Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza – konsulenzi minn individwu
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk xi entità fid-dekasteru tagħha tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-persuna konċernata tqabbdet f’żewġ istanzi mill-MCESD (f’Lulju 2010 u f’Jannar 2013) permezz ta’ direct order. Il-persuna konċernta kienet mqabbda biex tagħmel xogħol legali marbut mal-operat ta’ din l-entità.
Ir-Rabat (Għawdex) – Arkivju Nazzjonali u Librerija – fire alarm
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk twaħħalx il-fire alarm li kellu jsir fl-Arkivju Nazzjonali u l-Librerija fi Triq Vajringa fir-Rabat, Għawdex u dan kif kien indika sena ilu fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27782 tat-12-il Leġiżlatura? Jista' jgħid jekk dan ix-xogħol għadu ma sarx, x'inhi r-raġuni issa li għadda tant żmien? Ma jaħsibx li hemm periklu serju għal tant dokumenti importanti li hemm f'dan il-post? Jista' jgħid għalfejn l-iskola primarja li hemm fl-istess post, kif ukoll il-Librerija u l-Arkivji, għadhom sal-lum bla watchman?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Arkivji Nazzjonali u l-Malta Libraries jinsabu f’diskussjonijiet bejniethom dwar fire alarm system. B’referenza għall-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li, kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21761 tat-12-il Leġiżlatura, l-Iskola Primarja tar-Rabat (Għawdex) għandha intruder alarm system.
Tista’ l-Ministru tgħid meta ser jingħata l-wiċċ tat-tarmac (it-tieni kisja) fit-triq magħrufa bħala l-Qasam bejn ir-Rabat, Għawdex u Sannat? Tista' tgħid meta hu ppjanat li titkompla t-tieni parti ta' din it-triq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur ingħata l-inkarigu biex isir dan ix-xogħol u x-xogħol fuq din it-triq ser jibda fil-ġranet li ġejjin.
Malta Institute of Accountants — Accountancy Board – investigazzjoni ta’ individwi
Question
Wara l-aħbar li ż-żewġ persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament rriżenjaw mill-Malta Institute of Accountants (MIA) flok komplew jiġu investigati u possibilment imkeċċija minn dan l-organu prestiġġjuż minħabba l-involviment tagħhom f’Panama Papers, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Accountancy Board hux qed jinvestiga l-istess każ u jekk għamel dan x’kien l-eżitu ta’ din l-investigazzjoni, jekk il-persuni indikati tneħħilhomx il-warrant, u f’każ li l-Accountancy Board għadu ma ħa l-ebda passi, iħossx il-Ministru li l-Bord għandu jagħmel dan?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Bord tal-Accountancy li ladarba l-imsemmi kaz bħalissa huwa s-suġġett ta' inkjesta/i Maġisterjali, ikun prudenti u sensibbli ai termini tal-liġi Maltija li l-Bord tal-Accountancy jistenna l-konkluzjoni tal-inkjesta/i Maġisterjali qabel ma jinvestiga l-kaz. Dan a skans tal-preġudizzju tal-validità ta’ xi proċeduri li jistgħu eventwalment jittieħdu.
F'dan ir-rigward, il-Bord tal-Accountancy għandu d-dmir li ji¿gura li d-drittijiet kostituzzjonali tal-persuni involuti ma jinkisru bl-ebda mod. Ukoll is-subartikolu (5) tal-Artikolu 7A tal-Att dwar l-Accountancy jistipula li s-setgħat supervizorji u investigatorji tal-Bord għandhom jiġu ezerċitati b’konformità sħiħa mal-liġi Maltija, u b’mod partikolari, mal-prinċipji tar-rispett għall-ħajja privata u d-dritt ta’ difiza.
Jiena infurmat ukoll li huwa importanti li l-inkjesta/i Maġisterjali li għaddejjin bħalissa ma jiġu bl-ebda mod stultifikati sabiex jiġi zgurat li ma jkunx hemm il-possibiltà ta’ ostruzzjoni tal-ġustizzja. F’dan il-kaz il-Bord ukoll qed jimxi fuq il-prassi deċiza f’kazijiet preċedenti.
