Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizzi ta’ saħħa mentali fuq it-tfal

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm kien hemm tfal matul is-snin 2015, 2016 u 2017 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija, li rrikorrew għas-servizzi ta’ saħħa mentali? Kemm minnhom huma bniet u kemm huma subien? Jista’ jindika l-età tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2015 u fl-2016 kien hemm 150 tfal ( 72 subien u 77 bniet) li rrikorrew għas-servizzi ta’ saħħa mentali u l-età tagħhom tvarja minn 7 sa 18 –il sena. Ninfurmah ukoll illi f’Ġunju tal-2016 twaqqfet is-sezzjoni tal-CAPES ( Child and Adolescent Psychiatric Emergency Services ) ġewwa d-dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei.

Wied il-Għajn – Benefiċċji Soċjali għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni li huma residenti f’Wied il-Għajn li jew jirċievu allowance għat-tfal b’diżabilità, jew jirċievu l-pensjoni għall-persuni b’diżabilità jew assistenza minħabba vista batuta?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li huma residenti f’Wied il-Għajn u li qed jirċievu allowance għat-tfal b’diżabilità jew jirċievu l-pensjoni għall-persuni b’diżabilità jew assistenza minħabba vista batuta huwa kif ġej : Assistenza/ Allowance Residenti f’Wied il-Għajn Allowance għat-Tfal b’Diżabilità (DCA) 53 Assistenza Diżabilità Severa (SDA) 83 Assistenza għal Diżabilità (DA) 1 Assistenza Mizjuda Diżabilità Severa (ISDA) 3 Assistenza Persuna B’Vista Batuta (BLD) 2 Total 142

Persuni mressqa l-Qorti fuq traffikar u pussess ta’ droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq traffikar u pussess ta’ droga, matul l-2013, l-2014, l-2015, l-2016 u l-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat, u x'kienu s-sentenzi mogħtija? Kemm kien hemm Maltin u kemm kien hemm ċittadini ta’ nazzjonalità barranija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Droga maqbuda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? X'tip ta’ droga kienet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi dettalji ta' kemm inqabdet droga fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u sal-14 ta' Ottubru tas-sena 2017, kien kif elenkat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li tinkludi wkoll it-tip tad-droga maqbuda. Inkluż separatament fit-tabella hemm l-ammont approssimattiv tal-qabda ta' madwar 530 kilo Cannabis u 20 kilo ta’ Cannabis grass li nqabdet fit-13 ta' Ottubru 2017. L-ammont eżatt qed jigi stabilit.

Trasport bil-baħar bejn Malta u Sqallija – arresti ta’ passiġġiera li kellhom id-droga fil-pussess tagħhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ kien hemm fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, xahar b'xahar, fejn il-pulizija għamlet arresti ta’ nies li kienu passiġġiera fuq it-trasport bil-baħar bejn Malta u Sqallija u li kellhom id-droga fil-pussess tagħhom? Jista' jgħid x'tip ta' droga kienet u kemm kienu l-ammonti f'kull każ? Jista’ jgħid x’nazzjonalità kellhom il-persuni arrestati? Jista’ jgħid kemm kienu l-persuni li tressqu l-Qorti b’rabta ma’ dawn il-każijiet ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2013 sal-24 ta' Ottubru, 2017, kien hemm tmintax (18)-il każ fejn il-pulizija għamlet arresti ta’ nies li kienu passiġġiera fuq it-trasport bil-baħar bejn Malta u Sqallija u li kellhom id-droga fil-pussess tagħhom. Id-dettalji jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u din tinkludi t-tip ta' droga li kienet instabet kif ukoll l-ammonti f'kull każ. In-nazzjonalità tal-persuni arrestati tinsab ukoll fl-istess tabella u dawk li tressqu l-Qorti b’rabta ma’ dawn il-każijiet kien jammonta għal sitta u għoxrin (26) persuna. Dawn huma apparti qabdiet sostanzjali ta’ droga li l-Awtoritajiet mhux ċerti b’liema mod iddaħħlu fil-pajjiż.

