minnhom għandhom pagamenti pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Heritage Malta – restawr fuq smoking shed

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' restawr fuq is-smoking shed li għandha Heritage Malta ġewwa Bighi? Jista' jgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr li issa ilu mwiegħed is-snin, waqaf?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-bqija tax-xogħol fuq l-ismoking shed jitkompla kemm jista’ jkun malajr skond il-prijoritajiet tal-aġenzija.

Ta' Kandja — Rilokazzjoni tar-Rapid Intervention Unit

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1820 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-Rapid Intervention Unit f'Ta' Kandja hux se jiġi rilokat, minħabba l-proposta ta' shooting range?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għalissa l-R.I.U. mhux ser tiġi rilokata imma qed naraw jistax jinstab post aħjar.
Leg 13 PQ #1907 Sitting 39 2017-10-23 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u Negozji ż-Żgħar – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?

Response (MIZZI, JOE)

Tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza – impjegati ġodda

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 7 u tgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li tmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Tista’ tagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #1912 Sitting 39 2017-10-23 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Taqsima tal-Pulizija kontra d-Droga – kiri ta’ vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min inkrew il-vetturi tat-Taqsima tal-Pulizija kontra d-Droga minn wara Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid x’rata titħallas għal kull waħda minn dawn il-vetturi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-vetturi li ntużaw mit-Taqsima tal-Pulizija kontra d-Droga minn wara Marzu 2013 sal-lum dejjem inkrew wara proċess li huwa rikjest skont ir-regoli finanzjarji u kien hemm iktar minn kumpanija waħda minn fejn inkrew dawn il-vetturi fil-perjodu indikat. Ir-rata mħallsa għall-kiri ta' dawn il-vetturi dejjem kienet l-iktar waħda vantaġġjuża u mhux floku li aktar dettalji jingħataw minħabba raġunijiet kummerċjali u anke peress li ma nħossx illi tagħrif aktar dettaljat għandu jingħata minħabba n-natura tax-xogħol li għalih jintużaw dawn il-vetturi.