Birkirkara – kostruzzjoni u manutenzjoni tat-toroq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’hemm ippjanat bħala kostruzzjoni u manutenzjoni ta’ toroq għal-lokalità ta’ Birkirkara għas-sentejn li ġejjin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward ta’ kostruzzjoni u manutenzjoni ta’ toroq għall-lokalità ta’ Birkirkara għas-sentejn li ġejjin, Transport Malta għandha lista ta' toroq ta’ prijorita’ li bħala dettalji jiġu mħabbra aktar il-quddiem.
B’referenza għad-diversi kwereli mressqa mill-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament fir-rigward ta’ allegat attività llegali kondotta fl-indirizz li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u ċjoè ta’ xogħlijiet mekkaniċi li m’hemmx permess għalihom, kemm–il darba saru spezzjonijiet fl-imsemmi ndirizz wara li jsiru l-kwereli u wara kemm damu sabiex saru l-ispezzjonijiet? Kemm-il kwerela saret mill-istess individwi li fuqha ma sar l-ebda prosegwiment? Jista’ l-Ministru jgħid jekk jirriżultalux li ħafna drabi wara li saret kwerela minn dawn l-individwi ma saret l-ebda spezzjoni? Jista’jgħid jekk irriżultalux illi l-kwerelanti pprovdew lill-Għassa ta’ Birkirkara lista ta’ vetturi li ddaħħlu għal tiswijiet mekkaniċi sabiex il-Pulizija tkun tista’ tikkonferma mas-sidien x’tip ta’ xogħol sar? Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx tali investigazzjoni fuq l-informazzjoni provduta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux pjanijiet li tinfetaħ Dar tal-Anzjani ġewwa Birkirkara? Jekk għandu, jista’ jagħti dettalji dwarha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa fil-pjanijiet tal-Ministeru li f'din il-lokalita` numeruża, tinfetaħ Dar tal-Anzjani. Qed isiru l-arranġamenti kollha neċessarji, ħalli fix-xhur illi ġejjin ikun jista' jibda jsir ix-xogħol mal-privat għal dan il-proġett. Aktar informazzjoni tingħata aktar l-quddiem.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat li hemm 17 il-ħaddiem fl-entitajiet fid-dekasteru tiegħi li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol.
Ministeru għall-Ekonomija, Investimant u Negozji Żgħar — ħaddiema - xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma hemm l-ebda ħaddiem b’kuntratt definit ta’ xogħol.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — ħaddiema - xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — ħaddiema - xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uniku ħaddiema b’kuntratt definit ta’ xogħol fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi huma mar-Regolatur għas-Servizzi tal-Ilma u l-Enerġija li għandu 6 impjegati fuq kuntratt definit.
L-informazzjoni mitluba mill-Enemalta plc għandha valur kummerċjali għall-kumpanija u l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — ħaddiema - xogħol
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtha li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru tiegħi, ma hemm ebda ħaddiem b’kuntratt definit.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hemm sitt ħaddiema li għandhom kuntratt definit, persuna fil-Financial Intelligence Analysis Unit u ħames persuni fin-National Statistics Office.
Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma – ħaddiema li ħadu promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 47 u jagħti lista tal-ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. F’kull każ l-entitajiet ikkonċernati mxew skont Ċirkulari Nru 08/2017.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza – ħaddiema li ħadu promozzjoni
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 48 u tagħti lista tal-ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li tmexxi li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Tista’ tagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2017 sat-2 ta’ Ġunju 2017, in-numru ta’ mpjegati li ħadu promozzjoni jammonta għal 3 filwaqt li għall-perjodu 7 ta’ Jannar 2013 sa 8 ta’ Mejju 2013, ma kien ebda ħaddiem li ħa promozzjoni.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-tliet każijiet il-proċessi nbdew qabel t-2 ta’ Mejju 2017 skont iċ-ċirkulari UPM 8/2017.
Filfatt it-tliet sejħiet in kwisjoni ġew ppublikati f’dawn id-dati.
(1)
7 ta’ Diċembru 2016
– Manager (Accounting and Finance – Ċirkulari PSD Numru 4/2016);
(2)
3 ta’ Frar 2017
– Procurement Manager (Operations – Ċirkulari MEAIM 2/2017);
(3)
24 ta’ Marzu 2017
– Assistant Director (Human Resources – Corporate Services Directorate, MSDC – Ċirkulari MSDC 7/2017).
Ministeru għall-Finanzi – ħaddiema li ħadu promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 49 u jagħti lista tal-ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kienx hemm promozzjonijiet fil-perjodi msemmija.
Ministeru għat-Turiżmu – ħaddiema li ħadu promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 50 u jagħti lista tal-ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-promozzjonijiet li ingħataw fil-perjodi msemmijin kienu fil-Malta Freeport Corporation, 6 u 4 promozzjonijiet rispettivament.
