Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtha li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li f’waħda mill-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħi, u cioe’ il-Gozo Channel (Operations) Ltd, in-numru ta’ ħaddiema li għandhom xogħol li jsir b'kuntratt definit ta' xogħol huwa ta’ tnejn (2). Dawn qegħdin fuq kuntratt definit fuq għażla tagħhom.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħaddiema - xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, n-numru ta’ ħaddiema fil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li għandhom kuntratt definit jammonta għal 17.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, 3 minn dawn il-ħaddiema huma ingaġġati fuq kuntratt definit mal-Awtorita` tad-Djar, minħabba l-implimentazzjoni ta’ proġett kofinanzjant minn Fondi Reġjonali Ewropej (ERDF), filwaqt illi 14 –il infermier/a huma impjegati fuq kuntratt definit (infermiera iritirati) mar-Residenza San Vinċenz de Paule, minħabba nuqqas ta’ infermiera.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – xogħlijiet minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadux jipprovdi xogħol lill-Ministeru jew lil xi entità taħtu? Kemm tħallas minn meta beda jagħti tali servizz s'issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Iva.
Din il-persuna ilha mpjegata mill-2014 fuq kuntratt għal servizz bi ħlas ta’ €19,582, VAT eskluż, fis-sena. Hija tagħmel xogħol ta'
Cultural Project Coordinator
mal-Kunsill Malti għal-Arti.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il mastrudaxxa, bajjad, kaħħal, mechanic u joiner ġew impjegati fl-aħħar sitt xhur minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull rapport li sar biex jiġġustifika jew jispjega l-bżonn għal sejħa għal dawn is-snajja’?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ġewx impjegati ħaddiema tas-snajja fl-aħħar sitt xhur fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilta tiegħi.
Proġett tal-Pjazza ta’ Raħal il-Ġdid – kumpens lis-sidien tal-ħwienet
Question
Peress li fl-istqarrija PR170765 li ħarġet fis-27 ta’ Marzu 2017 il-Ministru għad-Djalogu Soċjali u Libertajiet Ċivili kienet ħabbret li l-proġett tal-Pjazza ta’ Raħal il-Ġdid ser ikun investiment ta’ €3 miljun, xi ħaġa tajba u lodevoli, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-flus ser ikunu kumpens lis-sidien u lill-impjegati tal-ħwienet affettwati ħażin b’nuqqas ta’ bejgħ matul ix-xogħlijiet li ser idumu xhur sħaħ, tant li wħud minnhom qed jikkontemplaw serjament li jkeċċu xi impjegati tagħhom tant kemm naqsilhom il-bejgħ?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar — direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 60 u jagħti lista tad-direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2017 sat-2 ta’ Ġunju 2017?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 61 u jagħti lista tad-direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2017 sat-2 ta’ Ġunju 2017?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tagħrif li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma — direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 62 u jagħti lista tad-direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2017 sat-2 ta’ Ġunju 2017?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għall-perjodu msemmi fil-mistoqsija hija kif ġej skont id-dipartiment/entita’ rispettiva:
Enemed
– direct order
waħda għall-
Oracle database SE Payroll System
.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – 6
direct orders
li kienu għal xogħolijiet ta’
trenching
ġewwa San Pawl il-Baħar, ir-Rabat Għawdex u l-Għarb Għawdex,
sewer
trenching
ġewwa Raħal Ġdid,
spare parts
għall-pompi Seepex u għall-kiri ta’ karozzi.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza — direct orders
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 63 u tagħti lista tad-direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li tmexxi u dan għall-perjodu l-1 ta’ Mejju 2017 sat-2 ta’ Ġunju 2017?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2017 sat-2 ta’ Ġunju 2017, ingħataw 7 direct orders mid-Dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li mmexxi.
Qed inpoġġi l-lista konċernata fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 64 u jagħti lista tad-direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2017 sat-2 ta’ Ġunju 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 65 u jagħti lista tad-direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2017 sat-2 ta’ Ġunju 2017?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor, Interpellant illi fiż-żmien imsemmi ngħata direct order wieħed:
Projects Malta
Business case justification and programme blue print
Persuni mressqa l-Qorti akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom, sena b’sena b’mod separat? Kemm minn dawn instabu ħatja mill-Qorti? X'pieni ngħataw dawn il-persuni li nstabu ħatja?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi wara li saru l-verifiki neċessarji dwar persuni li ġew akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u sa Settembru 2017, irriżulta illi l-ammonti f'dan il-perjodu kienu kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Hemm diversi każi li għadhom sub judice però minn dawk li nstabu xi wħud mill-pieni li ngħataw kienu jinkludu priġunerija, multi, probation, twiddib u ċanfira u sentenzi sospiżi.
