Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #2137 Sitting 48 2017-11-06 Oral · Final From: ROBERT ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Pensjonanti – skema ta’ Bonds 62+

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ pensjonanti li bbenefikaw mill-iskema ta’ Bonds 62+? Kemm ġew allokati fondi għal dan il-għan?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-Teżor ħareġ żewġ tranches tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta wieħed f’Settembru u ieħor f’Ottubru 2017. Iż-żewġ bonds kellhom termini u kondizzjonijet simili għal xulxin. Fil-ħruġ ta’ Settembru applikaw 12,242 individwi eliġibbli filwaqt fil-ħruġ ta’ Ottubru applikaw 3,959 applikanti eliġibbli ġodda. B’kollox applikaw 16,201 individwi eliġibbli u t-Teżor alloka s-somma totali ta’ €99,638,900 b’ €69,895,000 allokati fil-ħruġ ta’ Settembru u €29,743,900 allokati fil-ħruġ ta’ Ottubru 2017.
Leg 13 PQ #2139 Sitting 48 2017-11-06 Oral · Final From: ROBERT ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Persuni b’diżabilità – skema fit-tnaqqis tat-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ nies b’diżabilità li gawdew minn xi skema ta’ tnaqqis fit-taxxa, rifużjoni fit-taxxa u/jew VAT, eċċ.?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-1998 u Ottubru 2017 kien hemm 6,382 persuna b’ dizabilita li gawdew minn għajnuna bħal ezenzjoni mill-ħlas ta’ taxxa ta’ reġistrazjoni fuq vetturi bil-mutur, jew mill-ħlas tal-liċenzja ta’ ċirkolazjoni fuq vetturi, jew fuq dazju fuq vetturi jew VAT fuq modifiki jew xiri ta’ vetturi.
Leg 13 PQ #2140 Sitting 48 2017-11-06 Oral · Final From: ROBERT ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Skema ta’ eżenzjoni mit-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-karozza

Question

Jista’ l-Ministru jagħti statistika ta’ kemm kienu dawk in-nies li ggwadanjaw mill-iskema ta’ eżenzjoni mit-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-karozza tagħhom meta ġew lura Malta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-iskema ila fis-seħħ mill-2009 u sa l-aħħar ta’ Ottubru 2017 kien hemm 1,533 li ggwadanjaw.

Spazju Kreattiv — avveniment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avveniment sar minn Spazju Kreattiv u liema kienu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2013 sal-llum saru bosta avvenimenti li jinkludu cinema screenings minn Spazzju Kreattiv, skont kif indikat hawn taħt: Staġun Total 2013/2014 370 2014/2015 270 2015/2016 270 2016/2017 367 2017/2018 448 Fost dawn il-mijiet t’avvenimenti li kollha kienu ta’ suċċess nsibu dawk ferm popolari bħal: Għall-istaġun 2013/2014: - Milkshake by Gilbert Calleja (Visual Arts); - Most Intimate by Claire Tonna (Music); - The Lockerbie Bomber by DnA Productions (Theatre); - I, Malvolio by Tim Crouch (Theatre). Għall-istaġun 2014/2015: - Valletta International Arts Festival (VIVA); - Isle Landers by Darrin Zammit Lupi (Visual Arts); - The Twilight Sad Concert by Hairyamp Promotions (Music); - European Disability Arts Festival by Opening Doors (Festival); - Children of A Lesser God by TheatreEncore (Theatre). Għall-istaġun 2015/2016: - Mela hawn xi Manikomju? by Alfred Buttiġieġ (Theatre); - Tikber u Tinsa by Clive Piscopo (Theatre); - LUX Prize by the European Parliament (Cinema); - Plato's Dream Machine Concert (Music); - Lampedusa by Unifaun Theatre (Theatre); - Pinnuri by the Rubberbodies Collective (Visual Arts); - Inħobbok by Umberto Buttiġieġ (Visual Arts). Għall-istaġun 2016/2017: - Travel Photographer of the Year (TPOTY) (Visual Arts); - Between the Heard by Renzo Spiteri (Multidisciplinary); - SACRED | PROFANE by Lawrence Buttiġieġ (Visual Arts); - L-Iffissat t'Alla (Theatre); - MalTEEN - Creative Youth Fest (Festival); - Artists' Residency Programme (Multidisciplinary); - Angela's Kitchen by Paul Capsis (Theatre). Għall-istaġun 2017/2018: - Memory in Hand by the China Cultural Centre (Visual Arts); - Active Age Intergenerational Dialogue (Multidisciplinary); - Kreaturi by the Gabriel Caruana Foundation (Visual Arts); - Anamnesis. Art, Memory and Identity in Poland and Malta between 1989 and 2016 (Visual Arts); - Raymond "Fight" Beck by Teatru Malta (Theatre); - Ostrale Collective (Visual Arts); - Estonian Film Days (Cinema).