Matul il-perjodu Mejju/Ġunju 2017 ingħatat promozzjoni lill-persuna fiċ-ċivil li laħqet Assistent Direttur wara sejħa li kienet ħarġet fid-9 ta’ Frar 2017 u li għaliha kienu applikaw 13-il persuna.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – ħaddiema li ħadu promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 52 u jagħti lista tal-ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp u Tibdil fil-Klima – ħaddiema li ħadu promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 53 u jagħti lista tal-ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-1 ta’ Mejju u t-2 ta’ Ġunju 2017, fid-Dipartimenti u d-Direttorati tal-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima (MSDEC) ġew promossi erba’ (4) persuni. Dawn il-persuni kien imisshom promozzjoni wara li kienu wettqu sentejn (2) servizz sodisfaċenti fil-pożizzjoni tagħhom u rakkomandazzjoni dwarhom kienet intbagħtet lill-Kumissjoni dwar is-Servizz Pubbliku qabel l-aħħar ta’ April 2017. Min-naħa l-oħra, matul l-istess perjodu kien hemm promozzjoni waħda (1) fil-kumpanija Wasteserv (Malta) Ltd. B’risposta għat-tieni parti tal-mistoqsija, inġabret ukoll informazzjoni li tkopri l-perjodu mis-7 ta’ Jannar sad-9 ta’ Marzu 2013, u dan għal skopijiet ta’ paragun ugwali. Matul dan il-perjodu tal-2013, fid-dipartimenti u d-direttorati li llum jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi u li dak iż-żmien kienu jifformaw parti mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, kienu ġew promossi erbatax-il (14) ħaddiem, filwaqt li fil-kumpanija Wasteserv (Malta) Ltd. ma kienet saret l-ebda promozzjoni.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jitkomplew jingħataw sticks taz-zokkor? Jista’ jgħid f’liema lokalità qed jitqassmu? Jista’ jikkonferma li sa l-aħħar tas-sena 2017, din il-miżura se tiġi fis-seħħ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2016 bdew jingħataw glucose sticks b’xejn u din l-iskema ġiet estiża sabiex tkopri l-pazjenti kollha li jbatu mid-dijabete tat-Tip 1 irrispettivament mill-eta’ tagħhom u qegħdin jirċievu sa 4 glucose sticks kuljum bla ħlas.
Din is-sena ingħata bidu ta’ proġett pilota fejn pazjenti li jbatu mid-Dijabete tat-Tip 2 fuq l-insulina bdew jingħataw 4
glucose sticks
kuljum mingħajr ħlas. Din l-inizzjattiva tat bidu fil-lokalitajiet tal-Gudja, San Ġiljan, L-Imġarr(Malta) u Kerċem(Għawdex).
Ninfurmah ukoll illi sal-aħħar ta’ din is-sena, din l-inizzjattiva se tkun estiża fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex.
Awtorità tal-Ippjanar — Kap Eżekuttiv - ħaddiema - sigħat ta' overtime u ħlasijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1903 u jgħid kemm-il siegħa ta' overtime u ħlasijiet saru minn kull ħaddiem fl-uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar bejn Jannar 2015 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1904 u jgħid kemm-il konsulent hemm imqabbad mal-Awtorità tal-Ippjanar? Jista’ jagħti l-ismijiet tagħhom u kemm tħallsu għal kull xahar minn Jannar 2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BORG, IAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba, bejn l-2008 sa’ din is-sena. L-ismijiet ma jisgħtux jingħataw minħabba data protection.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29959 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma dwar il-pjanijiet tal-Ministeru tiegħu sabiex il-kura u s-servizzi lill-persuni bi bżonn ta’ kura psikjatrika tkun tista’ tiżdied? Se jinfetħu aktar Ċentri ta’ Matul il-Jum speċjalment għal dawk il-persuni li jbatu mis-solitudni? Jekk iva, fejn se jitwaqqfu dawn iċ-Ċentri l-ġodda?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet u l-pjanijiet jinsabu għaddejjin sabiex b’hekk tkun tista’ tiżdied il-kura u s-servizzi lill-persuni bi problemi ta` saħħa mentali fil-komunità speċjalment dawk li jgħixu fiż-żona tat-tramuntana ta `Malta.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni bi problemi ta’ saħħa mentali li għamlu użu mis-servizz ta’ respite matul is-snin 2015, 2016 u 2017 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għandu ftehim mar-Richmond Foundation li jkopri s-snin 2016 sa l-2018 sabiex jingħata s-servizz ta’ respite f’Villa Chelsea lill-persuni bi problema ta’ saħħa mentali skont il-ħtieġa.