Palazz tal-Marfa – Expression of Interest — proċess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-Expression of Interest dwar il-Palazz tal-Marfa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li bħal issa qed issir valutazzjoni tal-proġett u proposti sottomessi sabiex jitressqu quddiem il-bord tal-Gvernaturi ta’ l-Awtorita ta’ l-Artijiet għall-approvazzjoni.
Jista’ l-Ministru jara li jsiru t-tiswijiet li hemm bżonn fi Triq W Lassel, fil-Mellieħa peress li wara li sar intervent f’din it-triq mill-kuntrattur imqabbad mill-Enemalta, din it-triq ma reġgħetx ġiet re-instated għall-mod ta’ kif kienet qabel u sar xogħol inferjuri?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta – Responsibility Allowance
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi r-Responsibility Allowance li titħallas lil xi fizzjali fil-Forzi Armati ta’ Malta u jelenka dettaljatament kemm hu l-ħlas?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-imsemmija allowance tvarja bejn ħamsa fil-mija u għaxra fil-mija tal-paga bażika.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Awtorizzazzjoni ta’ Direct Order fuq is-sistema ta’ IT
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull awtorizzazzjoni li kemm hu kif ukoll is-Segretarju Permanenti tiegħu taw bil-miktub għad-direct order ta' iktar minn €1 miljun (VAT inkluż) mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal sistema ta' IT fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi la l-Ministru għall-Finanzi u lanqas is-Segretarju Permanenti tiegħu ma approvaw ebda direct order bil-miktub kif imsemmi fil-mistoqsija.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Rapport ta’ due diligence
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull rapport ta' due diligence li sar fuq il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, qabel ma’ din ingħatat direct order ta' €1 miljun u iktar minnu, għal sistema ta' IT fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm ‘due diligence’ skont it-termini finanzjarji ma kienx obbligatorju għal raġunijiet li din kienet direct order u mhux tender, kif ukoll għaliex l-ewwel proċedura nnegozjata (negotiated procedure) fl-2015 kienet ta’ inqas minn €500,000, minkejja dan, il-kumpanija xorta ġiet mitluba tissottometti d-dokumenti meħtieġa meta dawn in-negozjati ġew estiżi fl-2016 biex b’hekk l-ammont totali sar €880,000.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm
due diligence
skont it-termini finanzjarji ma kienx obbligatorju għal raġunijiet li din kienet
direct order
u mhux tender, kif ukoll għax l-ewwel proċedura nnegozjata (
negotiated procedure
) fl-2015 kienet ta’ inqas minn €500,000, xorta nħasset il-ħtieġa li jiġu sottomessi dokumenti meħtieġa meta dawn in-negozjati ġew estiżi fl-2016 biex b’hekk l-ammont totali sar €880,000.
Irid jiġi ppreċiżat li fil-bidu tal-2016, it-tibdil intern u l-pjani ta’ Direttur ġdid kellhom effett drastiku fuq il-ħtiġijiet għas-sistema tan-
network
. Dawn kienu jinkludu:
• aktar
network
f’żoni li ma kinux koperti bl-ewwel kuntratt;
• preparazzjoni ta’
network
għall-installazzjoni tas-sistema ta’ CCTV;
• ċaqliq tan-
network
cabinets
• xogħol komplut fuq Local Area Network fl-Isptar Monte Karmeli – Forensika; u
• xogħol komplut fuq Local Area Network fil-Y.O.U.R.S. fl-Imtaħleb, fost oħrajn.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il Chief Printer hemm fl-Istamperija tal-Gvern u d-data ta’ meta kull wieħed assuma dan l-inkarigu? F'kull każ, jista’ jgħid fejn kien jaħdem kull persuna eżatt qabel ma beda jaħdem bħala Chief Printer?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-iStamperija għandha żewġ Chief Printers. Wieħed inhatar fil-21 t’Awwissu 2015. L-ieħor inhatar fl-20 ta’ Mejju 2017. Il-proċess li wassal ghal din il-hatra kien beda lejn tmien l-2016. Iż-żewġ Chief Printers ġew ingaġġati skont il-ftehiem kollettiv eżistenti u skont il-proċeduri tas-servizz pubbliku. It-tnejn kienu jahdmu fl-Istamperija tal-Gvern stess.
Traskrizzjoni ta’ xhieda fil-Qorti tal-Maġistrati — dewmien
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn traskrizzjoni ta' xhieda quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) qed idumu ħafna biex isiru, ġieli anke xahrejn jew tlieta, bil-konsegwenti dewmien ta’ kawżi kriminali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li issir distinzjoni bejn it-traskrizzjonijiet, hemm dawk li jitqiesu bħala urġenti minħabba li jkunu kumpilazzjonijiet bir-rinviju u għalhekk it-traskrizzjoni tkun trid issir kemm jista’ jkun malajr sabiex l-atti jintbagħtu għand l-Avukat Ġenerali fi żmien tlett ijiem mid-data tas-seduta. It-traskrizzjonijiet ta’ kawżi oħra jsiru b’inqas urġenza pero` it-traskrittur ikollu d-data tad-differiment sabiex dawn ikunu lesti qabel din id-data.
Kien hemm xi stanzi rari fis-seduti tad-distrett fejn kien hemm xi dewmien minħabba r-raġunijiet imsemmija aktar il fuq. Biex dan id-dewmien ma jerġax iseħħ, ittieħdu l-passi u ħarġet memo biex aktar staff jagħmlu traskrizzjonijiet. Għalhekk illum hemm iktar traskritturi sabiex ma jkunx hemm pressjoni ta’ xogħol fuq it-traskritturi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk (u jekk iva, jagħti d-dettalji) l-ex-Spettur tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandux xi tip ta’ impieg jew hux jagħti xi servizz lil-Local Enforcement System Agency (LESA) peress li qed ikun diversi drabi u għal diversi sigħat fl-uffiċini tal-LESA?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l- Ex Spettur tal-Pulizija imsemmi ma għandu l- ebda tip ta’impjieg mal - LESA u ma jagħti l –ebda servizz lill –Aġenzija LESA.