Persuni mressqa l-Qorti fuq reati ta’ pedofelija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' pedofelija fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti fuq reati ta' pedofelija fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u sal-aħħar ta' Settembru 2017, kien kif jidher fit-tabelli t'hawn taħt. It-tabelli jindikaw ukoll kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel kif ukoll dawk li kienu Maltin u dawk barranin. 2013 Rħiel Nisa Total Maltin 14 nil 14 Barranin 5 nil 5 Total 19 nil 19 2014 Rġiel Nisa Total Maltin 18 2 20 Barranin 3 1 4 Total 21 3 24 2015 Rġiel Nisa Total Maltin 21 3 24 Barranin 6 1 7 Total 27 4 31 2016 Rġiel Nisa Total Maltin 36 5 41 Barranin 6 2 8 Total 42 7 49 2017 as at September Rġiel Nisa Total Maltin 21 3 24 Barranin 5 1 6 Total 26 4 30

Persuna mressqa l-Qorti fuq reati ta’ serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' serq fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Persuni mressqa l-Qorti fuq ksur ta’ buon ordni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' ksur ta’ buon ordni fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u sa Settembru 2017, in-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti fuq reati ta' ksur ta' bon ordni kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Infurmat illi peress li ma teżistix sistema elettoniku, dettalji oħra mitluba f'din il-mistoqsija, ma setgħux jigu mwieġba. Sena 2013 2014 2015 2016 2017 Sa Settembru Ammont 1166 1292 890 1232 485

Delitti f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru delitti f’Malta u f’Għawdex bejn l-1996 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jaqsamhom f’każijiet solvuti u dawk li mhumiex?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi bejn is-sena 1996 u l-25 ta' Ottubru 2017 id-delitti li seħħew f’Malta u f’Għawdex kien kif jidher fit-tabella li tidher hawn taħt. It-tabella tinkludi wkoll id-delitti li ġew solvuti u dawk li sal-lum għadhom mhux solvuti'. Każijiet ta' omiċidji mis-sena 1996 sal-25 ta' Ottubru 2017 Sena Każijiet Vittmi Solvuti Mhux Solvuti 1996 6 7 5 1 1997 3 3 1 2 1998 6 6 6 0 1999 10 11 6 4 2000 4 6 4 0 2001 7 8 6 1 2002 6 6 5 1 2003 0 0 0 0 2004 7 7 7 0 2005 4 4 4 0 2006 0 0 0 0 2007 4 4 3 1 2008 6 6 3 3 2009 4 4 3 1 2010 4 4 3 1 2011 3 3 2 1 2012 10 12 7 3 2013 6 7 3 3 2014 6 6 2 4 2015 4 4 1 3 2016 4 4 3 1 2017 6 6 3 3 Total 110 118 77 33
Leg 13 PQ #1988 Sitting 45 2017-10-30 Oral · Final From: STEFAN ZRINZO AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Finanzi tal-pajjiż — fatturi

