Jista ' l-Ministru jgħid kemm-il kampanja propagandistika ta' #First4 swiet mit-taxxi tagħna? Jista' jgħid jekk jaqbilx li t-taxxi tagħna jintużaw biex jiffinanzjaw din il-kampanja propagandistika u partiġjana? Jekk jaqbel, jista' jgħid kemm se jiġu allokati fondi lill-partiti politiċi l-oħra kollha sabiex jiġi żgurat li f'pajjiżna jkollna level playing field politiku?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li level playing field teżisti għaliex kull gvern f’kull liġislatura fl-aħħar snin, inkluż gvernijiet Nazzjonalisti, kull sena ħadu ħsieb li jagħmlu kampanji simili għal dik li semma’ l-Onor. Interpellant fil-mistoqsija tiegħu biex ifiehmu l-ħidma li jkunu wettqu matul is-sena li tkun għadha kif għaddiet. Għalhekk l-akkużi kollha fil-mistoqsija tal-Onor. Interpellant huma bla bażi u ma jreġġux.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li twettaq mill-Asset Recovery Bureau mill-2015 sal-lum?
Response (BONNICI, OWEN)
Kien fil-legizlatura li ghaddiet li ghall-ewwel darba tfassal il-pedament legali biex f'pajjizna jkollna Asset Recovery Bureau skont kif inhu mistenni minna bhala pajjiz membru ta' l-Unjoni Ewropea. Minkejja li kienet ilha tinhass il-htiega li jitwaqqaf dan il-Bureau kien biss taht dan il-Gvern li twaqqfu l-pedamenti legali.
Issa l-pass li jmiss u li dan il-Bureau jibda jopera minghajr dewmien.
Wara li nhatar board maghmul minn membri distinti u rispettati hafna, il-Bord beda jiltaqa' regolarment biex ifassal il-policy li fuqha jimxi l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi. Matul din is-sena bħala Chairman ġie maħtur l-Imħallef Joseph David Camilleri u l-Bord iltaqa uffiċċjalment disa’ darbiet.
F’dawn il-laqgħat twal, kompla jsir xogħol preparattiv sabiex l-Uffiċċju jkun jista’ jitwaqqaf u jkun jista’ jibda jopera skont it-termini tal-Avvi¿ Legali 357 tal-2015. Dana anke fid-dawl tad-Deċi¿joni tal-Kunsill tal-U.E. 2007/845/JHA tas-6 ta’ Diċembru 2007. Fost ix-xogħol li sar fl-aħħar imsemmija disa’ laqgħat, jistgħu jissemmew is-segwenti:
Saru diskussjonijiet dwar il-portata ta’ dan l-Avvi¿ Legali. Ġew meqjusa akkuratament l-implikazzjonijiet u l-konsegwenzi legali u dawk il-prattiċi fl-eventwalità li l-istess Avvi¿ Legali jinġieb fis-seħħ immedjatament. Ġie deċi¿ li għandhom jiddaħħlu fis-seħħ biss dawk id-dispo¿izzjonijiet li kienu neċessarji biex jitwaqqaf id-Direttorat u l-strutturi tiegħu, kif maħsub fl-istess Regolamenti. Dawn id-dispo¿izzjoniet ġew identifikati u l-Bord irrakommanda lill-Ministru li jdaħħalhom fis-seħħ immedjatament. Dan effettivament sar fl-1 ta’ Ottubru 2017, tramite l-Avvi¿ Legali 254 tal-2017.
Il-Bord ħejja pjan dettaljat ta’ dak li għandu jsir sabiex id-Direttorat ikun imwaqqaf u jkun jista’ jibda jiffunzjona fil-prattika malajr kemm jista' jkun. Immedjatament hekk kif dan effettivament isseħħ, ir-rimanenti dispo¿izzjonijiet l-oħra tal-Avvi¿ Legali 357 tat-2015 jiddaħħlu fis-seħħ sabiex l-Uffiċċju jkun jista’ jibda jaqdi l-funzjonijiet kollha tiegħu. Irrid nghid li din is-sena l-Bureau inghata line item specifiku fil-Budget li naturalment hu krucjali sabiex din il-mansjoni titwettaq.
F’Mejju li għadda c-
Chairman
tal-Bord ipparteċipa f'seminar fil-Ġermanja, organizzat mill-
Academy of European
Law ta’ Trier, fuq it-tema,
Freezing, Confiscation and Recovery of Assets: Tools and Challenges.
Fl-istess xahar, ic-
Chairman
attenda wkoll konferenza f’Malta fuq it-tema,
The Prevention of Money Laundering and Financing of Terrorism
.