Sptar San Vinċenz de Paule – containers għall-pilloli
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif fl-iSptar San Vinċenz de Paule ilhom erba’ ġimgħat mingħajr containers żgħar fejn jitqassmu l-pillolli u ma għandhomx paper napkins?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-pill containers huma in stock fil-Medical Material Management Unit (MMMU) ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul u jitqassmu fis-swali meta jkun hemm it-talba għalihom. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li, l-paper napkins, huma in-stock ukoll.
Birżebbuġa – Żona tal-Qajjenza – kontijiet tad-dawl u l-ilma
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jew jinnega rapporti li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma mhux jaslu fil-ħin fiż-żona tal-Qajjenza f’Birżebbuġa?, Jista’ jgħid meta l-aħħar li ntbagħtu kontijiet fil-Qajjenza?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-aħħar kontijiet li ntbagħtu lir-residenti tal-Qajjenza f’Birżebbuġa kienu f’Settembru tal-2017 u kull xagħarejn fix-xhur ta’ qabel. Jekk l-Onor. Interpellant jaf b’xi każ partikolari kif qed jiġi allegat fil-Mistoqsija, nitolbu biex jagħti aktar dettalji ħalli dan jkun jista’ jiġi nvestigat mill-ARMS.
Testijiet tal-EMG — persuni rikkonoxuti biex jagħmlu t-test
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni uffiċjalment rikkonoxuti biex jagħmlu t-test magħruf bħala EMG? Jista' jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li qed jistennew li jagħmlu dan it-test?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hemm madwar 900 persuna jistennew sabiex jagħmlu dan it-test. Tajjeb li nfakkru illi f'Jannar tal-2013, lejn l-aħħar tal-amministrazzjoni tal-gvern preċidenti kien hemm iżjed minn 2,000 persuna għall-EMG. Ninfurmah ukoll illi fl-2016 saru 2,354 minn dan it-test filwaqt fl-2012 kienu saru 1,301.
Ċimiterju tal-Mosta — rampa perikoluża wara l-kapella
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq ir-rampa ta' wara l-kapella fiċ-Ċimiterju tal-Mosta, fejn tali rampa hija perikoluża u l-istess dipartiment ikkonċernat kien qed jitlob il-permessi meħtieġa mall-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-ippjanar għadu għaddej wara li sar xi tibdil fil-pjanti oriġinali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema fil-grad ta' tradesman (scale 16) on loan mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni imħallsa mill-IPSL? Jista' jgħid, dawn il-ħaddiema kemm se jdumu jaħdmu fil-postijiet ta' xogħol fejn qegħdin fil-preżent? Jista' jgħid fejn huma l-postijiet ta' xogħol li fihom qegħdin jaħdmu dawn il-ħaddiema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ħaddiema fil-grad ta’ tradesman (scale 16) on loan mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni imħallsa mill-IPSL huwa ta’ ħamsa (5). Tnejn (2) minnhom jaħdmu fis-sezzjoni tal-ġardinara ġewwa l-Ħamrun, tnejn (2) jaħdmu ġewwa s-sezzjoni tal-aluminium u tal-welders rispettivament ġewwa Santa Venera u wieħed (1) mas-sezzjoni tal-Information Management Unit ġewwa l-Floriana.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2113 fejn fit-tweġiba ġie kkonfermat li ċ-Chairman tal-Enemalta plc jibqa’ dejjem ikollu poteri eżekuttiv, u peress li issa ġie kkonfermat Chief Executive ġdid tal-Enemalta plc, u dan mhuwiex il-persuna li qed jokkupa l-kariga ta' Chairman, ma jidhirlux l-Ministru li dan se jwassal għall-konflitt serju fid-decision making tal-kumpanija?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 2113.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju tinsab it-tiswija ta’ Triq Alfredo Cachia Zammit Żejtun u jista’ jindika l-ispejjeż li ntefqu sa issa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta’ Transport Malta li jikkonsisti f’culvert għall-ilma tax-xita u l-bini mill-ġdid tat-triq beda ftit tal-ġranet ilu u sa llum intefqu madwar Eur 100,000. Ix-xogħol prinċipali li sar fix-xhur li għaddew kien qed isir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma; u għal dan nitolbu jagħmel il-Mistoqsija lil Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stat u kundizzjoni tinsab Triq il-Fieres Ħal Tarxien u jekk kemm-il darba huwiex ser isir xi xogħol fuqha fil-futur?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li se ssir spezzjoni fit-triq imsemmija biex ikun determinat il-kundizzjoni tagħha.