Għawdex – bini ta’ units ta’ housing soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inbnew units ta' housing soċjali ġewwa Għawdex minn Marzu 2013 sal-ewwel ta' Ġunju 2017? Jista' jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar biex jinbena housing soċjali ġdid f'Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid jekk inħarġux tenders fl-istess perjodu biex jinbnew units ġodda? Jekk iva meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fuq housing soċjali f'Għawdex? Kemm-il unit ta' housing soċjali huwa mistenni li jinbena f'Għawdex fis-sena 2018 u f’liema lokalitajiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn Jannar 2003 (jiġifieri minn 10 snin qabel il-perjodu li rrefera għalih l-Onor. Interpellant) sa Ġunju 2017, il-Gvern jew l-Awtorita’ tad-Djar ma bnew l-ebda units ta’ housing soċjali ġodda ġewwa Għawdex u lanqas ġew sottomessi applikazzjonijiet jew inħarġu tenders għall-bini ta’ units ġodda.

Għawdex – proġett ta’ second class water għall-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta' second class water għall-bdiewa f'Għawdex? Kemm hemm bdiewa Għawdxin li s’issa qed jibbenefikaw minn dan il-proġett? Kemm-il litru ta' ilma qed jintuża kuljum minn dawn il-bdiewa u kemm qed iħallsu għall-użu ta' dan l-ilma?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-produzzjoni ta’ second class water f’Għawdex għadu ma bediex, għad m’hemmx bdiewa li qed jibbenefikaw minn dan il-proġett. Meta jiġu mtejjba l-influenti li deħlin fl-impjant jkun jista jingħata bidu għall-kummissjonar tal-polishing plant. Il-ħlasijiet huma regolati minn LN210 ta’ 2017. Madanakollu l-impjant taċ-Ċumnija li qiegħed fit-Tramuntana sejjer tajjeb fejn il-konsum laħaq il-massimu ta’ 1000 metru kubu kuljum.

Għawdex – sodod tal-Gvern fi djar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-Gvern kemm għandu sodod fi djar tal-anzjani f'Għawdex? Jista' jgħid f’liema postijiet f'Għawdex huma dawn is-sodod u kemm qed tiswa kuljum lill-Gvern kull waħda minn dawn is-sodod?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandu total ta’ 40 sodda f’Għawdex ġewwa Villa San Lawrenz, għal dawk l-anzjani li għandhom dipendenza medja. Għal skopijiet kummerċjali ma nistax inwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija.
Leg 13 PQ #2157 Sitting 48 2017-11-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – toroq ippjanati b’ko-finanzjament tal-fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'toroq hemm ippjanati li jsiru f'Għawdex b'ko-finanzjament tal-fondi tal-Unjoni Ewropea matul is-snin 2018, 2019 u 2020? Tista' tgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq kull waħda minn dawn it-toroq, fiex wasal il-proċess u meta hu mistenni jkun lest ix-xogħol f'kull każ kif ukoll kemm hu mistenni li jiswa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-toroq ippjanati li jsiru f'Għawdex is-sena d-dieħla ser isiru minn fondi nazzjonali.

Waste Management Plan — ħidma

Question

Bħala parti mill-impenn nazzjonali għall-immaniġġar tal-iskart (Waste Management Plan), jista’ l-Ministru jelenka x’ħidma qiegħda ssir, anke b’koordinament mal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima biex jintlaħqu l-miri mistennija minn pajjiżna sal-2020?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jitħejja pjan ta’ azzjoni flimkien mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-Ministeru għall-Ambjent, Żvillup Sostenibbli u Tibdil fil-Klima (MSDEC) abbażi ta’ rakkomandazzjonijiet li saru mill-Unjoni Ewropeja dwar l-istess tema.