Il-Bord għamel kuntatti utili mal-Uffiċċji simili tal-Irlanda u tal-Olanda, biex il-Membri tal-Bord (u possibilment l-eventwali Direttur ukoll) jagħmlu vi¿ita ta’ orjentazzjoni
,
fl-Uffiċċji rispettivi tagħhom. L-iskop prinċipali tal-vi¿iti huwa li tinkiseb esperjenza prattika f’dan ix-xogħol, li jkun hemm aġġornament fuq l-aħjar prattiċi li qiegħdin jintu¿aw minn dawn l-Istituzzjonijiet barranin. Huwa maħsub li l-istess vi¿ita sejra tkun utili biex jinkiseb tagħrif li jista’ jwassal ghal titjib fid-dispo¿izzjonijiet tar-Regolamenti Maltin.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — defibrillator
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali, d-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, għandu total ta’ 20 defibrillator, imqassma kif ġej:
· Palazzo Ferreria – 1
defibrillator
· Aġenzija Sapport – 5
defibrillators
fiċ-ċentri ta’ matul il -jum għall-persuni b’diżabilita, allokati fiċ-Ċentri kif ġej:
- Fleur de lys,
- Mtarfa,
- Gwardjola (Isla),
- Ħal Far u
- Marsaskala.
· Dipartiment għall-Anzjanita` Attiva u Kura fil-Komunita` – 1 defibrillator ġewwa Ċentru Servizz Anzjan, Il-Belt, u 9
defibrillators
allokati fid-Djar tal-Anzjani u kif ġej:
- Dar tal-Anzjani Floriana
- Dar tal-Anzjani Msida
- Dar tal-Anzjani Mosta
- Dar tal-Anzjani Mtarfa
- Dar tal-Anzjani Mellieħa
- Dar Padova Gozo
- Dar tal-Anzjani Żejtun
- Dar tal-Anzjani Cospicua
- Dar Residenza Zammit Clapp
· Residenza San Vinċenz de Paul – 1
full crash trolley
ġewwa id-Day Clinic tar-Residenza, u 3
defribillators
allokati fis-swali tar-Residenza kif ġej:
- St Francis 3
- St Joseph 3
- Rużar Briffa 3
Ir-Residenza għandha fil-pjanijiet tagħha li tixtri aktar
defibrillators
fil-futur qarib biex tkun mgħammra b’aktar apparat, għal kulur sular.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Mejju 2017 sat 2 ta’ Ġunju 2017 daħal impjegat wieħed ġdid,filwaqt illi mis- 7 ta’ Jannar 2013 sat-8 ta’ Mejju 2013 daħlu 2 impjegati ġodda fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
Fil-perjodu msemmi fil-mistoqsija, Trade Malta daħlet impjegat wieħed fuq bażi
part-time
magħha.
Ministeru għall-Finanzi — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Turiżmu — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpallant li n-nefqa fuq promotions li saru fuq Twitter, Facebook u social media oħra, minn Marzu 2013 ’l hawn, huwa:
· ITS - €1873.50 biex tippromwovi l-korsijiet/kurrikulu tagħha;
· MCC - €154 biex tippromwovi l-faċilitajiet tagħha;
· MTA - €1,340,046 biex timmarkitja lil Malta bħala destinazzjoni. L-użu tas-
social media
huwa parti mill-istrateġija tal-marketing tal-Awtorita’;
· Il-Ministeru - €14,265.72 biex iwassal informazzjoni ta’ interess għall-pubbliku dwar xogħol/attivitajiet li jkun qed isiru fil-qasam tat-turiżmu;
· L-Air Malta qed tagħmel użu modern ta’ komunikazzjoni skont l-istrateġija tal-Kumpanija. L-infieq huwa ta’ natura kummerċjali u kunfidenzjali.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Marzu 2013 u llum intefqu € 7,084.57 fuq promotions fuq Twitter, Facebook u social media.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għas-Saħħa — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt.
Nefqa fuq is-
Social Media
mill-Ministeru għas-Saħħa u l-entitajiet/dipartimenti tiegħu
2014
€
April
436.6
Mejju
539.1
Ġunju
367.59
2015
April
139.34
Mejju
12
Ġunju
803.72
Lulju
34.59
Awwissu
57.97
Settembru
64
Ottubru
27.09
Novembru
25
Diċembru
52
2016
Jannar
70.12
Frar
44.61
Marzu
60.37
April
63
Mejju
77
Lulju
71.99
Awwissu
51
Settembru
59.89
Ottubru
64.59
Novembru
86.3
Diċembru
58.24
2017
Jannar
37.76
Marzu
142.93
April
115.22
Ġunju
83.71
Lulju
82.47
Awwissu
76.06
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — defibrillator
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba dwar il-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Rigward ministeri oħrajn nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministri ikkonċernati.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — defibrillator
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fl-uffiċini tagħha ġewwa Hexagon House u kemm fir-Rabat (Għawdex) għandha defibrillator.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 204 defibrillators fid-dipartimenti/entitajiet li jagħmlu parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa. Dawn jinsabu fi sptarijiet u dipartimenti pubbliċi.
Ministeru għall-Affarijier Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — defibrillator
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ m’għandux defibrillators fil-binjiet tiegħu. Ta’ min jinnota li fost il-binjiet li jinsabu fihom l-Ambaxxati u l-Konsolati ta’ Malta, hemm 3 defibrillators fil kumpless tal-bini fejn jinsab il-Konsolat Ġenerali ta’ Malta ta’ Toronto, Kanada.