Ninsab infurmat ukoll lill-Onor. Interpellant illi l-Ex Spettur tal- Pulizija imsemmi ma jiffrekwentax il-bini jew l-Uffiċċini tal- LESA .
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 72 u tagħti lista tad-direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li tmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2017 sat-2 ta’ Ġunju 2017?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra
Attachments:Copy of PQ Numru 1949 - Direct Orders_Tabella.pdf
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — sponsorships
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 81 u jagħti lista ta' sponsorships li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-2 ta' Ġunju 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fil-każ tal-Korp tal-Pulizija kien hemm sitt uffiċjali li ngħataw sponsorship biex jattendu kors part time fuq bażi ta' darbtejn fil-ġimgħa għall-BA (Hons) Public Administration, skont il-Kontenut ta' Ċirkulari tal-OPM li ġġib in-numru 7/2017. Barra minn dan, spettur ingħata scholarship tas-Cepol biex jattendi Master of Arts in Policing fil-perjodu 2017-2019, fejn matul dawn is-sentejn ikun meħtieġ jattendi barra minn Malta għal erba’ jew ħames darbiet għal perjodu ta' ġimgħa kull darba.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 89 u jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2017 u t-2 ta' Ġunju 2017?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ġejt nfurmat li ma kien hemm l-ebda persuna li l-kuntratt tagħha ġie maqlub minn wieħed definit għal ieħor indefinit fi żmien indikat. L-istess ma kienx hemm individwi li minn partajmers saru fultajmers fil-perjodu inkwistjoni.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 90 u jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2017 u t-2 ta' Ġunju 2017?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda persuna li l-kuntratt tagħha ġie maqlub minn wieħed definit għal ieħor indefinit fi żmien indikat. L-istess ma kienx hemm individwi li minn partajmers saru fultajmers fil-perjodu inkwistjoni.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 91 u jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2017 u t-2 ta' Ġunju 2017?
Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 92 u jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2017 u t-2 ta' Ġunju 2017?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 4 ħaddiema li l-kuntratt tagħhom inbidel min wieħed definit għal kuntratt indefinit skont Direttiva Nru 12 maħruġa f’April 2017 fl-Entitajiet u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi.
Ma kien hemm ebda każ ta’ indivdiwi li minn bażi part-time inqalbu għal full-time.
L-informazzjoni mitluba mill-Enemalta plc għandha valur kummerċjali għal kumpanija u l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena kienx hemm ilmenti (kemm jekk huma lmenti ġodda jew fis-seħħ mis-snin preċedenti) minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom? Jekk iva, jista’ jagħti n-numri għal kull dipartiment/entità (mingħajr ma jsemmi l-ismijiet tal-persuni)?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi huwa kommess li jgħin tali ħaddiema fi ħdan il-Ministeru u għal daqstant ma hemm l-ebda indikazzjoni li jekk kien hemm xi lment ma ġiex trattat biex tipprova tissolva s-sitwazzjoni.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa jgħid jekk matul din is-sena kienx hemm lmenti (kemm jekk huma ilmenti ġodda jew fis-seħħ mis-snin preċedenti) minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom? Jekk iva, jista’ jagħti n-numri għal kull dipartiment/entità (mingħajr ma jsemmi l-ismijiet tal-persuni)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul din is-sena kien hemm ilment wieħed fejn il-ħaddiem beda’ jsibha diffiċli biex maż-żmien iwettaq ix-xogħol tiegħu. Il-management tal-isptar kkonċernat sab soluzzjoni billi jipprovdi għajnuna u alternattivi oħrajn sabiex dan il-ħaddiem ikun jista’ jkompli bil-ħidma tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena kienx hemm ilmenti (kemm jekk huma lmenti ġodda jew fis-seħħ mis-snin preċedenti) minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom? Jekk iva, jista’ jagħti n-numri għal kull dipartiment/entità (mingħajr ma jsemmi l-ismijiet tal-persuni)?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-Ministeru kif ukoll id-dipartiment li jaqgħu taħtu,ma rċevewx ilmenti mingħand persuni b’dizabilita’ minħabba il-limitazzjonijiet imposti mid-dizabilita’ tagħhom.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — ħaddiema b'diżabilità - ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena kienx hemm ilmenti (kemm jekk huma lmenti ġodda jew fis-seħħ mis-snin preċedenti) minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom? Jekk iva, jista’ jagħti n-numri għal kull dipartiment/entità (mingħajr ma jsemmi l-ismijiet tal-persuni)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sar ebda ilment tali tul din is-sena.
Ministeru għal Għawdex — ħaddiema b'diżabilità - ilmenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk matul din is-sena kienx hemm ilmenti (kemm jekk huma lmenti ġodda jew fis-seħħ mis-snin preċedenti) minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom? Jekk iva, tista’ tagħti n-numri għal kull dipartiment/entità (mingħajr ma jsemmi l-ismijiet tal-persuni)?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li ma kien hemm l-ebda lmenti minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħaddiema b'diżabilità - ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena kienx hemm ilmenti (kemm jekk huma lmenti ġodda jew fis-seħħ mis-snin preċedenti) minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom? Jekk iva, jista’ jagħti n-numri għal kull dipartiment/entità (mingħajr ma jsemmi l-ismijiet tal-persuni)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tingħata f’seduta oħra.