Question

Peress li għadha kemm ġiet ippubblikata stqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO - 169/2017) li tindika s-suċċessi finanzjarji tal-pajjiż fl-aħħar erba’ snin u fost oħrajn, tindika li dak li kapaċi jipproduċi l-pajjiż, il-Prodott Gross Domestiku (PGD) jew kif nissimplifikawha bħala l-“kejk nazzjonali”, mill-2013 sal-2016 żdiedet b’xejn inqas minn €2.3 biljun, jista’ l-Ministru jindika l-fatturi ewlenin għal dan is-suċċess u x’inhu ppjanat biex inkomplu nipproduċu aktar fis-snin li ġejjin? Jista’ jispjega kif l-istess stqarrija tal-NSO tindika li d-dejn nazzjonali kompla jiżdied u x’qed isir biex tinbidel kompletament ir-rotta hawn ukoll?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Dan il-Gvern niedha u implementa strateġija ħolistika sabiex jikber il-potenzjal tal-ekonomija Maltija u l-kapaċità li tipproduċi. L-istrateġija bdiet tiġi mplimentata permezz tal-Baġits, fejn f’kull baġit ifukkajna sabiex l-ewwel noħolqu l-ġid imbagħad naraw li kulħadd qed igawdi minn dan il-ġid li jkun inħoloq. Fl-ewwel baġits (2014 u 2015) rajna li jsiru riformi strutturali bħal riforma fl-enerġija li wasslet għal traħħis fil-kontijiet tad-dwal u l-ilma għal familji u negozji kollha, kif ukoll mi¿uri li joħolqu xogħol u jiddiskoraġixxu d-dependenzi li m’humiex neċessarji u mi¿uri fejn in-nies ikun jaqblilhom li joħorġu jaħdmu. Nsemmu fost oħrajn, id-diversi tnaqqis fit-taxxa fuq id-dħul għal kull komputazzjoni, iċ-ċentri tac-child care b’xejn, il-fond tal-maternity leave, it-tapering tal-benefiċċji, l-in-work benefits u l-inċentivi fiskali kemm għall-impjegati bħal tax credits għan-nisa li jerġu jidħlu fid-dinja tax-xogħol u anke għal SMEs. Dawn ħallew riżultati pożittivi ferm, hekk kif l-impjiegi bdew jikbru b’rata robusta filwaqt li l-qgħad niżel għal livell rekord baxx. Dan wassal sabiex jiżdied il-konsum privat u b’hekk ikompli jiġi ġenerat aktar xogħol u aktar ġid. Dawn il-miżuri kollha waslu sabiex ikollna tkabbir fil-Prodott Domestiku Gross li huwa ferm aħjar mill-medja Ewropeja u li hu saħansitra fost l-aqwa fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropeja u ż-Żona Ewro. Fil-baġits tal-2016 u tal-2017 rajna li l-ġid jitqassam bejn kulħadd u indirizzajna sew il-faxxex ta’ nies li jistgħu jaqgħu f’riskju ta’ faqar jiġifieri nies qegħda, nies bi dħul baxx, pensjonanti u nies b’mard terminali jew b’diżabbilità. B’riżultat ta’ dawn il-baġits ir-rata ta’ nies f’riskju ta’ faqar u numru ta’ nies li ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja, naqsu sew. Fil-baġit għas-sena 2018 li għadni kif ppreżentajt f’din il-kamra, ħa nkunu qed nindirrizaw l-isfidi ewlenin fis-settur ta’ transport u l-infrastruttura. Dan sabiex pajjiżna jkollu infrastruttura li tixraq il-livell ogħla tat-tkabbir ekonomiku li qed jiġi ġġenerat, filwaqt li jiġu indirrizati dawk l-isfidi li qed ixekklu l-pajjiż milli jkompli jikber u javvanza. Barra minn hekk, ħa nkomplu ninvestu fis-setturi tal-industrija bħal manifattura u l-farmaċewtika u tas-servizzi bħas-servizzi finanzjarji u t-turi¿mu. Dan kollu mistenni jwassal biex nipproduċu aktar fis-snin li ġejjien. Id-dejn nazzjonali qed jidher b’mod assolut fl-istqarrija tal-NSO li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Dan mhuwiex il-metodu li bih l-Unjoni Ewropeja u l-istituzzjonijiet internazzjonali oħra jkejlu d-dejn però u nispjega għaliex. Din ġejja minn dak li jissejjaħ is-stock flow adjustments li fih jinkludi s-self li jkun sar mit-teżor għax jistenna li sa jagħlaq is-sena b’ammont iżda l-ammont attwali f’dik is-sena jkun ferm iżgħar u għalhekk jispiċċa bi flus iktar milli jkun uża u dawn ma jistgħux ovjament jerġgħu jittieħdu lura. Minħabba f’hekk jidhru bħala żieda fid-dejn iżda fil-verità mhux qed jiġu wżati. Il-metodu li huwa maqbul mill-Unjoni Ewropeja u huwa korrett huwa d-dejn nazzjonali bħala proporzjon tal-Prodott Domestiku Gross li l-istess stqarrija turi li niżel minn 68.4 fil-mija f’2013 għal 57.6 fil-mija f’2016. Dan il-Gvern irnexxielu jnaqqas id-dejn għax beda jindirizza d-defiċits li tħallew minn Gvern preċedenti u rnexxielu jdawwarhom f’surplus għall-ewwel darba f’35 sena. Infatti mid-defiċit ta’ 3.6 fil-mija f’2012 morna għal surplus ta’ 1.0 fil-mija f’2016. Dan kollu ksibnih għax ħdimna bilgħaqal u rajna kif ħa n¿idu d-dħul filwaqt li nżommu taħt kontroll l-infiq, sabiex b’hekk iż-żieda fid-dħul tkun akbar miż-żieda fl-infiq.
Leg 13 PQ #1989 Sitting 45 2017-10-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Senior Principals — riżultati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tal-ewwel parti tal-eżami li sar għas-Senior Principals mas-Servizz Pubbliku li ħarġu f’Mejju 2017, ir-riżultat finali li ħarġu f’Awwissu 2017 u r-riżultati li ġew ippubblikati f’Ottubru 2017 wara li saru l-petizzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li wara li ntalbet l-opinjoni tal-Public Service Commission u d-Data Protection Office, ġejt infurmat li r-riżultat tal-eżamijiet huwa meqjus bħala data personali u għaldaqstant ma jistax jingħata flimkien mal-ismijiet a bazi tal-Protezzjoni tad-Data.

Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) – emendi fil-liġi

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’passi ttieħdu s’issa – b’mod partikolari meta se jsiru l-emendi neċessarji fil-liġi – biex id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) ikollu s-saħħa bil-liġi li jista’ jieħu l-miżuri regolatorji meħtieġa, biex jassigura konformità mal-liġi tal-Kompetizzjoni u dan fid-dawl ta’ dak li kien ġie deċiż mill-Qorti Kostituzzjonali fil-każ tal-Federation of Estate Agents li ngħatat f’Mejju 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-abbozz huwa lest u diga tlabt lill-Kelliem Ewlieni tal-Oppozizzjoni biex niltaqgħu sabiex inkun cert li dak li għandi f'moħħi li nipproponi legizlattivament biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet indikati mill-Onor. Interpellant ikunu appoġjati mill-Kamra kollha fl-aħjar interess tas-settur.

MCCAA – Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni – uffiċjali professjonisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm uffiċjali professjonisti (b’mod partikolari ekonomisti u avukati) fi ħdan id-Direttorat Ġenerali responsabbli għall-Kompetizzjoni fl- Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom impjegati fi ħdan l-istess Direttorat Ġenerali?

Response (BONNICI, OWEN)

Fl-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni hemm sitt uffiċċjali professjonisti. Fi ħdan l-Uffiċċju jaħdmu tliet avukati u żewġ ekonomisti. Id-Direttur Ġenerali inħatar fl-1 ta’ Diċembru 2015. It-Tliet avukati daħlu jaħdmu mal-Uffiċċju fis-26 ta’ April 2010, fi 3 ta’ Novembru 2014 u fi 2 ta Novembru 2015. Iż-żewġ ekonomisti ilhom jaħdmu mal-Uffiċċju mill-4 ta’ Jannar 2010 u mis-26 ta’ Ottubru 2015.