2013
2014
2015
2016
2017
Sa Settembru
Total
Persuni li tressqu l-Qorti wara li attakkaw u ħebbew għall-Membri tal Pulizija
83
83
70
58
57
351
Persuni li nstabu ħatja
67
56
48
32
16
219
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — first aiders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders ċertifikati fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru tiegħi hemm mija u tlieta u għoxrin (123) persuna li hija ċertifikata bħalha first aiders. Ninsab wkoll infurmat li diġa hemm ma’ l-erbgħin il-persuna oħra nterresata li jattendu għaż-żewgt korsijiet li hemm ippjanati għal Jannar u Frar li ġejjin (2018).
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-tfal u Solidarjetà Soċjali — first aiders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders ċertifikati fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ first aiders ċertifikati fil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali, huwa ta’ 337. Barra minn dawn, l-infermiera u l-Care Workers li jaħdmu mad-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` u r-Residenza San Vinċenz de Paule u li b’kollox jammontaw għal 607, huma kollha kwalifikati biex jassistu b’mod mediku fil-bżonnijiet kollha u immedjati tal-anzjani
In-numru ta’ first aiders u kif ukoll l-infermierma u Care Workers huwa kif ġej:
14-il impjegat ġewwa Palazzo Ferreria;
94-il impjegat tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali
182 impjegat tal-Aġenzija Sapport
2 impjegati tal-Awtorita` tad-Djar
2 impjegati tal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfal
43-il impjegat mad-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`
136 Infermier impjegati mad-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`
2 Senior Care Workers impjegati mad-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`
17 Care Workers impjegati mad-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`
30 Assistant Care Workers impjegati mad-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`
422 Infermier impjegati ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema b'diżabilità - ilmenti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk matul din is-sena kienx hemm ilmenti (kemm jekk huma ilmenti ġodda jew fis-seħħ mis-snin preċedenti) minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom? Jekk iva, jista’ jagħti n-numri għal kull dipartiment/entità (mingħajr ma jsemmi l-ismijiet tal-persuni)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt nfurmat li ma kien hemm l-ebda ilment minn haddiema b’diżabilitá fid-dekasteru tiegħi.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — ħaddiema b'diżabilità - ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena kienx hemm ilmenti (kemm jekk huma ilmenti ġodda jew fis-seħħ mis-snin preċedenti) minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom? Jekk iva, jista’ jagħti n-numri għal kull dipartiment/entità (mingħajr ma jsemmi l-ismijiet tal-persuni)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda lment.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — ħaddiema b'diżabilità - ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena kienx hemm ilmenti (kemm jekk huma ilmenti ġodda jew fis-seħħ mis-snin preċedenti) minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom? Jekk iva, jista’ jagħti n-numri għal kull dipartiment/entità (mingħajr ma jsemmi l-ismijiet tal-persuni)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li ma kienx hemm ilmenti minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom.
Rigward id-dipartimenti, infurmat mid-Dipartiment Strateġija u Sapport li bħalissa hemm każ wieħed. Infurmat ukoll mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li fil-Kulleġġi kien hemm erba' (4) ilmenti fi tliet Kulleġġi differenti.
Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu labourers mal-Ministeru għal Għawdex bejn it-8 ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Settembru 2017? Tista' tgħid mil-liema lokalitajiet f'Għawdex kienu dawn il-persuni li ġew ingaġġati u f'kull każ kemm kien ilhom jirreġistraw mal-ETC jew Jobs Plus għax-xogħol? Tista' tgħid f'kull ingaġġ li sar meta nħarġu l-calls, fejn ġew ippubblikati l-calls, kemm damu miftuħa u x'tip ta' kwalifiċi u esperjenza ried ikollhom? Kemm applikaw u kemm intgħażlu għal kull sejħa? Tista' l-Ministru tgħid każ b'każ ta' dawk li ġew ingaġġati x'tip ta' xogħol qed jagħmlu illum u jekk intbagħtux jagħmlu xi korsijiet u jekk iva x'korsijiet kienu? Kemm minn dawk ingaġġati f'dan il-perjodu diġà ngħataw promozzjoni? Hemm il-ħsieb li jiġu ngaġġati iżjed labourers matul is-sena 2018?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Servizz Pubbliku – ingaġġ ta’ Senior Principals u Assistant Principals
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiġu ngaġġati Senior Principals u Assistant Principals fi ħdan is-Servizz Pubbliku? Jista' jgħid fl-aħħar sentejn kemm ġew ingaġġati Senior Principals u Assistant Principals ġodda fis-Servizz Pubbliku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt nfurmat li l-proċess ta’ ngaġġar ta’ Senior Principals u Assistant Principals miexi skont il-proċeduri applikabbli mħarsa mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Infurmat li tul l-ahhar sentejn ġew appuntati 7 Assistant Principals filwaqt li Senior Principals ma kien hemm xejn.