Kapitolu 291 tal-Liġijiet ta’ pajjiżna – Talbiet ta’ petizzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm tressqu talbiet ta’ petizzjonijiet taħt is-sistema kif inhi stabbilita fil-Kapitolu 291 tal-Liġijiet ta’ pajjiżna tul is-sena li għaddiet? Kemm minnhom daħlu direttament u elettronikament? Kemm minnhom ġew milqugħa u kemm ġew miċħuda?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li b’kollox dahlu 34,379 petizzjoni. Is-segwenti tabella turi informazzjoni iktar dettaljata.
Decision OnlineManualTotal
Accepted by BOP 9,996 5,543 15,539
Accepted Partially by BOP 388 485 873
Refused by BOP 7,090 8,857 15,947
Not Taken Cognisance Of 1,043 437 1,480
Pending Decision 27 513 540
Total Registered 18,544 15,835 34,379
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il unit ta’ social housing se jkun hemm f’kull wieħed mis-16-il sit li fihom se jinbnew residenzi t’akkomodazzjoni soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ units ta’ social housing li se jkun hemm f’kull wieħed mis-16-il sit huwa kif elenkat hawn taħt:
· Triq il-Għenba Attard – 8
units
· Tas-Sisla B’Kara – 73 -il
unit
· Helen’s Gate Cospicua – 65 -il
unit
· Triq il-Lew¿iet, Kirkop A – 19 -il
unit
· Triq Salvu Sacco, Kirkop B – 18- il
unit
· Triq tal-Fieres, Kirkop C – 8
units
· Triq tal- Fieres, Kirkop D – 8
units
· Ħal-Farruġ, Luqa – 182 -il
unit
· Valley Road, Msida – 102
units
· Triq it-Tuffieħ, Naxxar – 12-il
unit
· Triq N. Mifsud, Qrendi A – 24 -il
unit
· Triq N. Sammut, Qrendi B – 26 -il
unit
· Triq Nikol Zammit, Siġġiewi – 84-il
unit
· Triq l-Indipendenza, ĦaZ-Zebbuġ A – 20 -il
unit
· Triq il-Qolla, ĦaZ-Zebbuġ B – 8
units
Triq Ciantar, Zurrieq – 27-il unit
Akkomodazzjoni soċjali – social impact assessments
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb li applikanti mil-lokalitajiet fejn se jsiru l-proġetti se jingħataw akkomodazzjoni soċjali fil-lokalità li diġà jgħixu fiha? Hemm pjanijiet f’dan is-sens ibbażat fuq social impact assessments u l-aħjar mod kif tiġi aċċertata integrazzjoni u l-inqas effetti fuq il-komunitajiet fejn se jsiru l-proġetti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Board ta’ Allokazzjoni fi ħdan l-Awtorita’ tad-Djaqr, jaghti importanza it-talba tal-applikanti u dan peress li mhux kull min japplika minn lokalita’ partikolari ikun irid imur jabita fl-istess lokalita’ minħabba raġunijiet varji. Kull applikazzjoni tiġi studjata b’mod individwali skont iċ-ċirkustanza tal-każ in kwistjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid, minbarra s-16-il sit li ssemmew s’issa fil-media, qed jiġu ppjanati xi binjiet oħra għal social housing? Jekk iva, liema huma siti l-oħra identifikati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex naraw kif nistgħu nkomplu n¿idu l-istokk ta’ binijiet li jkunu jistgħu jingħataw għal skop ta’ housing soċjali f’pajjizna.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — ħaddiema - xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm impjegat wieħed (1) b'kuntratt definit ta' xogħol