MCCAA – penalitajiet amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid każ b’każ, kemm-il penalitajiet amministrattivi (administrative fines) ġew imposti mid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) fir-rigward tal-ksur ta’ liema dispożizzjonijiet tal-liġi ġew imposti, u kemm minn dawn il-penalitajiet imposti ġew miġbura (imħallsa) minn meta twaqqfet l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) f’Mejju 2011 sad-data ta’ meta qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infumrat li fis-sena 2011 minflok l-impożizzjoni ta’ multi amministrattivi, skont l-artikolu 100 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (iżjed ‘l quddiem imsejjaħ l-Att) inkisbet il-konformità volontarja ta’ żewġ operaturi fil-kamp tat-telekomunikazzjonijiet u dan wara li saret investigazzjoni li waslet għall-konkluzjoni li kien hemm ksur tad-dispożizzjonijiet tal-artikolu 44 (2) (n), (o), (e), (k), (r) u (s) tal-Att. Fis-sena 2012 kienu nħarġu ħames (5) Ordnijiet ta’ Tħaris flimkien mar-rispettivi deċiżjonijiet amministrattivi, u f’każ ta’ ksur tal-istess Ordnijiet ta’ Tħaris ġew imposti multi amministrattivi ta’ €5,000 f’kull każ, oltre multi amministrattivi per diem ta’ €120 għal kull ġurnata ta’ ksur f’kull każ. Żewġ (2) operaturi appellaw lit-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsmatur, u talbu l-annullament tad-deċiżjonijiet amministrattivi u tal-multi amministrattivi. L-appell tagħhom ġie miċħud, iżda d-deċizjoni amministrattivi hija sub judice peress li hemm appell pendenti mid-deċiżjoni tal-fuq imsemmi Tribunal tal-Appell lill-Qorti tal-Appell. Id-dispożizzjonijiet legali relevanti li fir-rigward tagħhom saru l-investigazzjonijiet u nħargu l-Ordnijiet ta’ Tħaris huma kontenuti fl-artikoli 51B, 51C u 51D tal-Att. Huwa mistenni li kwalunkwe deċizjoni li tittieħed mill-Qorti tal-Appell tkun ta’ relevanza għas-settur tal-komunikazzjoni kollu. Fis-sena 2013 it-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur ikkonferma deċiżjoni amministrattiva tad-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur tas-17 ta’ Lulju, 2009 li biha kienet ġiet imposta multa amministrattiva ta’ €2,329.37 li ġiet imħallsa mill-operatur ikkonċernat wara li kien instab responsibbli tal-ksur tal-artikoli 51B, 51C (B) (iv) u 51D tal-Att. Fis-sena 2015 ġew imposti multi amministrattivi ammontanti għal: €4700 għall-ksur tal-artikoli 51C, 51D u 51E tal-Att; €4100 għall-ksur tal-artikolu 51B (4) tal-Att u tal-paragrafu 5 tal-Ewwel Skeda tal-Att.; €4100 għall-ksur tal-artikolu 51B (4) tal-Att u tal-paragrafu 29 tal-Ewwel Skeda tal-Att; €20,000 għall-ksur tar-regolament 5 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 378.17 (Regolamenti dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur), iżda wara l-ħruġ tad-deċiżjoni amministrattiva, l-istess ma setgħetx tiġi notifikata (permezz tal-ittra uffiċċjali ppreżentata fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili skont il-liġi) lill-operatur konċernat peress li wara diversi tentattivi, dan l-operatur ma setax jiġi rintraċċjat. Fl-istess sena, f’każ ieħor, wara li kien instab ksur tal-artikoli 51B (2) (a) u (b), 51C (b) (iv), 51D (1) u (3) (c) u (d), 44 (1), 45 (1) (a) u (d), u 45 (2) (c) (i) tal-Att u tar-regolament 21 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 378.17 (Regolamenti dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur), minflok l-impożizzjoni ta’ multi amministrattivi kienet inkiseb il-konformità volontarja tal-operatur konċernat skont l-artikolu 100 tal-Att.
Leg 13 PQ #1993 Sitting 45 2017-10-30 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — first aiders

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm first aiders ċertifikati fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ġejt nfurmat li fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm 15 first aiders ċertifikati filwaqt li fl-entitajiet hemm 124.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — first aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders ċertifikati fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — first aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders ċertifikati fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub fil-mistoqsija, ħlief għal żewġ entitajiet, hu kif muri fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kien għad jonqos tingħata informazzjoni mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi u minn SportMalta. Dan it-tagħrif ikun jista' jingħata bħala informazzjoni addizzjonali hekk kif tingħatali din l-informazzjoni. ( Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 662 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 47 nhar l-Erbgħa, 1 ta' Novembru 2017)

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — first aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders ċertifikati fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej skont id-dipartiment/entita’ rispettiva: Enemalta – 44 first aiders ARMS – 10 first aiders Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – 169 first aiders Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma – 2 first aiders Enemed – 32 first aiders Mediterranean Oil Bunkering Services – 4 first aiders Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma – 6 first aiders Ninsab infurmat li bħalissa għaddejjin ukoll diversi ‘ ’refresher courses ’’ biex kull min huwa first aider ċertifikat, iċ-ċertifikat tal- first aid jibqa’ wieħed validu. Fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin ser isiru diversi korsijiet tal- first aid biex dan in-numru ta’ first aiders ċertifikati jkompli jiżdied u jkun hemm aktar first aiders ċertifikati.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — first aiders

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm first aiders ċertifikati fid-dekasteru tagħha u jagħti l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li hemm sitt first aiders ċertifikati fi ħdan id-dekasteru tiegħi. Tlieta minn dawn il-first aiders qegħdin jaħdmu fl-Occupational Health and Safety Authority (OHSA), tnejn minnhom qegħdin jaħdmu fil-MEUSAC filwaqt li ħaddiem minnhom qed jaħdem ġewwa l-EU Secretariat.
Leg 13 PQ #1998 Sitting 45 2017-10-30 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — first aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders ċertifikati fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.