Restawr ta’ proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-proġetti ewlenin li ġew irrestawrati matul l-2017 sakemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li matul l-2017 saru dawn il-proġetti ta’restawr: - Faċċata laterali tal-Mużew Marittimu - Faċċati tal-bitħa interna tal-Palazz tal-Inkwiżitur - Bitħa interna tal-Palazz Vilhena - Pedament tal-kappella ta’ San Pawl Milqi - Faċċata tal- bitħa interna tal-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija - Restawr tal-faċċata prinċipali ta’ Palazzo Ferreria, Valletta - Restawr min barra tal-Knisja tal-Ġiżwiti, Valletta - Restawr tal-Batterija ta’ Grunenbergh, Isla - Restawr ta’ Niċċa ta’ San Mikiel, ¯urrieq - Restawr tal-Kappella tal-Maddalena, Dingli - Restawr fuq żewġ funtani fil-Ġnien tal-Argotti, Furjana - Restawr fuq parti mis-swar ta’ Haywarf , Furjana - Restawr tal-Bastjun ta’ Notre Dame, Furjana - Restawr tal-faċċati tal-Għassa taż-¯ejtun - Restawr tal-faċċata ta’ wara tal-Arkivji tas-Santo Spirto, Rabat - Restawr fuq il kampnar tal-knisja Parrokjali, Bormla - Restawr tal-Kappella ta’ Santa Lucija, Santa Lucija - Restawr tal-Kappella ta’ Porto Salvo, Ħamrun Barra minn hekk, għandu jintemm ukoll xogħol fuq dawn il-proġetti sal-aħħar tas-sena: - Restawr tal-faċċata prinċipali tal-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann, Valletta - Restawr tal-faċċata tal-Palazz ta’ Verdellin, Valletta - Restawr tal-faċċata prinċipali ta’ Palazzo Castellania, Valletta - Rijabilitazzjoni tal-binja ta’ Cafe Premiere għal uffiċċji għall-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta

Awtorità dwar il-Mediċini – mediċini reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il mediċina hemm irreġistrata mal-Awtorità dwar il-Mediċini sakemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Awtorità dwar il-Mediċini għandha 5457 mediċini reġistrati. Fl-aħħar erba’ snin ġiet awtorrizzata ‘l fuq minn 2700 mediċina b’iktar minn 500 prodott awtorizzat matul din is-sena.

Awtorità dwar il-Mediċini – tisħiħ ta’ valur xjentifiku/tekniku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment qed isir mill-Awtorità dwar il-Mediċini biex jissaħħaħ il-valur xjentifiku/tekniku tal-istess impjegati tagħha?

Response (BONNICI, OWEN)

Is-suċċess tal-Awtorità jissarraf bil-ħidma ta’ impjegati motivitati li għandhom il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għal dan ix-xogħol ta’ responosabbiltà kbira lejn il-pazjent. Fid-dawl ta’ dan, din is-sena ġie stabbilit unit ġdid dwar ir-riċerka, l-affarijiet xjentifiċi u l-innovazzjoni. Dan il-unit isaħħaħ il-kollaborazzjoni tal-Awtorita` mal-akkademja u m’ entitajiet lokali u Ewropej fil-qasam farmaċewtiku. Qed tiġi kkordinata r-riċerka avvanzata mwettqa fi ħdan l-Awtorita` filwaqt li t-taħriġ xjentifiku li qed jirċievu l-professjonisti tal-Awtorita` qed iwassal biex jitfassal programm ta’ taħriġ u żvilupp kontinwu li l-Awtorita` toffri lill-industrija. Fl-Awtorita` qed jitkompla l-proċess ta’ żvilupp fil-kompetenza ta’ l-impjegati kollha b’mod għaqli, sostennibli u bi strateġija biex l-Awtorita` tkun tista’ taqdi l-funzjonijiet tagħha b’effiċjenza. Għal dan il-għan, l-Awtorità tinvesti għaxra fil-mija (10%) tal-baġit tagħha li jintnefaq għal taħriġ avvanzat, żvillupp professjonali kontinwu u parteċipazzjoni f’laqgħat u konferenzi Ewropej u Internazzjonali. Il-fellowship programme li toffri l-Awtorita` dwar il-Mediċini għal professjonisti li qed isostnu studju avvanzat fis-settur farmaċewtiku żdied b’iktar minn ħamsin fil-mija (50%) mis-sena l-oħra ‘l hawn. Mit-taħriġ u opportunitajiet ta’ studju provduti jibbenefikaw l-impjegati kollha u dawn l-inizjattivi wasslu biex ħamsa u tletin fil-mija (35%) ta’ dawn il-professjonisti qed ikomplu l-istudju tagħhom fl-livell ta’ Masters u Dottorat.

Awtorità dwar il-Mediċini – spezzjonijiet barra mill-Ewropa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni barra mill-Ewropa għamlet l-Awtorità dwar il-Mediċini sal-lum?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fl-2014 l-Awtorità dwar il-Mediċini għamlet l-ewwel spezzjoni fl-imanifattur tal-mediċini barra mill-Ewropa u sal-llum saru 30 spezzjoni f’pajjiżi bħaċ-Ċina, l-Indja u s-Serbja. Din is-sena kellna rekord ta’ spezzjonijiet fejn sal-llum saru 11-il spezzjoni u saret ukoll l-ewwel spezzjoni f’Dubai.

