Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kumpaniji awtorizzati biex jimpurtaw il-gass – inċentiva fiskali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1966 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żewġ kumpaniji awtorizzati biex jimpurtaw il-gass, u li jimtela fiċ-ċilindri LPG, humiex qed jingħataw jew humiex se jingħataw xi inċentiva fiskali għal kull ċilindru li jbigħu lid-distributuri biex il-prezz tal-gass jibqa’ wieħed stabbli?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma qed jaddotta mekkaniżmu li permezz tiegħu qed iżomm il-prezz taċ-ċilindru tal-gass stabbli. Dan il-mekkaniżmu inħadem sabiex il-prezz tal-gass ma jinbidilx kull xahar, kif kien isir fil-passat.

Enemalta – Chairman Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-data uffiċjali meta ċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemalta plc ma baqax aktar b’poteri eżekuttivi u sar biss Chairman tal-Bord?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-qafas legali tal-Kumpanija Enemalta plc, kemm Chairman Eżekuttiv kif ukoll Chairman tal-Bord għandhom poteri eżekuttivi. L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li ma kien hemm ebda bidla li fiha tneħħew il-poteri eżekuttivi tac-Chairman Eżekuttiv tal-Kumpanija msemmija u għaldaqstant ebda data uffiċjali.

Asset Recovery Bureau — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tat-tmexxija tal-Asset Recovery Bureau?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-membri tat-tmexxija tal-Asset Recovery Bureau huma: Chairperson: L-Imħallef Joseph David Camilleri Membri: Superintendent Ian Abilla, fil-kapaċita tiegħu bħala rappreżentant tal-Kummissarju tal-Pulizija Mr Marvin Gaerty, fil-kapaċita tiegħu bħala Kummissarju tat-Taxxi Mr Frankie Mercieca fil-kapaċita tiegħu bħala Direttur Ġenerali tal-Qrati Tal-Ġustizzja, Malta Mr Kenneth Farrugia, fil-kapaċita tiegħu bħala Direttur FIAU

Asset Recovery Bureau – flus u assi rkuprati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus jew assi ġew irkuprati mill-Asset Recovery Board fl-2015 u fl-2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Nireferi lill-Onor Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 256 fejn diġa spjegajt il-progress li sar, qed isir u se jkompli jsir biex ghall-ewwel darba fl-istorja legali ta’ pajjizna jkollna Asset Recovery Bureau (mhux Board) li jharrax il-glieda kontra l-kriminalità. Nirriferi wkoll għal mistoqsijiet parlamentari numri 637 u 639 dwar entitajiet oħra li għandhom il-poter li jikkonfiskaw flejjes jew oġġetti u kif dan jigi eżercitat.

Awtorità tal-Ippjanar – Ġurnal Planning MT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi n-nefqa għall-ġurnal Planning MT maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar u mqassam fil-ġurnali tal-Ħadd 26 ta' Marzu 2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi n-nefqa għall-ġurnal Planning MT maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar u mqassam fil-ġurnali tal-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 kienet ta’ €3278.04.
Leg 13 PQ #261 Sitting 44 2017-10-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Aquatic Centre – Memorandum of Understanding

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Memorandum of Understanding tal-Aquatic Centre f'Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kopja tal-Memorandum of Understanding tal-Aquatic Centre f'Għawdex, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Leg 13 PQ #262 Sitting 44 2017-10-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ċittadella – Ċentru tal-Viżitaturi – manutenzjoni – spiża

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm żebgħa, xaħx u żrar inxtraw fl-2015, fl-2016 u fl-2017 għall-manutenzjoni regolari taċ-Ċentru tal-Viżitaturi fiċ-Ċittadella?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Ċentru tal-Viżitaturi taċ-Ċittadella ġie inawgurat fit-30 ta’ Ġunju 2016. Minn dakinnhar sal-illum qatt ma saret xi manutenzjoni fuq dan iċ-Ċentru li kienet teħtieġ il-materjali msemmija.

Żona tal-Kottonera, Ftuħ tal-Università Amerikana u l-proġett ta’ Smart City – mitigazzjoni tal-problemi tat-traffiku

Question

B’liema mod il-Ministru se jkun qiegħed jimmitiga l-problemi tat-traffiku li mistennija jiżdiedu fin-nofsinhar ta’ Malta fid-dawl tal-proġetti li se jsiru fiż-żona tal-Kottonera, fosthom il-ftuħ tal-Università Amerikana u l-proġett ta’ Smart City?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdin isiru diversi nterventi speċjalment madwar skejjel w istituzzjonijiet oħra biex jippermettu b’mod aħjar l-andament tat-traffiku. Qegħdin ukoll jiġu studjati spazji fejn min jieqaf biex jagħti servizz inkluż ġarr ta’ studenti, jagħmel dan mingħajr ma jostakola toroq.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar
Leg 13 PQ #1920 Sitting 44 2017-10-25 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – impjegati ġodda

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 16 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li tmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Tista’ tagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #1922 Sitting 44 2017-10-25 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – ħaddiema li ħadu promozzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 44 u jagħti lista tal-ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar – ħaddiema li ħadu promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 45 u jagħti lista tal-ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – ħaddiema li ħadu promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 46 u jagħti lista tal-ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Kumpaniji awtorizzati biex jimpurtaw il-gass – inċentiva fiskali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żewġ kumpaniji awtorizzati biex jimpurtaw il-gass, u li jimtela fiċ-ċilindri LPG, humiex qed jingħataw jew humiex se jingħataw xi inċentiva fiskali għal kull ċilindru li jbigħu lid-distributuri biex il-prezz tal-gass jibqa’ wieħed stabbli?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ nefaq it-total ta’ €60 f’promozzjoni fuq il-Media Soċjali. Dawn kienu zewġ promozzjonijiet fuq Facebook mill-Ambaxxata Maltija ġewwa Pariġi,li ħallsu l-ammont ta’ €30 f’Ottubru 2013, u €30 f’Ġunju 2014.

Ministeru għall-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #253 Sitting 42 2017-10-24 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tagħha, inkluż kull entità taħtha, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitlub hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, n-nefqa totali kienet tammonta għal €2951.32. In-nefqa xahar b’xahar kienet kif ġej; Mejju 2016 - €1,032.50 Diċembru 2016 - 1,663.80 Settembru 2017 - €205.02 Ottubru 2017 - €50