Awtorità dwar il-Mediċini — riċerki

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ riċerka qed titwettaq attwalment mill-impjegati tal-Awtorità dwar il-Mediċini u x’riżultati nkisbu sal-lum f’kull każ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Awtorità dwar il-Mediċini tagħti l-kontribut tagħha biex il-pajjiż iżid l-attività ta' riċerka, xjenza u innovazzjoni, speċjalment fl-oqsma li jirrigwardaw il-kompetenza tal-industrija, ix-xjenza regolatorja u s-sigurtà tal-mediċini. Erba` impjegati għadhom kif spiċċaw id-dottorat fil-farmaċija b’riċerka avvanzata fuq stem cells, biosimilars, mediċini innovativi u s-sigurta` fl-użu tal-mediċini. Ir-riżultati miksuba ġew ippublikati internazzjonalment u preżentati f’konferenzi prestiġġjużi fejn ix-xogħol imwettaq ġie rikonoxxut għal valur xjentifiku milħuq u l-potenzjal li dan isarraf fi progress importanti fil-qasam farmaċewtiku. Fi ħdan l-Awtorita` qed issir riċerka fuq metodi innovattivi fl-ispezzjonijiet tal-ispiżeriji, fis-sistemi t'assessjar ta' mediċini tal-qalb u dawk għall-użu pedjatriku, fil-farmakoġenetika, fil-Big Data u f'pariri xjentifiċi fil-qasam tal-onkoloġija. L-ispeċjalizzazjoni f’dawn is-setturi twessa` l-portafoll tal-Awtorita` dwar il-Mediċini u tiftaħ bibien ġodda fl-attivitajiet tal-Awtorità.

Wied il-Għajn – WasteServ — skart

Question

B’referenza għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari W1 u 1803 jista’ l-Ministru jgħid għaliex qed jibqa’ jaħrab milli jwieġeb jekk l-iskart wara l-ħruq tal-WasteServ f'Wied il-Għajn hux tossiku jew le? Jista’ jgħid għaliex qed jirrifjuta li jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati li saru l-bieraħ?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti mitluba minnu flimkien ma’ nota ulterjuri li saret mill-Industrial and Environmental Chemist, Dr. Robert Cortis, li wara li żar il-post xi ġimgħat wara l-inċident, ikkonkluda li l-livelli ta’ gassijiet li potenzjalment setgħu kienu meqjusa bħala tossiċi, kienu minimi u kollha fil-parametri legali. Ta’ min isemmi li hawn, il-ħruq kien jikkonċerna materjal bħal plastik u karta, bid-definizzjoni ta’ Refuse Derived Fuel (RDF), f’ambjent mhux ikkontrollat, b’konsigwenza ta’ inċident li għadu suġġett għall-investigazzjoni Maġisterjali.
Leg 13 PQ #2167 Sitting 48 2017-11-06 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ġejt nfurmat li bejn Marzu 2008 u Frar 2013, l-individwu li d-dettalji dwaru ingħataw separatament, kien ingħata żewġ direct orders minn żewġ entitajiet fid-dekasteru tiegħi li kienu l-Malta Gaming Authority u l-MITA.

Ministeru għas-Saħħa – konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ngħata l-ebda xogħol legali jew konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettajli dwaru qed jingħataw separatament ingħata għaxar direct orders mill-Malta Enterprise fuq il-perjodu indikat, għal servizzi legali skont il-ħtieġa.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif se nsemmi: Jobsplus L-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament u d-ditta legali tiegħu ngħataw żewġ direct orders għal konsulenzi. Kien hemm ukoll ħatra diretta ta’ Segretarju ta’ Bord. L-istess individwu ta servizzi legali f’erba’ snin konsekuttivi iżda m’hemmx informazzjoni disponibbli dwar jekk dawn is-servizzi legali ngħatawx b’tender jew direct order. SportMalta Kien hemm direct order waħda għal servizzi legali mill-individwu kkonċernat. Foundation for Educational Services (FES) Kien hemm żewġ direct orders għal servizzi legali mill-individwu kkonċernat. Foundation for Tomorrow’s Schools (FTS) Id-ditta legali ngħatat kuntratt għal servizzi legali. Dan il-kuntratt ingħata wara sejħa (expression of interest) fil-ġurnali lokali.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ngħatat 4 direct orders għal xogħol legali u konsulenzi mill-Entitajiet li jaqgħu taħti.